Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0210

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/210 tas-7 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/0560

    ĠU L 33, 8.2.2017, p. 19–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/210/oj

    8.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 33/19


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/210

    tas-7 ta' Frar 2017

    dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparat ta' endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta' endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd li għandu jiġi klassifikat fil-kategorija ta' “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-użu ta' dak il-preparat kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u għal speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/661 (2) u għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani għat-tnissil bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2304 (3).

    (5)

    Fl-opinjoni tagħha tal-25 ta' Mejju 2016 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti dwar l-użu, il-preparat ta' endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702 ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li jtejjeb il-prestazzjoni tat-tiġieġ tal-bajd. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (6)

    Il-valutazzjoni tal-preparat ta' endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dak il-preparat għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/661 tat-28 ta' April 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov.IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u għal speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2304 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 39).

    (4)  EFSA Journal 2016; 14(6):4510.


    ANNESS

    Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

    Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà

    4a22

    Adisseo France S.A.S.

    Endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8

    u

    Endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparat ta' endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) u endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702 b'attività minima ta':

    forma solida: endo-1,4-beta-ksilanażi 22 000 VU/g u endo-1,3(4)-beta-glukanażi 15 200 VU (1)/g;

    forma likwida: attività ta' 5 500 VU/ml ta' endo-1,4-beta-ksilanażi, u ta' 3 800  VU/ml ta' endo-1,3(4)-beta-glukanażi.

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) u endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702.

    Metodu analitiku  (2)

    Għall-kwantifikazzjoni tal-attività ta' endo-1,4-beta-ksilanażi:

    metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta' viskożità prodott b'azzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fuq is-substrat li fih il-ksilan (arabinoksilan tal-qamħ).

    Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi:

    metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta' viskożità prodott b'azzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi fuq il-betaglukan tax-xgħir tas-substrat tal-glukan b'pH = 5,5 u 30 °C.

    Tiġieġ tal-bajd

    Endo-1,4-beta-ksilanażi 1 100 VU

    Endo-1,3(4)-beta-glukanażi 760 VU

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt il-proċess ta' tgerbib.

    2.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għal-livelli minimi tagħhom bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs u dik tal-ġilda.

    It-28 ta' Frar 2027


    (1)  l VU (unità viskosimetrika) hija l-ammont ta' enżima li jidrolizza s-substrat (betaglukan tax-xgħir u arabinoksilan tal-qamħ, rispettivament), biex b'hekk inaqqas il-viskożità tas-soluzzjoni, biex ikun hemm bidla fil-fluwidità relattiva ta' 1 (unità bla dimensjoni)/min b'30 °C u b'pH ta' 5,5.

    (2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


    Top