This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0400
Council Regulation (EU) 2017/400 of 7 March 2017 amending Regulation (EU) No 224/2014 concerning restrictive measures in view of the situation in the Central African Republic
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/400 tas-7 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/400 tas-7 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
ĠU L 63, 9.3.2017, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
9.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 63/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/400
tas-7 ta' Marzu 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 (2) jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2013/798/PESK. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2013/798/PESK tipprovdi għal embargo fuq l-armi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni li jappoġġaw jew li huma involuti f'atti li jdgħajfu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana. |
|
(3) |
Fis-27 ta' Jannar 2017 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2339 (2017) li temenda l-kriterji tal-għażla għall-iffriżar tal-assi. Il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/412 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK biex tagħti effett lill-UNSCR 2339 (2017). |
|
(4) |
Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat, u għalhekk, sabiex tiġi implimentata, hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 224/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 224/2014 huwa emendat kif gej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
L. GRECH
(1) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/412 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (Ara paġna 102 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).