Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0336

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/336 tas-27 ta' Frar 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

C/2017/1134

ĠU L 50, 28.2.2017, pp. 18–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/05/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/336/oj

28.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/336

tas-27 ta' Frar 2017

li jimponi dazju antidumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri proviżorji

(1)

Fis-7 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju proviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' prodotti ċatti ta' azzar illigat jew mhux illigat (bl-esklużjoni tal-azzar inossidabbli, azzar tas-siliċju-elettriku, azzar tal-għodda u azzar għal veloċità għolja), b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, mhux f'kolji, bi ħxuna ta' aktar minn 10 mm u wisa' ta' 600 mm jew aktar jew bi ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 10 mm u wisa' ta' 2 050 mm jew aktar (“pjanċa tqila”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1777 (2).(“ir-Regolament proviżorju”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni fit-13 ta' Frar 2016 billi ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika ta' Bidu”) wara lment ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2016 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (“il-Eurofer”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' pjanċa tqila.

(3)

Kif imsemmi fil-premessi (28) u (29) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 (“il-perjodu ta' investigazzjoni” jew “PI”) u l-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.2.   Reġistrazzjoni

(4)

Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta' pjanċi tqal li joriġinaw mir-RPĊ soġġetti għar-reġistrazzjoni mill-11 ta' Awwissu 2016 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1357 (3) (“ir-Regolament ta' reġistrazzjoni”). Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet waqfet mal-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji fit-8 ta' Ottubru 2016.

(5)

Il-partijiet interessati kellhom 20 jum wara l-bidu tar-reġistrazzjoni biex jibgħatu l-kummenti. Ma wasal l-ebda kumment.

1.3.   Proċedura sussegwenti

(6)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ġie impost dazju antidumping proviżorju (“id-divulgazzjoni proviżorja”), Eurofer, assoċjazzjoni ta' produtturi tal-azzar mir-RPĊ (“CISA”), produttur esportatur fir-RPĊ, importatur ta' pjanċa tqila fl-Unjoni msemmi fil-premessa (34) tar-Regolament proviżorju (importatur wieħed) u assoċjazzjoni ad-hoc tal-utenti tal-industrija downstream (torrijiet tat-turbini tar-riħ) għamlu preżentazzjonijiet bil-miktub biex juru l-fehmiet tagħhom dwar il-konklużjonijiet proviżorji.

(7)

Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saru seduti ma' produttur esportatur wieħed mir-RPĊ, is-CISA u importatur wieħed.

(8)

Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti verbali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati u, fejn xieraq, indirizzathom hawn taħt.

(9)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għall-konklużjonijiet definittivi tagħha. Sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-importaturi mhux relatati, saru żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-partijiet li ġejjin:

Network Steel S.L., Madrid, Spanja

Primex Steel Trading GmbH, Düsseldorf, il-Ġermanja

Salzgitter Mannesmann International GmbH, Düsseldorf, il-Ġermanja

(10)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbażi tagħhom kien biħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet fl-Unjoni ta' pjanċi tqal li joriġinaw mir-RPĊ u tiġbor b'mod definittiv l-ammonti garantiti permezz ta' dazju proviżorju (“id-divulgazzjoni finali”).

(11)

Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali. Eurofer, CISA u importatur wieħed għamlu l-kummenti tagħhom fi preżentazzjonijiet bil-miktub b'segwitu għad-divulgazzjoni finali u waqt seduta ta' smigħ. Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u fejn xieraq tqiesu.

1.4.   Kampjunar

(12)

Is-CISA sostniet li kampjun ta' produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 28,5 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni kien żgħir wisq u ma jkoprix biżżejjed bejgħ.

(13)

Kif iddikjarat fil-premessa (12) tar-Regolament proviżorju il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kien magħmul fuq il-bażi tal-akbar volum ta' bejgħ fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni li seta' b'mod raġonevoli jiġi investigat fiż-żmien disponibbli.

(14)

Diġà għal dik ir-raġuni, l-argument irid jinċaħad. Kif indikat fil-premessa (197) hawn taħt, hemm kważi qbil komplet ta' aktar minn 90 % (f'volum) u madwar 70 % (bin-Numru ta' kontroll tal-Prodott (PCN) użat biex jiddifferenzja t-tipi ta' prodotti għal raġunijiet ta' investigazzjoni) bejn it-tipi ta' prodotti esportati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun mir-RPĊ u t-tipi ta' prodotti mibjugħin mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni.

(15)

Wara d-divulgazzjoni finali is-CISA rritornat għal din il-kwistjoni fil-kummenti tagħha u waqt is-seduta ta' smigħ, u ddikjarat li huwa diffiċli ħafna biex wieħed jemmen li hemm tqabbil kważi totali tal-PCNs jekk il-maġġoranza tal-PCNs mhumiex mibjugħa mit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni tinnota li t-tqabbil tal-PCNs sussegwentement ġie vverifikat mill-ġdid, u l-perċentwali mogħtija fil-premessa (14) hawn fuq instab li huma korretti.

(16)

Il-Kummisjoni tosserva f'dan il-kunterst li “tqabbil” tfisser li għal tip ta' prodott esportat mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ fil-kampjun, hemm mill-inqas tranżazzjoni waħda għat-tip ta' prodott taħt l-istess PCN għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Tqabbil ta' 90 % bil-volum ifisser li 90 % tat-tranżazzjonijiet tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni jaqgħu taħt PCN li għalih hemm mill-inqas tranżazzjoni waħda għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Tqabbil ta' 70 % bil-PCN ifisser li għal 70 % tat-tipi ta' prodott huma importati taħt PCN partikolari, hemm mill-inqas tranżazzjoni waħda li taqbel tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(17)

Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni huwa rappreżentattiv, anke jekk il-fatt biss li huwa bbażat fuq l-akbar volum li jista' raġonevolment ikun investigat ma kienx suffiċjenti.

(18)

Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri rigward il-metodu ta' kampjunar, il-konklużjonijiet proviżorji stabbiliti fil-premessi (11) sa (24) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

1.5.   Eżami individwali

(19)

Il-premessa (25) tar-Regolament proviżorju nnutat li seba' produtturi esportaturi fir-RPĊ indikaw li xtaqu jitolbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

(20)

Filwaqt li l-ebda wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi ma wieġeb għall-kwestjonarju u għalhekk ġie meqjus li ma waslet l-ebda talba, wieħed minn dawn is-seba' produtturi esportaturi bagħat lura l-formola ta' talba tat-Trattament ta' Ekonomija tas-Suq (“TES”) u wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, talab li l-Kummissjoni tivvaluta t-talba tiegħu għal TES.

(21)

Minħabba li l-produttur esportatur ma rritornax il-kwestjonarju, it-talba tal-kumpanija għal trattament individwali ġiet miċħuda, peress li l-produttur esportatur ma weriex li din tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tingħata eżami individwali. F'dan il-kuntest ġiet infurmata li l-preżentazzjoni ta' formola ta' talba għal TES waħedha ma kinitx biżżejjed biex issostni t-talba tagħha. Il-Kummissjoni ma vvalutatx it-talba tagħha għal TES, skont l-Artikolu 2(7)(d) tar-Regolament bażiku, peress li ma kinitx fil-kampjun, u lanqas ma kien irnexxielha tikseb trattament individwali.

(22)

Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri rigward eżami individwali, il-konklużjonijiet proviżorji stipulati fil-premessa (25) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott

(23)

Il-premessi (30) u (31) tar-Regolament proviżorju jistabbilixxu d-definizzjoni proviżorja tal-prodott ikkonċernat.

(24)

Il-premessi (34) u (41) tar-Regolament proviżorju jistabbilixxu l-pretensjonijiet ta' importatur ta' pjanċa tqila fl-Unjoni u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-ambitu tal-prodott.

(25)

Wara l-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji importatur wieħed u s-CISA ippreżentaw talbiet ulterjuri fuq l-istess linji ta' argument li ċerti tipi ta' prodotti, jiġifieri:

Azzar strutturali ta' grad tal-azzar S500 u aktar;

Azzar għal case-hardening, tberrid u ttemprar;

Azzar għall-pajpijiet;

Azzar li jiflaħ għall-grif;

Azzar ieħor (4);

Il-pjanċa tqila kollha, bi ħxuna ta' aktar minn 150 mm,

imsemmija minnhom bħala “pjanċa tqila speċjali” għandha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott.

(26)

Il-Kummissjoni tinnota li kemm “il-pjanċa tqila speċjali” kif ukoll pjanċa tqila oħra jistgħu jsiru għall-qies, għalhekk dan mhuwiex kriterju relevanti biex issir differenza bejniethom.

(27)

Ġew ippreżentati għadd ta' argumenti li appoġġaw din it-talba għal esklużjoni, u huma analizzati fuq bażi individwali hawn taħt.

(28)

Sa mill-bidu, il-Kummissjoni tfakkar li skont il-każistika, la r-Regolament bażiku u lanqas il-Ftehim Antidumping tad-WTO ma jispeċifikaw l-ambitu tal-kunċett tal-“prodott ikkunsidrat”. Il-Qorti għalhekk tqis li l-Kummissjoni għandha diskrezjoni wiesgħa biex tiddefinixxi l-prodott ikkunsidrat. B'mod partikolari, ma hekk l-ebda rekwiżit għall-omoġeneità jew similarità bejn il-prodotti fil-kwistjoni. Pjuttost, il-Qrati tal-Unjoni kkunsidrawha relevanti jekk il-prodotti kollha fil-kwistjoni jikkondividux l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi. Il-Qorti Ġenerali qieset ukoll li l-użu finali u l-interkambjabbiltà jistgħu jikkostitwixxu kriterji rilevanti.

(29)

Il-Kummissjoni l-ewwel se tistipula l-analiżi ta' dawk il-kriterji fil-każ preżenti u mbagħad se tispjega kif iddeċidiet li tħaddem id-duskrezzjoni wiesgħa tagħha fuq dik il-bażi.

2.1.1.   Differenza fil-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi

(30)

Importatur wieħed iddikjara li “pjanċa tqila speċjali” tista' faċilment tingħaraf minn “pjanċa tqila tal-komoditajiet” permezz tal-proprjetajiet kimiċi bħall-kontenut tal-karbonju, il-proprjetajiet fiżiċi bħalma hi s-saħħa b'rendiment jew l-indiċi tal-ebusija Brinell, il-proprjetajiet tekniċi bħalma huma d-deżinjazzjonijiet tal-grad jew il-ħxuna.

(31)

Is-CISA, iddikjarat li l-aktar kriterju importanti (bil-volum tal-esportazzjoni) biex jiddistingwi l-“pjanċa tqila speċjali” huwa l-ħxuna tal-pjanċa, li tjopri aktar minn nofs il-prodotti li jridu jiġu esklużi. Is-CISA ibbażat dan l-argument għal esklużjoni mill-ambitu tal-prodott fuq l-istruttura tal-PCN użat biex jiġu aggruppati t-tipi differenti ta' prodotti għall-iskop tal-investigazzjoni.

(32)

L-istruttura tal-PCN tintuża biex jiġi żgurat li l-prodotti b'kosti u prezzijiet komparabbli jiġu pparagunati — hija ma tgħid xejn dwar l-użu tal-prodott jew dwar l-interkambjabbiltà tal-prodott. Fil-każ tal-ħxuna, ukoll hija ma tgħid xejn dwar il-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi jew tekniċi tal-prodott. B'mod partikolari, l-ebda wieħed mill-partijiet interessati ma seta' juri li pjanċa tqila bi ħxuna ta' 155 mm ma jkollhiex l-istess użu finali u ma tkunx interkambjabbli ma' pjanċa tqila bi ħxuna ta' 145 mm, meta l-parametri l-oħra kollha jkunu l-istess.

(33)

Barra minn hekk, filwaqt li tabilħaqq jista' jkun hemm dawn id-differenzi speċifiċi fil-proprjetajiet speċifiċi msemmija fil-premessa (30) hawn fuq, dan ma jurix li “pjanċa tqila speċjali” ma għandhiex l-istess karatteristiċi bħall-“pjanċa tqila tal-komoditajiet”.

(34)

L-Eurofer talbet li d-definizzjoni tal-prodott ma tinbidilx u appoġġat l-argumenti tal-Kummissjoni stabbiliti fil-premessi (36) u (41) tar-Regolament proviżorju.

(35)

Hija ssottomettiet ukoll li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ jinkludu firxa wiesgħa ta' gradi u dimensjonijiet tal-azzar, u jkopru pjanċi tqal tal-azzar kemm illigat kif ukoll tal-azzar mhux illigat. Hija fl-aħħar nett tinnota li ma hemm l-ebda “rekwiżit speċifiku ta' omoġenejità jew xebh bejn il-prodotti” koperti mill-ambitu tal-prodott ikkonċernat.

(36)

Tabilħaqq, il-Kummissjoni tinnota li hija ħaġa komuni f'investigazzjonijiet antidumping li ambitu tal-prodott ikopri mijiet jew anke eluf ta' tipi ta' prodotti li mhumiex identiċi jew omoġenji, iżda xorta waħda għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi, kif inhu l-każ f'din l-investigazzjoni.

(37)

B'segwitu għad-divulgazzjoni finali is-CISA, l-Eurofer u importatur wieħed irritornaw għal din il-kwistjoni fil-kummenti tagħhom u waqt is-seduta ta' smigħ.

(a)

Is-CISA ma ppreentat l-ebda argument sostanzjali ġdid.

(b)

Importatur wieħed iddikjara li l-“pjanċa tqila speċjali” u l-“pajnċa tqila tal-komoditajiet” ma għandhomx l-istess karattersitiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, u l-fatt li l-pjanċi tqal jistgħu jinħadmu għall-qies ma jistax jinvalida d-distinzjoni ta' ħxuna bejn “pjanċa tqila speċjali” u l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet”.

F'dan il-kuntest dan l-importatur irrefera għal tliet każi preċedenti ta' antidumping fejn intużaw id-dimensjonijiet biex jiddefinixxu l-prodotti taħt investigazzjoni, bħala-dimensjoni massima tas-sezzjoni trażversali (ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina (5), ċerta medda ta' ħxuna kkombinata mal-wisa' (ċerta fuljetta tal-aluminju li mill-Armenja, mill-Brażil u mir-RPĊ (6)) jew referenza għall-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi (azzar inossidabbli li joriġina mir-RPĊ (7)).

Abbażi ta' dan, l-importatur ikkonkluda li l-Kummissjoni setħet tirreferi għall-ħxuna ta' 150 mm biex tiddistingwi bejn “pjanċa tqila speċjali” u “pjanċa tqila tal-komoditajiet”.

(c)

Eurofer irraġunat bil-kontra li l-pjanċa tqila kollha għandha l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi, il-pjanċa tqila kollha hija magħmula minn azzar irrumblat ċatt, huwa ċatt (jiġifieri mhux f'koljaturi) u għandu medda simili ta' dimensjonijiet li jissodisfaw id-definizzjoni tal-prodiott ikkonċernat.

F'dan il-kuntest Eurofer irreferiet għal tliet każijiet preċedenti ta' antidumping fl-industrija tal-azzar fejn il-prodott li qed jiġi investigat kien iddefinit bħala klassi waħda ta' prodott irrispettivament mill-ħxuna jew il-grad tal-azzar (prodotti rrumblati ċatt li joriġinaw fil-Bulgarija, l-Indja, l-Afrika t'Isfel, it-Tajwan u l-Jugoslavja (8)), minkejja li jeżisti taħlit estensiv ta' prodotti fost it-tipi kollha ta' prodotti (wajer tal-azzar li joriġina fl-Indja (9)), jew minkejja li jeżistu differenzi ta' telf fil-qalba jew fil-livelli ta' storbju (prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka (10)).

Eurofer semmiet ukoll każijiet f'industriji oħrajn bħall-pannelli solari li joriġinaw mir-RPĊ u xedd ir-riġel li joriġina mir-RPĊ u l-Vjetnam, fejn instab li prodotti bi proprjetajiet differenti wkoll jaqgħu fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

Fl-aħħar nett Eurofer indikat ukoll li l-Qorti tal-Prim' Istanza (11) ddikjarat li l-Kummissjoni tgawdi minn “marġni wiesa' ta' diskrezzjoni” sabiex jiġi stabbilit il-prodott simili.

(38)

Fir-rigward tal-kummenti msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li kif inhu l-każ fil-biċċa l-kbira tal-investigazzjonijiet, id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat tkopri varjetà wiesgħa ta' tipi ta' prodott li għandhom karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi li huma simili. Il-fatt li dawn il-karatteristiċi jistgħu jvarjaw minn tip ta' prodott għal tip ta' prodott ieħor jista' tabilħaqq iwassal biex tiġi koperta medda wiesgħa ta' tipi.

(39)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li anki jekk tipi differenti ta' pjanċa tqila jkollhom ħxuna differenti, il-gradi tal-azzar differenti, eċċ., is-CISA u importatur wieħed naqsu milli juru u milli jippreżentaw xi evidenza jew argument sostanzjali li l-ħxuna ta' 150 mm tkun distinzjoni xierqa bejn “pjanċa tqila speċjali” u “pjanċa tqila tal-komoditajiet” għal raġunijiet ta' karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi jew l-użu finali u l-interkambjabbiltà (ara t-taqsima 2.1.2 hawn taħt).

(40)

Abbażi ta' dak ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-“pjanċa tqila speċjali” u l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” għandhom l-istess proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi.

2.1.2.   Użu finali differenti u l-interkambjabbiltà

(41)

Is-CISA u importatur wieħd allegaw ukoll li l-importazzjonijiet ta' “pjanċa tqila speċjali” għandha użu finali kompletament differenti, u li mhumiex interkambjabbli ma' “pjanċa tqila tal-komoditajiet”. Is-CISA argumentat li l-importazzjonijiet ta' “pjanċa tqila speċjali” huma essenzjalment għall-industrija tal-Unjoni tal-iffurmar tal-metall, li tiddependi minn dawn l-importazzjonijiet.

(42)

Fl-istess ħin importatur wieħed issottometta li l-“pjanċa tqila speċjali” tintuża minn firxa wiesgħa ta' industriji, inklużi l-magni għat-tħaffir u ċ-ċaqliq tal-art (yellow goods), it-tagħmir għall-krejnijiet u għall-irfigħ, il-kostruzzjonijiet ta' pontijiet, it-torrijiet tat-turbini tar-riħ, is-settur tal-enerġija, eċċ.

(43)

L-ebda utent fl-Unjoni jew l-industriji msemmijin fil-premessi (41) u (42) hawn fuq ma appoġġaw l-argument stipulat fil-premessa (40) hawn fuq. Għall-kuntrarju, b'mod partikolari rigward it-torrijiet tat-turbini tar-riħ, l-evidenza li pprovda dan l-importatur u partijiet oħra interessati turi li l-produtturi tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ fil-fatt jixtru pjanċa tqila, li ma taqax fid-definizzjoni ta' “pjanċa tqila speċjali” kif propost minn importatur wieħed jew mis-CISA, iżda pjuttost fid-definizzjoni tagħhom ta' “pjanċa tqila tal-komoditajiet”.

(44)

Il-Kummissjoni tinnota li hemm fil-fatt għadd kbir ta' użi finali differenti ta' “pjanċa tqila speċjali”. Madankollu, il-partijiet interessati ma pprovdewx evidenza ddettaljata (bħal pereżempju fatturi lill-utenti f'dawn l-industriji li juru li dawn l-industriji attwalment qed jużaw dawn il-prodotti) li kienet tippermetti lill-Kummissjoni biex tagħmel valutazzjoni dwar jekk dawk l-utenti finali tal-“pjanċa tqila speċjali” u l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” humiex differenti, jew jekk fir-realtà l-biċċa l-kbira tal-utenti finali jew kollha kemm huma jistgħux jissostitwixxu waħda bl-oħra. Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li l-“pjanċa tqila speċjali” mhijiex interkambjabbli ma' pjanċa tqila oħra.

(45)

B'segwitu għad-divulgazzjoni finali is-CISA, l-Eurofer u importatur wieħed irritornaw għal din il-kwistjoni fil-kummenti tagħhom u waqt is-seduta ta' smigħ. Is-CISA ma ppreżentat l-ebda argument sostanzjali ġdid. Importatur wieħed sostna li l-użu ta' pjanċa tqila jiddependi fuq valuri strutturali kkalkulati u fuq impatti mekkaniċi (relatati ma' proprjetajiet fiżiċi u kimiċi) u fuq aspetti kummerċjali (relatati mal-prezzijiet u l-kosti tal-proċessi ta' produzzjoni).

(46)

Sabiex isostnu l-argumenti tagħhom semmew:

(a)

il-pubblikazzjoni tal-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Produtturi tal-Azzar li tindika l-korelazzjonijiet bejn il-piż, il-ħxuna, is-saħħa u l-grad tal-azzar;

(b)

il-politika tal-ipprezzar tal-produtturi tal-Unjoni fejn pjanċa tqila ta' 'l fuq minn 120 mm hija soġġetta għal ħlasijiet addizzjonali għall-ħxuna;

(c)

il-paragun bejn żewġ teknoloġiji ta' produzzjoni ta' pjanċa tqila, jiġifieri minn ingotti (ogħla fil-prezz) u minn ċangaturi magħmulin b'tidwib kontinwu (li jiswew anqas);

(d)

il-fatt li fir-RPĊ il-massimu tal-ħxuna taċ-ċangaturi hija ta' 400 mm, li jfisser li għall-produzzjoni tal-pjanċa tqila ta' iktar minn 200 mm huma meħtieġa l-ingotti bħala materja prima (li jimplika proċess bi spiża ogħla);

(e)

l-eżistenza ta' esportazzjonijiet minn uħud mill-produtturi tal-Unjoni ta' pjanċa tqila fi gradi speċjali lejn ir-RPĊ.

(47)

Il-Kummissjoni tinnota li kemm is-CISA kif ukoll l-importatur naqsu milli jippreżentaw xi evidenza biex tikkonferma li d-distinzjoni oġġettiva bejn il-“pjanċa tqila speċjali” u l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” hija jekk il-pjanċa jkollhiex ħxuna ta' aktar jew anqas minn 150 mm.

(48)

Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li ma ma hemmx trikkib u kompetizzjoni bejn is-segmenti li jmissu ma' xulxin ta' pjanċi tqal, pereżempju bejn dawk ta' ħxuna ta' 155 mm u 145 mm. Għall-kuntrarju, diversi fatturi ppreżentati minn importatur wieħed urew li l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” u l-“pjanċa tqila speċjali” nbiegħu fuq l-istess fattura lill-istess klijent.

(49)

Wara d-divulgazzjoni finali importatur wieħed issottometta wkoll li l-Kummissjoni tista' toħloq kodiċi TARIC separat ġdid biex tagħmel distinzjoni bejn il-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” u l-“pjanċa tqila speċjali” billi tirreferi għall-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi kif ukoll għall-ħxuna. Din il-parti ssuġġeriet ukoll li jkun hemm rekwiżit formali ta' rapport ta' spezzjoni ta' stħarriġ indipendenti tal-kumpanija sabiex jiċċertifika d-distinzjoni msemmija hawn fuq fl-ikklerjar doganali.

(50)

Peress li l-parametru ta' ħxuna ta' 150 mm bħala punt ta' qtugħ bejn il-“pjanċa tqila speċjali” u l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” mhijiex iġġustifikata kif jixraq, l-argument dwar id-definizzjoni tal-kodiċi doganali u tal-ispezzjoni formali, kif issuġġerit mill-importatur, ma hemmx għalfejn jiġi indirizzat. Il-Kummissjoni taqbel, madankollu, li, bħala prinċipju, huwa possibbli li jiġu esklużi ċerti prodotti mill-ambitu tal-prodott mill-aspett tekniku. Il-kwistjoni deċiżiva hija, madankollu, jekk abbażi ta' kunsiderazzjonijiet legali, ekonomiċi u politiċi, din l-esklużjoni hijiex ġustifikata (ara fuq dan il-punt fit-taqsima li ġejja).

(51)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, importatur wieħed kompla jippreżenta għadd ta' fatturi anonimizzati u ddeskrivihom bħala bejgħ tiegħu ta' “pjanċa tqila speċjali” lill-utenti tal-magni għat-tħaffir u ċ-ċaqliq tal-art (yellow goods), it-tagħmir għall-krejnijiet u għall-irfigħ, il-kostruzzjonijiet ta' pontijiet, it-torrijiet tat-turbini tar-riħ, is-settur tal-enerġija eċċ. Dan l-importatur offra wkoll li jaqbel mal-arranġamenti tal-Kummissjoni għall-verifika ta' din id-data.

(52)

Il-Kummissjoni tqis li tali verifika mhix meħtieġa f'dan il-każ. Minħabba li l-offerta ġiet tard ħafna, kien ikun prattikament diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli li tiġi implimentata.

(53)

Madankollu, kif indikat fil-premessa (47) hawn fuq, ħafna mill-fatturi ppreżentati minn dan l-importatur urew li l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” u l-“pjanċa tqila speċjali” inbiegħet fuq l-istess fattura lill-istess klijent. Dan juri b'mod ċar li l-istess klijenti jistgħu u qegħdin jużaw iż-żewġ tipi ta' pjanċa tqila.

(54)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali importatur wieħed irrefera wkoll għall-pubblikazzjoni Stahl-Informations-Zentrum li turi l-użi differenti tal-pjanċa tqila. Il-Kummissjoni tiegħu nota ta' dan ir-rapport u hija konxju mill-użi differenti tal-pjanċa tqila. Madankollu kif imsemmi fil-premessa (44) hawn fuq l-ebda evidenza ma ġiet ippreżentata li turi li l-“pjanċa tqila speċjali” mhijiex interkambjabbli ma' pjanċa tqila oħra.

(55)

Fl-aħħar nett, fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, importatur wieħed irrefera għal miżuri antidumping fuq pjanċa tqila fl-Awstralja u fl-Istati Uniti tal-Amerika, fejn ġew introdotti esklużjonijiet fuq ċertu tip ta' prodott abbażi tal-gradi u l-ħxuna.

(56)

Il-Kummissjoni tinnota madankollu li dawn l-esklużjonijiet seħħew fl-istadju tal-bidu ta' dawn il-proċeduri, u ma ngħata l-ebda raġunament dwar għalfejn din l-esklużjoni ġiet deċiża. Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjonijiet minn membri oħra tad-WTO ma jippreġudikawx is-sitwazzjoni fl-Unjoni.

(57)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali l-Eurofer qalet li l-gradi ddeżinjati minn importatur wieħed u s-CISA bħala “pjanċa tqila speċjali” hija bbażata biss fuq il-klassifikazzjoni arbitrarja tagħhom stess. Biex turi dan l-Eurofer irreferiet għal żewġ eżempji li jikkonfermaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (47) hawn fuq:

(a)

ħadid strutturali ta' grad S500 huwa klassifikat minn dawn il-partijiet bħala “pjanċa tqila speċjali” filwaqt l-grad tal-azzar AQ51 użat fil-bini tal-vapuri huwa kklassifikat minn dawn il-partijiet bħala “pjanċa tqila tal-komoditajiet”, anki jekk iż-żewġ gradi tal-azzar għandhom l-istess rendiment u reżistenza għat-tensjoni;

(b)

Azzar ta' liga ta' reċipjenti taħt pressjoni huwa kklassifikat minn dawk il-partijiet bħala “pjanċa tqila tal-komoditajiet” filwaqt li diversi gradi oħra ta' liga oħra ta' azzar huma kklassifikati minn dawk il-partijiet bħala “pjanċa tqila speċjali”.

(58)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tiċħad l-argument li l-“pjanċa tqila speċjali” għandha użu finali differenti u mhijiex interkambjabbli ma' prodotti oħra suġġetti għall-investigazzjoni.

2.1.3.   L-apprezzament tal-opportunità li jiġu esklużi ċerti prodotti mill-ambitu tal-prodott

(59)

Il-Kummissjoni tinnota li l-fatt li fl-ambitu tal-prodott li huwa pjanċa tqila jistgħu jsiru diversi distinzjonijiet bejn tipi, gradi u kwalitajiet, eċċ. ta' pjanċa tqila u li jista' jkun hemm differenzi fil-metodi tal-produzzjoni u fl-ispejjeż, ma jeskludix li dawn jistgħu jiġu kkunsidrati bħala prodott wieħed, sakemm dawn ikollhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-każistika kkwotata fil-premessa (28) hawn fuq.

(60)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll likieku qieset xieraq tali kors ta' azzjoni, hija setgħet teskludi ċerti prodotti mill-ambitu tal-investigazzjoni, bħalma għamlu awtoritajiet investigattivi fi Stati Membri oħra tad-WTO.

(61)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li, abbażi tal-valutazzjoni tal-fatti kollha stabbiliti matul l-investigazzjoni, din l-esklużjoni ma hijiex iġġustifikata.

(62)

Is-CISA ssottomettiet kalkolu li juri li l-esklużjoni ta' “pjanċa tqila speċjali” tkun tammonta għal 9,2 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Abbażi ta' dan, hija allegat li l-esklużjoni ta' “pjanċa tqila speċjali” mill-ambitu tal-prodott “se jkollha impatt limitat ħafna fuq id-determinazzjoni globali tal-investigazzjoni” u li “ma tipperikolax l-effett ġenerali ta' miżuri antidumping fuq importazzjonijiet ta' pjanċa tqila oġġett ta' dumping”, peress li “l-pjanċi tqal tal-komoditajiet” ser jibqgħu jkunu soġġetti għall-miżuri.

(63)

Analiżi tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun mir-RPĊ fuq il-bażi tal-PCN turi li l-“pjanċa tqila speċjali” fil-fatt twaqqa' l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u b'hekk jikkontribwixxi għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(64)

Minħabba li ma jistax jiġi stabbilit li l-“pjanċa tqila speċjali” għandha użu finali differenti mill-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” u mhijiex interkambjabbli magħha, il-kwantità limitata attwali ta' dan il-bejgħ ma tistax tintuża' bħala indikazzjoni li l-esklużjoni tagħha ma tipperikolax l-effettività tal-miżuri. Tabilħaqq, kieku l-“pjanċa tqila speċjali” kellha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott, l-utenti li bħalissa jixtru l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” jistgħu jibdlu għall-“pjanċa tqila speċjali”, biex b'hekk jevitaw id-dazji u jipperikolaw l-effettività tal-miżuri.

(65)

Barra minn hekk, kuntrarjament għas-sitwazzjoni fi Stati Membri oħra tad-WTO, it-tipi kollha ta' pjanċi tqal huma prodotti fi kwantitajiet sinifikanti mill-produtturi tal-Unjoni, u dawk il-prodotti kollha jbatu minn dumping dannuż.

(66)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tiċħad l-argument li l-esklużjoni tal-“pjanċa tqila speċjali” ma tipperikolax l-effettività tal-miżuri antidumping.

2.1.4.   Konklużjoni

(67)

Abbażi ta' dak ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda wieħed mill-argumenti mressqa mis-CISA u minn importatur wieħed ma juri li l-“pjanċa tqila speċjali” għandha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni.

(68)

Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri rigward l-ambitu tal-prodott il-Kummissjoni tikkonferma d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kif stipulat fil-premessi (30) u (31) tar-Regolament proviżorju.

3.   DUMPING

3.1.   Il-valur normali

3.1.1.   Trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”)

(69)

Kif stipulat fil-premessa (43) tar-Regolament proviżorju, ħadd mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma talab MET u ma ġew aċċettati l-ebda talbiet għal MET.

3.1.2.   Pajjiż analogu

(70)

Fir-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni għażlet l-Awstralja bħala l-pajjiż analogu b'konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(71)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, is-CISA nnutat li fi preżentazzjoni magħmula fil-bidu tal-investigazzjoni hija kienet ikkummentat dwar l-użu potenzjali tal-Istati Uniti tal-Amerika, fejn esprimiet tħassib kbir minħabba li din l-għażla twassal biex il-Kummissjoni tagħmel użu minn data ta' kumpaniji relatati mal-industrija tal-Unjoni. Is-CISA nnutat li l-Kummissjoni għandha tuża biss data minn pajjiżi oħra u li l-Istati Uniti tal-Amerika tintuża bħala l-aħħar rimedju, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn pajjiżi oħra.

(72)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, l-Eurofer, produttur esportatur wieħed fir-RPĊ u s-CISA għamlu kummenti dwar l-għażla tal-Awstralja u talbu li l-Kummissjoni tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika minflok.

(73)

L-Eurofer u l-produttur esportatur mir-RPĊ issuġġerew li l-Kummissjoni tuża data mill-Istati Uniti tal-Amerika għaliex kien hemm aktar produtturi domestiċi jikkompetu ma' xulxin, u għalhekk ikun hemm data għal aktar tipi ta' prodotti minn dik li kienet disponibbli mingħand l-uniku produttur Awstraljan.

(74)

Minħabba li kien hemm biss produttur mill-Istati Uniti kkoopera fl-investigazzjoni, id-data minn produtturi oħra ma kinitx tkun disponibbli kieku l-Istati Uniti kellhom jintagħżlu bħala l-pajjiż analogu.

(75)

Is-CISA talbet li l-Kummissjoni tikkalkula l-marġni tad-dumping bl-użu ta' data mingħand l-uniku produttur tal-Istati Uniti li kkoopera, u jekk ir-riżultat ikun “kompletament differenti” minn dak misjub fl-istadju proviżorju meta ntużat l-Awstralja, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Awstralja mhijiex “pajjiż analogu validu” u tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika minflok.

(76)

Din it-talba ġiet miċħuda. Kif stipulat fil-premessi (44) sa (52) tar-Regolament proviżorju l-Awstralja ġiet magħżula bħala l-pajjiż analogu, u l-argumenti l-ġodda tagħhom ma urewx li l-Awstralja mhix xierqa.

(77)

B'segwitu għad-divulgazzjoni finali s-CISA ippreżentat kummenti ulterjuri għall-idoneità tal-Awstralja bħala l-pajjiż analogu.

(78)

L-ewwel nett, huma nnotaw li l-marġni tad-dumping ikkalkulat għall-produtturi esportaturi mir-RPĊ kienu ogħla mill-marġnijiet ta' ħsara, u għalhekk il-valur normali fl-Awstralja kien ogħla mill-prezz mhux dannuż tal-industrija tal-Unjoni, jekk jittieħed bħala medja. Abbażi ta' dan is-CISA kkonkludiet li l-Awstralja “fl-ebda każ ma tista' titqies bħala pajjiż analogu validu”.

(79)

Dan l-argument huwa miċħud. Il-livell tal-valur normali, ibbażat fuq il-prezzijiet jew l-ispejjeż fil-pajjiż b'ekonomija tas-suq ikkonċernat, hija l-informazzjoni vverifikata wara li ssir l-għażla tal-pajjiż analogu. Il-valur normali huwa l-prezz domestiku tal-prodott simili fis-suq domestiku ta' pajjiż b'ekonomija tas-suq u mhuwiex ir-raġuni biex jl-Awstralja ma tiġix ikkunsidrata bħala l-pajjiż analogu.

(80)

It-tieni nett, is-CISA għamlet referenza għal każ riċenti kontra r-RPĊ (high fatigue performance steel concrete reinforcement bars — HFP rebar) (12) fejn sostniet li l-Kummissjoni kienet neħħiet ċerti tipi ta' prodotti mill-valur normali fil-pajjiż analogu wara li “partijiet interessati kkontestaw il-prezzijiet domestiċi u l-kost tal-produzzjoni għoljin ħafna”.

(81)

L-eżempju kkwotat mis-CISA ma għandu l-ebda rilevanza għal din l-investigazzjoni. Fil-każ dwar l-HFP rebar il-Kummissjoni identifikat ċerti tipi ta' prodotti magħmula fuq l-istandards tal-pajjiż analogu u mhux f'kompetizzjoni mat-tipi ta' prodotti esportati mir-RPĊ. Dawn it-tipi ta' prodotti partikolari ma ġewx ikkunsidrati fit-tqabbil tal-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ.

(82)

Peress li s-CISA ma għamlet l-ebda dikjarazzjoni li l-produttur fl-Awstralja jimmanifattura tipi ta' prodotti li mhumiex f'kompetizzjoni mat-tipi ta' prodotti esportati mir-RPĊ lejn l-Unjoni, l-eżempju ma għandu l-ebda rilevanza.

(83)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-konklużjoni proviżorji tal-Kummissjoni li tuża lill-Awstralja bħala l-pajjiż analogu, kif stabbilit fil-premessa (52) tar-Regolament proviżorju hija għalhekk ikkonfermata.

3.1.3.   Valur normali

(84)

L-Eurofer ikkummentat dwar il-metodoloġija proviżorji tal-Kummissjoni stabbilita fil-premessa (68) tar-Regolament proviżorju fir-rigward ta' tipi ta' prodotti mhux mibjugħa mill-produttur analogu. Hija talbet li l-Kummissjoni għandha “tinkludi aġġustament biex jitqiesu l-ispejjeż ogħla” ta' prodotti mhux mibjugħa fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu.

(85)

Il-Kummissjoni tiċħad din it-talba peress li l-unika data disponibbli rigward il-kost jew il-prezz tal-pjanċa tqila fl-Awstralja hija d-data vverifikata tal-produttur tal-pajjiż analogu. Fejn il-produttur ma kienx jimmanifattura tip ta' prodott partikolari esportat minn produttur esportatur mir-RPĊ, l-ebda data għaldaqstant ma hija disponibbli biex isir tali aġġustament.

(86)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti ulterjuri rigward il-valur normali, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (53) sa (68) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

3.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(87)

Fin-nuqqas ta' kummenti rigward il-prezz tal-esportazzjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (69) u (70) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

3.3.   Tqabbil

(88)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward tqabbil, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (71) sa (73) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

3.4.   Marġnijiet tad-dumping

(89)

Fin-nuqqas ta' kummenti rigward il-marġnijiet tad-dumping, il-marġnijiet tad-dumping proviżorji stabbiliti fit-Tabella 2 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.   ĦSARA

4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(90)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (82) sa (85) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(91)

Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (86) sa (89) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.3.   Volum u ishma mis-suq tal-importazzjonijiet

(92)

Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn 90 sa 94 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.4.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezz

(93)

L-Eurofer qalet li “il-Kummissjoni għandha toqgħod attenta li ma tissottovalutax il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet billi tagħmel aġġustamenti għoljin iżżejjed għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni.”

(94)

Il-Kummissjoni tinnota madankollu li l-ammonti għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni ġew ikkonfermati matul il-verifiki fuq il-post u għalhekk ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala għoljin iżżejjed.

(95)

L-Eurofer qalet ukoll li “l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ma għandhomx jitnaqqsu għal kummissjonijiet li jirrigwardaw parti imħallsa fi grupp ta' impriżi.”

(96)

Il-Kummissjoni tinnota li tnaqqis għal kummissjonijiet huwa ġġustifikat meta l-kumpannija li tintervjeni fi tranżazzjoni twettaq il-funzjonijiet ta' aġent, irrispettivament minn jekk il-kumpanija hijiex relatata jew le. Barra minn hekk la l-Eurofer u l-ebda produttur individwali tal-Unjoni ma pprovdew xi argument li dan mhuwiex il-każ. Il-Kummissjoni għalhekk issostni l-pożizzjoni li t-tnaqqis huwa ġġustifikat.

(97)

L-Eurofer sostniet ukoll li “l-produtturi esportaturi Ċiniżi ħafna drabi jżidu ċerti ammonti ta' boron jew kromju mal-azzar normali strutturali sabiex jikkwalifikaw għal rifużjonijiet tat-taxxa Ċiniża iżda mbagħad ibigħu l-azzar,fis-suq tal-Unjoni bħala azzar strutturali normali mhux liga (eż. gradi S235, S275 u S355)”. Huma talbu li l-Kummissjoni tiżgura li “dawn il-prodotti jiġu kkombinati kif suppost ma' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-gradi S235, S275 u S355 f'din l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet”.

(98)

L-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet tqabbel il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ mal-prezzijiet tal-Unjoni fuq il-bażi tan-numru ta' kontroll tal-prodott (Product Control Number — PCN) li huwa komuni għall-partijiet kollha tal-investigazzjoni. Il-grad tal-azzar jifforma parti mill-PCN u ġie vverifikat matul iż-żjarat ta' verifika għand il-produtturi esportaturi Mir-RPĊ fil-kampjun u l-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk l-istess gradi tal-azzar kienu mqabbla għall-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet.

(99)

Fin-nuqqas ta' xi kumment ulterjuri fir-rigward tal-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezzijiet il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (95) sa (99) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Kummenti ġenerali

(100)

Fil-premessa (104) tar-Regolament proviżorju l-Kummissjoni tosserva li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun issospenda l-produzzjoni tal-pjanċa tqila f'Diċembru tal-2015.

(101)

Wieħed mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ iddikjara li l-Kummissjoni għandha teskludi lil dan il-produttur tal-Unjoni fil-kampjun mill-analiżi tal-ħsara minħabba “l-potenzjal għal distorsjoni jibqa', b'tali mod li jew issir analiżi riveduta mingħajr l-informazzjoni dwar il-kumpanija li għalqet, jew tinġabar data minn produttur ieħor tal-UE”.

(102)

Din is-sospensjoni tal-produzzjoni ma għandha l-ebda impatt fuq xi indikatur tal-ħsara peress li seħħet fl-aħħar ġranet tal-perjodu tal-investigazzjoni u għalhekk iż-żewġ settijiet tad-data jiġifieri d-data makroekonomika li tirrigwarda l-produtturi kollha tal-Unjoni u l-indikaturi mikroekonomiċi li jirrigwardaw il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun instabu li huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(103)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti rigward il-kummenti ġenerali dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (100) sa (104) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(104)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti fir-rigward tal-produzzjoni, tal-kapaċità tal-produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (105) sa (110) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.5.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(105)

Is-CISA stqarret li hija ma taqbilx mal-metodoloġija ta' paragun bejn il-““punt ta' bidu” (2012) u l-“punt ta' tmiem” (2015, jiġifieri l-PI)” tal-indikatur tal-ħsara tal-volum tal-bejgħ u l-konklużjoni li tirriżulta li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b' 7 %. Fl-opinjoni tas-CISA data iżjed riċenti hija aktar rilevanti biex tiġi stabbilita l-ħsara. Is-CISA issostni wkoll li l-Kummissjoni kellha “żżid tagħti iżjed piż lix-xejra reċenti fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, li ma wera ebda tnaqqis matul l-aħħar tliet snin”, jiġifieri bejn l-2013 u l-2015.

(106)

Il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument għar-raġunijiet li ġejjin:

(107)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar fil-premessa (3) hawn fuq li tipprovdi li l-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni.

(108)

Il-Kummissjoni eżaminat l-indikaturi kollha ta' ħsara billi ppreżentat ix-xejriet tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat kollu, kif ukoll analiżi ta' sena b'sena, fejn rilevanti.

(109)

It-tieni, il-premessa (112) tar-Regolament proviżorju tiddikjara li “wara tnaqqis ta' 7 % bejn l-2012 u l-2013 u saħansitra tnaqqis ieħor fl-2014 b'2 punti perċentwali l-volum tal-bejgħ żdied bi ftit b'2 punti perċentwali matul il-PI”. Għaldaqstant huwa ċar li l-Kummissjoni ma wettqitx sempliċi paragun tal-““punt ta' bidu” (2012) u l-“punt ta' tmiem” (2015, jiġifieri l-PI)” kif hu allegat, iżda twettqet paragun komprensiv tas-snin kollha fil-perjodu kkunsidrat.

(110)

It-tielet, wieħed irid jara l-volum stabbli tal-bejgħ bejn l-2013 u l-2015 fil-kuntest ta' żieda qawwija fil-konsum ta' 11-il punt perċentwali, kif iddikjarat fit-Tabella 3 tar-Regolament proviżorju. Għaldaqstant il-bejgħ stabbli tal-volum tal-bejgħ ma pprevjeniex telf sinifikanti fis-sehem mis-suq ta' 9,3 punti perċentwali fl-istess żmien, kif iddikjarat fit-Tabella 7 tar-Regolament proviżorju. Huwa għalhekk ikkunsidrat li l-volum stabbli tal-bejgħ bejn l-2013 u l-2015 huwa sinjal tal-ħsara, peress li l-volum tal-bejgħ jeħtieġ jiġi analizzat fil-kuntest ta' konsum li qed jikber u ta' sehem mis-suq li qed jonqos.

(111)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti ulterjuri fir-rigward tal-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (111) sa (114) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.5.2.3.   Impjiegi u produttività

(112)

Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (115) sa (117) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.5.2.4.   Prezzijiet lavorattivi

(113)

Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-prezzijiet lavorattivi tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (118) u (119) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.5.2.5.   Tkabbir

(114)

Fin-nuqqas ta' kumment fir-rigward tat-tkabbir, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (120) u (121) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.5.2.6.   Il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-imgħoddi

(115)

Fin-nuqqas ta' kummenti dwar il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-imgħoddi, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (122) u (124) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li għandhom impatt fuq li-prezzijiet

(116)

Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-prezzijiet u l-fatturi li għandhom impatt fuq il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (125) sa (127) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.5.3.2.   Inventarji

(117)

Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri fir-rigward tal-inventarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (128) sa (130) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.5.3.3.   Profittabbiltà, fluss ta' flus, investiment, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(118)

Is-CISA sostniet li matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja l-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun dejjem kienu ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom.

(119)

It-Tabella 10 tar-Regolament proviżorju tippreżenta x-xejriet kemm tal-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost unitarju tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat. Kif imsemmi fil-premessa (126) tar-Regolament proviżorju il-“prezzijiet tal-bejgħ bdew jonqsu b'rata aktar mgħaġġla u bħala medja, baqgħu dejjem anqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni”.

(120)

Is-CISA sostniet ukoll li huma ma tifhimx għaliex meta fl-2012 il-kost tal-produzzjoni ta' unità kienet ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ ta' unità, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għamlu profitt.

(121)

L-ispiża medja tal-produzzjoni fit-Tabella 10 tar-Regolament proviżorju hija tabilħaqq ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ għall-2012. Dan normalment ikun jindika telf għal din is-sena. Madankollu, il-profitt stabbilit fit-Tabella 12 tar-Regolament proviżorju għall-2012 huwa dovut għal dħul ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li huwa relatat mal-produzzjoni ta' pjanċa tqila, iżda mhux rifless fis-sistema kontabilistika tal-kumpanija u għalhekk mhuwiex inkluż fit-Tabella 10 tar-Regolament proviżorju.

(122)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CISA staqsiet għaliex id-dħul ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li huwa rrelatat mal-produzzjoni ta' pjanċa tqila ma kienx rifless fis-sistema ta' kontabbiltà tal-kosti interni (is-sistema tal-prezz tal-kost tal-prodott) tal-kumpanija.

(123)

Bħalma dan il-produttur tal-Unjoni fil-kampjun iddikjara, u l-Kummissjoni vverifikat, dan huwa minħabba li dan il-profitt jikkonsisti kollu kemm hu minn aġġustament ta' tmiem is-sena skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (“IAS”) f'dak li jirrigwarda l-attività ordinarja tal-kumpanija. Bħala tali, mhuwiex inkluż fir-rekords tal-prezz tal-kost tal-prodotti maħduma matul is-sena, iżda jinsab inkluż f'diversi partiti fid-dikjarazzjoni tal-profitt u t-telf (kif definit fl-IAS 1). Jekk wieħed ma jqisx dan il-qligħ, l-industrija tal-Unjoni tkun qed tagħmel it-telf anki fl-2012 (telf ta' inqas minn 1 %).

(124)

Barra minn hekk, il-prezz medju tal-kost tal-produzzjoni fit-Tabella 10 tar-Regolament proviżorju huwa għall-volum tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ huwa biss għall-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. Dawn iż-żewġ medji mhumiex direttament komparabbli minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

(a)

L-ewwel nett, il-volum tal-produzzjoni jaqbeż b'mod sinifikanti l-volum tal-bejgħ lill-ewwel klijent mhux relatat fl-Unjoni, l-aktar minħabba l-esportazzjonijiet. F'dan ir-rigward, wieħed irid ukoll jikkunsidra l-użu ristrett minn produtturi tal-Unjoni fil-kampjun; madankollu kif imsemmi fil-premessa (89) tar-Regolament proviżorju, l-użu ristrett huwa insinifikanti.

(b)

It-tieni nett il-prodott li qed jiġi investigat huwa magħmul minn għadd kbir ta' tipi ta' prodotti li jinbiegħu bi prezzijiet differenti, u t-taħlita tal-prodotti hija differenti fis-suq tal-Unjoni minn dik fis-swieq tal-esportazzjoni.

(125)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CISA staqsiet jekk il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq fit-Tabella 7 tar-Regolament proviżorju jirreferux għal bejgħ lil klijenti mhux relatati, jew kemm lil klijenti relatati kif ukoll lil klijenti mhux relatati. Il-Kummissjoni tfakkar fil-premessa (102) tar-Regolament proviżorju li jipprevedi li indikaturi makroekonomiċi bħall-produzzjoni jew il-volum tal-bejgħ huma vvalutati fil-livell tal-industrija kollha tal-Unjoni. Bħala tali d-data fit-Tabella 7 tirreferi għall-bejgħ lill-ewwel klijent mhux relatat, kif irrappurtat minn Eurofer. Biex jiġi inkluż il-bejgħ lil partijiet relatati ikun jinvolvi r-riskju tal-għadd doppju.

(126)

Is-CISA kompliet tallega fil-kummenti tagħha għad-divulgazzjoni finali li d-differenza bejn il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-volum tal-bejgħ lill-ewwel klijent mhux relatat fl-Unjoni huwa dovut għall-bejgħ sinifikanti lill-klijenti relatati. Fuq din il-bażi is-CISA iddeduċiet ulterjormant li l-Kummissjoni naqset milli tiġbor u tippreżenta informazzjoni dwar il-volum tal-bejgħ lill-klijenti relatati u b'hekk iddivulgat biss parti mill-istampa fis-suq tal-Unjoni.

(127)

Dawn l-allegazzjonijiet huma bbażati fuq suppożizzjoni żbaljata. Il-Kummissjoni tfakkar li d-differenza bejn il-volum ta' produzzjoni u volum ta' bejgħ lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni mhix ġejja biss mill-bejgħ lill-klijenti relatati, iżda wkoll mill-bejgħ lil konsumaturi barra l-Unjoni. Barra minn hekk, għall-produtturi tal-Unjoni mhux fil-kampjun jista' jkun hemm differenza kkawżata mill-bejgħ lill-ewwel klijenti mhux relatati li jista' jkun li ma ġiex irrappurtat minn Eurofer, kif ġie vverifikat mill-Kummissjoni, minħabba l-metodu ta' rappurtar deskritt fil-premessa (125) hawn fuq biex jiġi evitat ir-riskju tal-għadd doppju. It-Tabella 7 tar-Regolament proviżorju tirreferi għall-volum tal-bejgħ u sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni biss.

(128)

Is-CISA irreferiet ukoll għal żewġ każijiet fejn il-Kummissjoni għamlet analiżi separata għal klijenti relatati u mhux relatati, jiġifieri l-investigazzjoni li tikkonċerna rebars bi prestazzjoni għolja li joriġina mir-RPĊ (13) u l-investigazzjoni dwar prodotti tal-azzar irrumblati ċatt fil-kiesaħ li joriġinaw mir-RPĊ u mir-Russja (14).

(129)

Il-Kummissjoni tfakkar li f'dawk il-każijiet l-analiżi kienet tikkonċerna l-użu ristrett (fil-każ ta' prodotti tal-azzar irrumblati ċatt fil-kiesaħ) jew bejgħ lil utenti relatati (fil-każ ta' rebars bi prestazzjoni għolja), mhux il-bejgħ lil klijenti relatati bħalma huma kumpaniji tal-bejgħ relatati. Kif imsemmi fil-premessa (89) tar-Regolament proviżorju, l-użu ristrett mill-produtturi tal-Unjoni huwa insinifikanti.

(130)

Il-Kummissjoni fl-aħħar nett tfakkar li f'dak li jirrigwarda l-prezzijiet u l-profittabbiltà fis-suq tal-Unjoni, dawn huma relevanti biss jekk il-prezzijiet ikunu ta' bejgħ li sar bejn partijiet mhux relatati.

(131)

Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri fir-rigward tal-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (131) sa (138) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.5.4.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(132)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-konklużjonijiet dwar il-ħsara stabbiliti fil-premessi minn (139) sa (147) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping

(133)

L-Eurofer qalet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu oġġett ta' dumping jirrappreżentaw “l-aktar fattur uniku importanti li għandu impatt fuq l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat”. Hija nnutat ukoll li l-“volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ irdoppja bejn l-2013 u l-2014, imbagħad reġa' rdoppja bejn l-2014 u l-2015” u li fl-2015 il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ “qabeż il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha flimkien”.

(134)

L-Eurofer osservat ukoll tendenzi simili għall-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta' dumping filwaqt li nnutat li dawn “żdiedu minn 4,1 % fl-2013 għal 14,4 % fl-2015, filwaqt li fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha naqas minn 13,2 % fl-2013 għal 12,2 % fl-2015”.

(135)

L-Eurofer fl-aħħar nett ikkonkludiet li “kważi l-gwadann kollu tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu oġġett ta' dumping sar għad-detriment tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni”. Hija kompliet li l-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping naqsu bi kważi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat, u instab li dawn l-importazzjonijiet kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 29 %.

(136)

Dan jikkonferma li l-konklużjonijiet tal-premessa (151) tar-Regolament proviżjorju li ż-żieda kważi kontinwa tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fi prezzijiet imnaqqsa ħafna kellha impatt negattiv ċar fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni wara l-2013.

(137)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (150) sa (157) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

5.2.   Effetti ta' fatturi oħra

5.2.1.   Il-kompetizzjoni ħarxa kkaġunata mill-problemi ta' domanda fis-suq tal-Unjoni

(138)

Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-effetti tal-kompetizzjoni ħarxa kkaġunata mill-problemi ta' domanda fis-suq tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (158) sa (163) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

5.2.2.   L-użu baxx tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni

(139)

Fin-nuqqas ta' kummenti dwar l-effetti tal-użu baxx tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (164) sa (166) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

5.2.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(140)

Is-CISA sostniet li “il-Kummissjoni analizzat separatament l-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna u għalhekk ma sabet l-ebda indikazzjoni li l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi kienu qed jikkaġunaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni”.

(141)

Is-CISA kompliet issostni li l-Kummissjoni kellha twettaq “valutazzjoni kumulattiva tal- importazzjonijiet mill-Ukrajna u mir-Russja”u anke “valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet mit-tliet pajjiżi (iċ-Ċina, ir-Russja u l-Ukrajna)” bl-argument li “matul il-PI il-volum tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna u mir-Russja mhuwiex negliġibbli jekk imqabbel tas-suq tal-Unjoni” u li “il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi kienu aktar baxxi minn dawk miċ-Ċina”.

(142)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq is-CISA ppreżentat il-konklużjoni li “jekk instab li l-importazzjonijiet miċ-Ċina waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, dawk mill-Ukrajna u mir-Russja għaldaqstant waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-UE b'mod aktar prevalenti. Kieku l-Kummissjoni kellha ssegwi l-istess metodoloġija kif applikat għaċ-Ċina, jiġifieri paragun bejn il-“punt ta' bidu” u l-“punt ta' tmiem”, il-Kummissjoni kienet issib li l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi żdied b'41 % u 2,2 punti perċentwali rispettivament”.

(143)

Il-Kummissjoni tirreferi għall-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku li jipprevedi li huma biss l-importazzjonijiet suġġetti għal investigazzjonijiet antidumping li jistgħu jiġu evalwati b'mod kumulattiv. L-importazzjonijiet mill-Ukrajna u mir-Russja mhumiex suġġetti għal investigazzjonijiet antidumping u għalhekk ma jistgħux jiġu kumulati mal-importazzjonijiet mir-RPĊ.

(144)

Il-prezzijiet medji mill-Ukrajna, mir-Russja u mir-RPĊ wkoll mhumiex neċessarjament direttament komparabbli, peress li l-prezz medju huwa affettwat minn taħlita tal-prodott. Aktar rilevanti minn hekk huma t-tendenzi tal-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat. It-Tabella 13 tar-Regolament proviżorju turi b'mod ċar li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna u mir-Russja naqsu b'rata ħafna aktar kajmana mill-prezzijiet ta' importazzjoni mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat.

(145)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa' relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li dak tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'aktar mit-triplu. Fil-kuntest tal-konsum tal-Unjoni li żdied b'5 % u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni li naqas b'10 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat dan ifisser li l-importazzjonijiet mir-RPĊ iggwadanjaw sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni biss.

(146)

Fl-aħħar nett, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied bi kważi miljun tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna żdied b'madwar 160 000 tunnellata, dak mir-Russja b'madwar 75 000 tunnellata.

(147)

Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, u minħabba volumi ta' importazzjoni ferm iżgħar mill-Ukrajna u r-Russja meta mqabblin ma' dawk mir-RPĊ, ma hemm ebda indikazzjoni li l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi kienu qed jiksru r-rabta kawżati bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping għar-RPĊ u l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

(148)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar l-effetti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (167) sa (178) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

5.2.4.   Il-prestazzjoni tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni

(149)

Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-effetti tal-prestazzjoni tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (179) sa (183) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

5.2.5.   Il-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment u r-riromblaturi fl-Unjoni

(150)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti oħra dwar l-effetti tal-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment u r-riromblaturi fl-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (184) sa (189) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

5.2.6.   Nuqqas ta' profitt tal-produtturi tal-Unjoni irrispettivament mill-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ

(151)

Is-CISA sostniet ukoll li, bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun baqgħu fil-biċċa l-kbira mhux profittabbli u li ġarrbu l-ogħla telf fl-2013, li hija eżattament is-sena meta l-importazzjoni ta' pjanċi tqal mir-RPĊ laħqet l-aktar livell baxx.

(152)

Dan l-argument huwa indirizzat fil-premessa (134) tar-Regolament proviżorju, fejn huwa spjegat li “filwaqt li t-telf kbir ta' 12,2 % fl-2013 huwa influwenzat mid-domanda partikolarment baxxa f'dik is-sena, il-pressjoni konsiderevoli fuq il-prezzijiet u l-volumi eżerċitata fuq l-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet dejjem aktar mir-RPĊ matul l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni ma ħallewx lill-industrija tibbenefika mit-tkabbir dinamiku tal-konsum tal-Unjoni bi 11-il punt perċentwali.” Kif indikat fil-premessa (93) tar-Regolament proviżorju dan it-tkabbir kien assorbit kważi għalkollox mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

(153)

Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkonkludi li t-telf għoli fl-2013 ma kienx dovut għall-kwalità baxxa tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, iżda għad-domanda partikolarment baxxa fis-suq tal-Unjoni. It-telf imġarrab mill-industrija tal-Unjoni fl-2014 u fl-2015 huwa madankollu kkaġunat minn volum dejjem jiżdied ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

(154)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-industrija tal-Unjoni kienet profittabbli fis-snin 2011 u 2012. Fl-2011, l-industrija tal-Unjoni uriet marġni ta' profitt ta' 7,9 %, fi żmien meta l-importazzjonijiet mir-RPĊ ma kinux għadhom isiru fi kwantitajiet sinifikanti kif indikat fil-premessa (221) tar-Regolament proviżorju. Fl-2012, il-marġni tal-profitt kien diġà ħafna aktar baxx fil-livell ta' 1,6 %, minħabba l-preżenza sinifikanti ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ. Huwa nnutat li l-ebda parti interessata ma kkummentat dwar il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-2011 u fl-2012.

5.2.7.   Effetti ta' “fatturi importanti oħra”

(155)

Is-CISA tikkunsidra li hemm “fatturi oħra importanti” apparti l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mir-RPĊ “li qed jikkawżaw il-ħsara allegata lill-industrija tal-Unjoni” u li “dan jista' jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma allegatament l-oġġett ta' dumping” mir-RPĊ u l-ħsara. Is-CISA talbet lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-analiżi tagħha tal-kawżalità u tikkunsidra l-fatturi l-oħrajn kollha.

(156)

F'dan ir-rigward, wieħed jinnota li s-sitt fatturi l-oħra elenkati hawn fuq ġew indirizzati jew fir-Regolament proviżorju jew f'dan ir-Regolament. Huwa għalhekk ċar li l-Kummissjoni analizzat fid-dettall il-fatturi kollha identifikati mill-partijiet interessati. Is-CISA lanqas biss identifikat liema “fatturi importanti oħra”, apparti s-sitt fatturi analizzati diġà fid-dettall għandhom jiġu analizzati. Is-CISA semmiet biss li dawn huma “ovvji” mingħajr ma tat aktar informazzjoni. Għaldaqstant il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(157)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (190) sa (194) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(158)

Is-CISA sostniet li matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi tal-Unjoni kellhom iktar minn 70 % tas-suq tal-Unjoni. Hija allegat li tikkontrolla s-suq tal-Unjoni filwaqt li l-uniċi sorsi serji ta' kompetizzjoni huma l-importazzjonijiet mir-RPĊ.

(159)

Il-Kummissjoni tinnota li s-CISA ma tirrikonoxxix il-fatt li l-produtturi tal-Unjoni jikkompetu ma' xulxin u mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi terzi oħra li għandhom sehem mis-suq ta' 12,2 % kif indikat fit-Tabella 13 tar-Regolament proviżorju. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li hemm nuqqas ta' kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni.

(160)

Wara li ttieħdu l-miżuri proviżorji importatur wieħed ukoll issottometta li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping se tnaqqas b'mod artifiċjali l-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni u se twassal għal suq oligopolistiku fis-swettur tal-“pjanċa tqila speċjali” peress li dan is-settur diġà huwa ddominat minn attur wieħed.

(161)

Il-Kummissjoni tinnota madankollu li din il-parti naqset milli tippreżenta xi evidenza biex issostni din l-allegazzjoni. Għall-kuntrarju, l-informazzjoni mibgħuta minn Eurofer fil-kummenti tagħha lid-divulgazzjoni finali telenka bosta produtturi tal-Unjoni li joffru tipi differenti ta' “pjanċa tqila speċjali”.

(162)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-impożizzjoni tad-dazji tista' tnaqqas l-għadd ta' kompetituri f'ċerti setturi ta' “pjanċa tqila speċjali” fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, investigazzjoni antidumping ma tagħtix definizzjoni tas-swieq tal-prodotti u dawk ġeografiċi, u ma tivvalutax is-saħħa fis-suq u l-iżvilupp probabbli tagħha. Għalhekk, ma setgħu jsiru u lanqas kellhom isiru konklużjonijiet f'din l-investigazzjoni dwar jekk hemmx riskju li tinħoloq jew li tissaħħaħ pożizzjoni dominanti f'wieħed minn dawn is-swieq fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni.

(163)

Il-Kummissjoni hija obbligata, fil-kuntest tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni, biex tqis politiki oħra tal-Unjoni, bħalma hija l-politika tal-kompetizzjoni. Madankollu, huwa biss fejn ikun hemm evidenza konkreta ta' pożizzjoni dominanti u l-abbuż possibbli tagħha li dawn il-kunsiderazzjonijiet ikunu jeħtieġu investigazzjoni ulterjuri. Dak il-limitu ma ġietx issodisfat mis-preżentazzjonijiet tal-partijiet interessati.

(164)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tfakkar d-dazji antidumping qed jiġu imposti biex jeliminaw l-effett dannuż tad-dumping li nstab fis-setturi kollha tal-pjanċa tqila, u li pożizzjoni dominanti f'suq ma tfissirx li qed tkun abbużata. Jekk il-partijiet interessati josservaw xi mġiba futura li tista' tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni, jistgħu jużaw id-dritt tagħhom li jagħmlu lment lill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni.

(165)

B'segwitu għall-miżuri proviżorji, importatur wieħed sostna li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping ma għandhiex twassal għal żieda fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(166)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-għan tal-miżuri antidumping huwa li jeliminaw l-effetti ta' distorsjoni fil-kummerċ maħluq mid-dumping dannuż. L-effetti ta' dawn il-miżuri fuq il-prezzijiet jiddependi fuq id-deċiżjonijiet ta' pprezzar ta' diversi operaturi tas-suq, u b'hekk huwa impossibbli li jitbassru. Żieda fil-prezzijiet tista' sseħħ meta l-forzi tas-suq iqisu li fuq suq mingħajr distorsjoni tali prezzijiet ogħla għandhom jipprevalu.

(167)

Is-CISA sostniet ukoll li l-utenti tal-Unjoni jeħtieġu sorsi ta' provvista kompetittiva u stabbli u li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping “x'aktarx li tirriżulta f'telf kbir u/jew ċaqliq ta' impjiegi 'lil hinn mill-Unjoni Ewropea fl-industrija downstream”.

(168)

Kien hemm madankollu 30 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni u l-importazzjonijiet minn għadd ta' pajjiżi, inklużi r-Russja u l-Ukrajna, li jiżguraw forniment kontinwu ta' pjanċa tqila lill-utenti tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-ebda utent fl-industriji downstream ma pprovda evidenza li ma kienx se jkun jista' jsib pjanċa tqila minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping. Rigward ir-riskju ta' telf kbir u/jew ċaqliq ta' impjiegi lil hinn mill-Unjoni, industrija downstream waħda biss għamlet dikjarazzjoni simili, jiġifieri l-produttur tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ. Din it-talba hija indirizzata hawn taħt.

(169)

L-assoċjazzjoni ad hoc ta' utenti f'industrija downstream (it-torrijiet tat-turbini tar-riħ) sostniet li l-impożizzjoni ta' miżuri fuq il-pjanċa tqila se tirriżulta f'riskju ta' rilokazzjoni tal-produzzjoni tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ lejn ir-RPĊ u problemi fil-futur għas-sigurtà tal-provvisti tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ maħdumin lesti jew nofshom lesti. Dan l-argument tqajjem ukoll minn imporatur fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali fir-rigward tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ kif ukoll ta' partijiet oħra tas-sistemi ta' enerġija mir-riħ.

(170)

Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti peress li dawn il-partijiet interessati naqsu milli jissostanzjaw it-talba tagħhom b'xi evidenza jew analiżi, pereżempju billi dawn il-produtturi tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ jippreżentaw rwieħhom fiż-żmien stipulat fin-Notifika ta' bidu u jimlew kwestjonarju fejn jispeċifikaw it-tipi ta' pjanċa tqila użata f'din l-industrija biex jinbnew it-torrijiet tat-turbini tar-riħ, u jipprovdu analiżi ta' jekk dawn it-tipi ta' pjanċa tqila humiex interkambjabbli mat-tipi ta' pjanċa tqila użata f'industriji oħra.

(171)

il-Kummissjoni tinnota li l-informazzjoni fil-fajl turi li l-produtturi tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ ma setgħux jibbenefikaw mill-esklużjoni tal-“pjanċa tqila speċjali” mill-ambitu tal-prodott, kif deskritt fil-premessa (42) hawn fuq. Għaldaqstant, hija biss esklużjoni tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ għal raġunijiet ta' interess tal-Unjoni li tista' tindirizza t-tħassib tagħhom. Madankollu, f'dan l-istadju, il-produtturi tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ ma pprovdew l-ebda analiżi konkreta u dettaljata, inkluża spjegazzjoni tal-impożizzjoni tad-dazji fuq il-kost ta' produzzjoni tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jgħaddu dawk il-kosti lill-konsumaturi, li tista' tiġġustifika tali esklużjoni.

(172)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll l-produtturi tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ jistgħu jitolbu, jekk ikun sostanzjat kif xieraq, għal rieżami interim dwar l-interess tal-Unjoni rigward il-miżuri fuq il-pjanċa tqila. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat ebda indikazzjoni li l-industrija tal-Unjoni tista' tipperikola l-operazzjonijiet tal-utenti. Tali mġieba mhijiex mistennija fl-andament normali tal-forzi tas-suq.

(173)

Importatur wieħed qal li l-esklużjoni tal-“pjanċa tqila speċjali” mill-ambitu tal-prodott huwa fl-interess tal-Unjoni minħabba li allegatament “ħafna industriji ewlenin” bħal dik tal-“bini tal-magni u tas-settur tal-enerġija” fl-Unjoni jiddependu fuq l-importazzjoni tal-“pjanċa tqila speċjali” mir-RPĊ. Madankollu, l-ebda wieħed mill-utenti f'dawn l-industriji ma ppreżenta ruħu biex jikkonferma din id-dikjarazzjoni.

(174)

Dan l-importatur sostna wkoll li “pjanċa tqila speċjali” bi ħxuna ta' aktar minn 150 mm hija maħduma minn tliet produtturi biss fl-Unjoni. Għal pjanċa ta' saħħa b'rendiment għoli, pjanċa mkessħa u ttemprata u pjanċa tqila reżistenti għall-brix il-produzzjoni hija allegatament ikkontrollata minn erba' produtturi tal-Unjoni biss. Fuq din il-bażi, huma jallegaw li l-industrija downstream tal-Unjoni “diġà qed issofri minn nuqqas fil-provvista u minn żieda drammatika fil-prezzijiet tal-bejgħ” u li dan jista' jiġi żbilanċjat biss mill-importazzjonijiet ta' “pjanċa tqila speċjali” mir-RPĊ.

(175)

Is-CISA argumentat li l-utenti tal-“pjanċa tqila speċjali” fl-industrija tal-iffurmar tal-metall — minħabba l-għadd limitat ta' produtturi Ewropej tal-“pjanċa tqila speċjali” — jistgħu jbatu l-istess minn nuqqas ta' provvista. Madankollu, ħadd mill-utenti f'din l-industrija downstream ma' qajjem il-kwistjoni ta' nuqqas tal-provvista.

(176)

Il-Kummissjoni tiċħad l-argumenti mseemijin fil-premessi (173) sa (175) hawn fuq peress li anki l-partijiet interessati naqsu milli jissostanzjaw l-allegazzjoni tagħhom b'xi evidenza jew analiżi. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni stabbilixxiet tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-pjanċa tqila fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Aktar minn dan, l-investigazzjoni uriet li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċità żejda sinifikanti minħabba tnaqqis kontinwu fil-kapaċità tal-utilizzazzjoni. Barra minn hekk, skont is-CISA il-volum ta' “pjanċa tqila speċjali” esportata mir-RPĊ huwa żgħir.

(177)

B'segwitu għad-divulgazzjoni finali importatur wieħed irritorna għal din il-kwistjoni fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali. Madankollu, ma sar l-ebda argument ġdid.

(178)

Fl-assenza ta' xi evidenza fattwali dwar nuqqas allegat ta' provvista minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-impożizzjoni ta' tali miżuri se twassal għal nuqqas ta' provvista tal-“pjanċa tqila speċjali”.

6.1.   Konklużjoni fuq l-interess tal-Unjoni

(179)

Fil-qosor, l-ebda argument imressaq mill-partijiet interessati ma juri li hemm raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ.

(180)

Kwalunkwe effett negattiv fuq l-utenti mhux relatati jittaffa permezz tad-disponibbiltà ta' sorsi alternattivi ta' provvista. L-effetti pożittivi tal-miżuri antidumping fuq is-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fuq l-industrija tal-Unjoni, jegħlbu l-effett potenzjalment negattiv fuq il-gruppi ta' interess l-oħra.

(181)

Fl-assenza ta' kummenti oħrajn rigward l-interess tal-Unjoni, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi minn (195) sa (215) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

7.   IMPOŻIZZJONI RETROATTIVA TA' DAZJI ANTIDUMPING

(182)

Kif imsemmi fil-premessa (4) hawn fuq, wara talba tal-Eurofer, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta' pjanċi tqal li joriġinaw mir-RPĊ soġġetti għar-reġistrazzjoni. Importazzjonijiet li saru bejn il-11 ta' Awwissu 2016 u l-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji, jiġifieri s-7 ta' Ottubru 2016, ġew irreġistrati.

(183)

Skont l-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku, id-dazji jistgħu jiġu imposti retroattivament jekk ikun hemm “flimkien mal-livell tal-importazzjonijiet li kkawżaw ħsara matul il-perjodu tal-investigazzjoni, żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet li, fid-dawl ta' meta sseħħ u l-volum u ċirkustanzi oħra, x'aktarx taħdem b'mod serju kontra l-effett ta' rimedju tad-dazju kontra l-bejgħ taħt il-prezz li għandu jiġi applikat”.

7.1.   Kummenti dwar il-possibbiltà li ssir impożizzjoni retroattiva tad-dazji antidumping

(184)

Is-CISA sostniet li kull miżura retroattiva possibbli jkollha impatt negattiv fuq l-importaturi minħabba li dawn “jaffaċċaw spejjeż addizzjonali bla bżonn” peress li jħallsu d-dazji antidumping. Skont is-CISA l-importaturi “ma' għandhom l-ebda intenzjoni li jaħżnu l-prodott ikkonċernat” mir-RPĊ u li l-importazzjonijiet li ġew irreġistrati kienu l-parti li fadal minn kuntratti antiki li kienu ġew konklużi qabel il-bidu tal-proċediment. Is-CISA fl-aħħar argumentat li “dazju mhux mistenni se joħloq telf” għall-importaturi u għall-utenti fl-Unjoni.

(185)

Is-CISA fl-aħħar nett sostniet li “r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet u t-theddida ta' impożizzjoni ta' miżuri b'mod retroattiv ma hu xejn għajr il-ħolqien ta' ostaklu ieħor biex jiddefendi l-kummerċ sabiex l-importaturi tal-UE ma jibqgħux jimportaw miċ-Ċina anki qabel ma ġie ppruvat li dawn l-importazzjonijiet jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni”.

7.2.   Statistika tal-importazzjoni

(186)

L-istatistiċi tal-importazzjoni tal-Eurostat ippreżentati fit-Tabella 1 hawn taħt juru li l-importazzjonijiet ta' pjanċi tqal mir-RPĊ naqsu b'mod sinifikanti wara l-perjodu ta' investigazzjoni.

Tabella 1

Żvilupp tal-volum ta' importazzjonijiet medji ta' kull xahar

 

Medja fix-Xahar matul il-PI

Medja fix-xahar ta' bejn Marzu u Settembru 2016

Medja fix-xahar ta' bejn Marzu u Ottubru 2016

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati)

113 262

84 669

76 562

Ix-Xejra vs il-PI (%)

Mhux applikabbli

– 25,2

– 32,4

Sors: Eurostat.

7.3.   Konklużjoni dwar ir-retroattività

(187)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li minħabba li ma kien hemm l-ebda żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet il-kundizzjoni legali għall-ġbir retroattiv tad-dazji skont l-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku ma ntlaħqitx. Għaldaqstant id-dazji jeħtieġ li ma jinġabrux b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati.

8.   MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

8.1.   Il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara

(188)

Kif muri fil-premessa (222) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara fuq il-bażi ta' paragun tal-prezz ta' importazzjoni medju ponderat tal-produtturi esportaturi tar-RPĊ fil-kampjun, debitament aġġustat għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni u d-dazji doganali, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(189)

Is-CISA ressqet għadd ta' kummenti dwar il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat il-prezz mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni f'dan il-każ.

(190)

L-ewwel nett is-CISA talbet għaliex il-Kummissjoni użat il-metodoloġija li mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tgħodd t-telf imġarrab matul il-perjodu ta' investigazzjoni u sussegwentement tgħodd il-marġni ta' profitt fil-mira ta' 7,9 % minflok ma tgħodd il-profitt fil-mira mal-kost tal-produzzjoni.

(191)

L-għażla bejn iż-żewġ metodoloġiji użati mill-Kummissjoni biex ikun iddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara saret fuq bażi ta' każ b'każ. Fin-nuqqas ta' bejgħ paragunabbli mill-industrija tal-Unjoni, il-prezz mhux dannuż huwa ħafna drabi stabbilit billi jiżdied il-profitt fil-mira mal-kost totali. Fil-każ preżenti, madankollu, il-bejgħ paragunabbli kien disponibbli.

(192)

Dan huwa minħabba l-fatt li l-prodott simili mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni kien jikkonsisti f'mijiet ta' tipi ta' prodott u l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kellhom netwerk estensiv ta' kumpaniji relatati, inkluż ċentri ta' servizz għall-azzar, li jiġġenera kosti, u li ma humiex irreġistrati fil-kotba tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun f'mod li jistgħu faċilment jiġu allokati lil numri PCN differenti. Għal dawn ir-raġunijiet kien impossibbli li tinġabar l-informazzjoni dwar il-kosti għal kull PCN mhux biss mill-kumpaniji tal-produzzjoni, iżda wkoll mill-kumpaniji tal-bejgħ kollha relatati (b'mod partikolari iċ-ċentri ta' servizz għall-azzar) fl-Unjoni sabiex jintlaħaq kost totali għal kull PCN.

(193)

Għalhekk, minflok, il-Kummissjoni stabbiliet il-kost totali ta' kull PCN billi għaddet mal-prezz tal-bejgħ medju ponderat it-telf medju ponderat li ġġarrab mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Imbagħad, il-mira tal-marġni ta' profitt ta' 7,9 %, li dwaru ma waslu ebda kummenti wara l-miżuri proviżorji, ġie magħdud mal-kost totali hekk stabbilit.

(194)

Fl-aħħar nett is-CISA sostniet ukoll li l-metodoloġija użata kienet “żbaljata” u li ż-żewġ metodoloġiji “jwasslu għal riżultati kompletament differenti”. Hija pprovdiet eżempju billi użat kost ipotetiku ta' produzzjoni u prezz tal-bejgħ ipotetiku, li allegatament kien juri li l-kalkolu tal-prezz immirat abbażi tal-prezz tal-bejgħ huwa żbaljat.

(195)

Il-Kummissjoni tinnota li, peress li ħafna mill-informazzjoni użata fl-eżempju hija ipotetika, u ma tirreferix għal data attwali, ir-riżultat ta' dan l-eżempju ma jistax juri li l-metodoloġija użata f'dan il-każ partikolari hija żbaljata. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tikkunsidra dan l-argument bħala evidenza. Kieku l-istess livell ta' informazzjoni dettaljata kienet disponibbli, iż-żewġ metodoloġiji kienu jwasslu għal riżultati simili.

(196)

Is-CISA fl-aħħar nett sostniet li “jekk il-maġġoranza ta' PCNs esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jinbiegħu minn inqas minn tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, wieħed għandu jiddubita r-rappreżentattività tad-data dwar il-bejgħ li waslet mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u għalhekk tikkonkludi li l-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet abbażi tagħha huwa dibattibbli. Dan apparti l-fatt li l-ħsara bilkemm tista tiġi ppruvata jekk l-industrija tal-Unjoni lanqas biss tipproduċi/tbigħ it-tipi esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.”

(197)

Il-Kummissjoni tinnota li minkejja li tliet produtturi tal-Unjoni ġew inklużi fil-kampjun il-fatt “li l-maġġoranza ta' PCNs esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi huma mibjugħa minn inqas minn tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun” ma jfissirx li l-industrija tal-Unjoni jew anki l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma jbigħuhom xejn. Dan ifisser biss li mhux it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ibigħu PCNs esportati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun mir-RPĊ.

(198)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li mhux il-produtturi esportaturi kollha mir-RPĊ fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni l-istess PCNs. Tabilħaqq, il-maġġoranza l-kbira tal-PCNs esportati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun lejn l-Unjoni (li jammontaw għal iktar minn 90 % ta' dawn l-esportazzjonijiet bil-volum) hija magħmula minn produttur wieħed jew iktar tal-Unjoni fil-kampjun.

(199)

B'segwitu għad-divulgazzjoni finali is-CISA lrritornat għal din il-kwistjoni fil-kummenti tagħha u waqt is-seduta ta' smigħ.

(200)

Is-CISA ddeduċiet li l-industrija tal-Unjoni setgħet ma rrappurtatx iċ-ċifri korretti u li bbenefikat minn trattament favorevoli bi ksur tad-drittijiet ta' partijiet oħrajn għal investigazzjoni oġġettiva, imparzjali u nondiskriminatorja. Dan l-allegat trattament favur l-industrija tal-Unjoni jidher ukoll mill-klemenza tal-Kummissjoni lejhom meta naqsu milli jipprovdu ċerta informazzjoni importanti (is-CISA irreferiet għal-livell ta' informazzjoni dwar il-kost tal-produzzjoni).

(201)

F'dak li jirrigwarda l-allegazzjoni ta' trattament favorevoli, din l-allegazzjoni tiġi miċħuda. Il-kwistjoni involuta tirrigwarda l-għażla tal-kliem fil-premessi (191) sa (193) hawn fuq. F'dawn il-premessi, il-Kummissjoni ddikjarat ir-raġuni għall-għażla bejn iż-żewġ metodoloġiji użati mill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara.

(202)

Fl-assenza ta' xi kummenti oħra dwar il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (217) sa (223) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

8.2.   Offerta ta' impenn

(203)

Wara d-divulgazzjoni finali, produttur esportatur fir-RPĊ ippreżenta offerta ta' impenn għall-prezz lill-Kummissjoni. Din l-offerta ffissat prezzijiet minimi ta' importazzjoni (minimum importation prices — “MIPs”) għat-tipi ta' pjanċa tqila mibjugħa lill-Unjoni mill-produttur esportatur mir-RPĊ, u offriet ukoll metodu ta' indiċjar ta' dawn l-MIPs imsejsa fuq il-prezzijiet tal-materja prima ewlenija.

(204)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-offerta ta' impenn għall-prezz minħabba r-riskju għoli ta' kontrokumpens minħabba li d-differenza fl-MIPs bejn tipi differenti iżda mhux faċilment distingwibbli kienet wiesgħa wisq u l-metodu ta' indiċjar kien kumpless wisq. Barra minn hekk, l-istruttura tal-kanali tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produttur esportatur u l-bejgħ bl-esportazzjoni parallel ta' prodotti oħra ma setgħux jippermett monitoraġġ xieraq u, b'hekk, il-possibbiltà ta' kontrokumpens permezz ta' prodotti oħra mibjugħa minn kumpaniji relatati tal-produtturi esportaturi kienet għolja wisq.

(205)

Il-produttur esportatur kien infurmat bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tiegħu għal impenn u ingħata l-possibbiltà li jikkummenta.

8.3.   Miżuri definittivi

(206)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li saru fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u f'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara, f'konformità mar-regola tad-dazju inferjuri.

(207)

Fuq il-bażi ta' hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġi impost id-dazju definittiv antidumping huma stabbilita kif jidhru fit-Tabella 2 hawn taħt:

Tabella 2

Il-marġni ta' dumping, il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara u r-rata ta' dazju

Il-kumpanija

Marġni tad-dumping (%)

Livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara (%)

Dazju (%)

Nanjing Iron and Steel Co., Ltd.

120,1

73,1

73,1

Minmetals Yingkou Medium Plate Co., Ltd

126,0

65,1

65,1

Wuyang Iron and Steel Co., Ltd u Wuyang New Heavy & Wide Steel Plate Co., Ltd

127,6

73,7

73,7

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

125,5

70,6

70,6

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

127,6

73,7

73,7

Sors: Investigazzjoni.

(208)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma għalhekk applikabbli esklużivament għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u maħdum mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodott importat ikkonċernat maħdum minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, bl-isem u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin speċifikament, ma jistax jibbenifika minn dawn ir-rati u għandu jkun soġġett għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(209)

Kull dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping tal-kumpaniji individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (15) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u esportat, assoċjat per eżempju ma' dik il-bidla fl-isem jew ma' dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali.

(210)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell tad-dazju tal-“kumpaniji l-oħra kollha” ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

8.4.   Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji

(211)

Minħabba l-marġnijiet ta' dumping misjuba u fid-dawl tal-livell ta' ħsara kkaġunata lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti ggarantiti permezz tad-dazju antidumping proviżorju impost mir-Regolament proviżorju għandhom jinġabru definittivament,

(212)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qiegħed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti ċatti ta' azzar illigat jew mhux illigat (bl-esklużjoni tal-azzar inossidabbli, azzar tas-siliċju-elettriku, azzar tal-għodda u azzar għal veloċità għolja), b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, mhux f'kolji, bi ħxuna ta' aktar minn 10 mm u wisa' ta' 600 mm jew aktar jew bi ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 10 mm u wisa' ta' 2 050 mm jew aktar, li fil-preżent jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7208 51 20, ex 7208 51 91, ex 7208 51 98, ex 7208 52 91, ex 7208 90 20, ex 7208 90 80, 7225 40 40, ex 7225 40 60 and ex 7225 99 00 (kodiċijiet TARIC: 7208512010, 7208519110, 7208519810, 7208529110, 7208902010, 7208908020, 7225406010, 7225990035, 7225990040) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u maħdum mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Il-kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

Nanjing Iron and Steel Co., Ltd.

73,1

C143

Minmetals Yingkou Medium Plate Co., Ltd

65,1

C144

Wuyang Iron and Steel Co., Ltd u Wuyang New Heavy & Wide Steel Plate Co., Ltd

73,7

C145

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness

70,6

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

73,7

C999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti ggarantiti bid-dazju antidumping proviżorju skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1777 għandhom jinġabru b'mod definittiv.

Artikolu 3

Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015),

ma jkun relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament,

ikun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,

L-Artikolu 1(2) għandu jiġi emendat, wara li l-partijiet kollha interessati jkunu ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw, billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħadd mal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għaldaqstant soġġetti għar-rata ta' dazju ta' medja ponderata.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1777 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016, p. 5).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1357 tad-9 ta' Awwissu 2016 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew b'liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 215, 10.8.2016, p. 23).

(4)  Azzar ħlief azzar strutturali, azzar tal-bini tal-bastimenti, azzar għal reċipjenti taħt pressjoni, azzar għal case-hardening, tberrid u ttemprar, azzar għall-pajpijiet u azzar li jiflaħ għall-grif.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 tas-27 ta' Jannar 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li ttemm il-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Afrika t'Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 1).

(7)  In-Notifika ta' bidu [2016/C 459/11] (ĠU C 459, 9.12.2016, p. 17).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 283/2000/KEFA tal-4 ta' Frar 2000 (ĠU L 31, 5.2.2000, p. 15) il-premessi 9 sa 12.

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 tal-5 ta' Novembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 298, 8.11.2013, p. 1) il-premessa 16.

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1953 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 284, 30.10.2015, p. 109).

(11)  Il-Kawża T-2/95 Industrie des Poudres Spériques.

(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1246 tat-28 ta' Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' żbarri u vireg tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 204, 29.7.2016, p. 70).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/113 tat-28 ta' Jannar 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' żbarri u vireg tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 23, 29.1.2016, p. 16).

(14)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/181 tal-10 ta' Frar 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatt fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 1).

(15)   European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.


ANNESS

Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:

Isem

Belt

Kodiċi addizzjonali TARIC

Angang Steel Company Limited

Anshan, Liaoning

C150

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd.

Baotou, Inner Mongolia

C151

Zhangjiagang Shajing Heavy Plate Co., Ltd.

Zhangjiagang, Jiangsu

C146

Jiangsu Tiangong Tools Company Limited

Danyang, Jiangsu

C155

Jiangyin Xingcheng Special Steel Works Co., Ltd.

Jiangyin, Jiangsu

C147

Laiwu Steel Yinshan Section Co., Ltd.

Laiwu, Shandong

C154

Nanyang Hanye Special Steel Co., Ltd.

Xixia, Henan

C152

Qinhuangdao Shouqin Metal Materials Co., Ltd.

Qinhuangdao, Hebei

C153

Shandong Iron & Steel Co., Ltd., Jinan Company

Jinan, Shandong

C149

Wuhan Iron and Steel Co., Ltd.

Wuhan, Hubei

C156

Xinyu Iron & Steel Co., Ltd.

Xinyu, Jiangxi

C148


Top