This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0334
Commission Regulation (EU) 2017/334 of 27 February 2017 correcting the Bulgarian, Dutch, Estonian and German language versions of Regulation (EU) No 1321/2014 on the continuing airworthiness of aircraft and aeronautical products, parts and appliances, and on the approval of organisations and personnel involved in these tasks (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/334 tas-27 ta' Frar 2017 li jirrettifika l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, l-Estonjan, il-Ġermaniż u l-Olandiż tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/334 tas-27 ta' Frar 2017 li jirrettifika l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, l-Estonjan, il-Ġermaniż u l-Olandiż tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/1196
ĠU L 50, 28.2.2017, pp. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/334
tas-27 ta' Frar 2017
li jirrettifika l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, l-Estonjan, il-Ġermaniż u l-Olandiż tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Hemm żball fil-verżjoni bil-lingwa Olandiża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) kif emendat mir-Regolament (UE) 2015/1088 (3), b'mod aktar partikolari fil-punt 145.A.55(c)(3) tal-Anness II (Parti 145), fir-rigward tal-għadd ta' snin koperti mid-dokumentazzjoni tal-manutenzjoni miżmuma li għandha titqassam. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tiġi rettifikata. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma jintlaqtux. |
|
(2) |
Jidher żball fil-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara, Estonjana u dik Ġermaniża tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 kif emendat mir-Regolament (UE) 2015/1088, b'mod iktar partikolari fil-punt 145.A.70(a)(6) tal-Anness II (Parti 145) fir-rigward tal-ommissjoni tat-terminu “staff ta' appoġġ”. Għaldaqstant, jeħtieġ li ssir korrezzjoni tal-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara, Estonjana u dik Ġermaniża. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma jintlaqtux |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008; |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Jikkonċerna biss il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, l-Estonjan, il-Ġermaniż u l-Olandiż.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088 tat-3 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward ta' tnaqqis għall-proċeduri tal-manutenzjoni għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali (ĠU L 176, 7.7.2015, p. 4).