EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0077

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/77 tas-16 ta' Jannar 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 12, 17.1.2017, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/77/oj

17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/77

tas-16 ta' Jannar 2017

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/83 (2), jenħtieġ li diversi entitajiet jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(3)

B'segwitu għas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-182/13 (3), T-433/13 (4), T-158/13 (5), T-5/13 (6) u T-45/14 (7), Moallem Insurance Company, Petropars Operation & Management Company, Petropars Resources Engineering Ltd, Iran Aluminium Company, Iran Liquefied Natural Gas Co., Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH u Naser Bateni mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012.

(4)

B'segwitu għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-200/13 P (8), Bank Saderat Iran mhux inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012. Konsegwentement, u għaċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-entrata li tikkonċerna Bank Saderat (London) PLC f'dak l-Anness titħassar.

(5)

Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/83 tas-16 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ara l-paġna 92 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Lulju 2014, Moallem Insurance Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-182/13, ECLI:EU:T:2014:624.

(4)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Mejju 2015, Petropars Iran Co. et, vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-433/13, ECLI:EU:T:2015:255.

(5)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2015, Iranian Aluminium Co. (Iralco) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-158/13, ECLI:EU:T:2015:634.

(6)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Settembru 2015, Iran Liquefied Natural Gas Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-5/13, ECLI:EU:T:2015:644.

(7)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Settembru 2015,HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH u Naser Bateni vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-45/14, ECLI:EU:T:2015:650.

(8)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' April 2016, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Bank Saderat Iran, C-200/13 P, ECLI:EU:C:2016:284.


ANNESS

L-entrati li jirrigwardaw l-entitajiet elenkati hawn taħt jitħassru mil-lista li tinsab fil-parti I.B tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012:

I.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

B.   Entitajiet

“7.

(a) Bank Saderat PLC (London)

48.

Neka Novin (magħruf ukoll bħala Niksa Nirou)

65.

West Sun Trade GMBH

159.

Oil Industry Pension Fund Investment Company (OPIC)”.


Top