This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017L0853
Directive (EU) 2017/853 of the European Parliament and of the Council of 17 May 2017 amending Council Directive 91/477/EEC on control of the acquisition and possession of weapons (Text with EEA relevance. )
Direttiva (UE) 2017/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Direttiva (UE) 2017/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU L 137, 24.5.2017, p. 22–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2021; Imħassar b' 32021L0555
24.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/22 |
DIRETTIVA (UE) 2017/853 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Mejju 2017
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE (3) stabbiliet miżura ta' akkumpanjament għas-suq intern. Ħolqot bilanċ bejn, minn naħa waħda, l-impenn li tiġi żgurata ċerta libertà ta' moviment għal xi armi tan-nar u komponenti essenzjali tagħhom fl-Unjoni, u min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li dik il-libertà tiġi kkontrollata b'garanziji ta' sigurtà, adatti għal dawk il-prodotti. |
(2) |
Ċerti aspetti mid-Direttiva 91/477/KEE jeħtieġ li jiġu mtejba aktar b'mod proporzjonat, biex jindirizzaw l-użu ħażin ta' armi tan-nar għal finijiet kriminali, u l-kunsiderazzjoni tal-atti terroristiċi li seħħew dan l-aħħar. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni sejħet fil-komunikazzjoni tagħha tat-28 ta' April 2015 dwar l-“Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà”, għar-reviżjoni ta' din id-Direttiva u għal approċċ komuni dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar bħala prevenzjoni kontra l-attivazzjoni mill-ġdid u l-użu tagħhom mill-kriminali. |
(3) |
Ladarba l-armi tan-nar jiġu akkwistati u jinżammu fil-pussess b'mod legali f'konformità mad-Direttiva 91/477/KEE, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ġarr tal-armi, il-kaċċa jew l-isparar fuq bersall. |
(4) |
Għall-finijiet tad-Direttiva 91/477/KEE, jenħtieġ li d-definizzjoni ta' sensar tkopri kwalunkwe persuna naturali jew legali, inklużi soċjetajiet f'isem kollettiv, u t-terminu “provvista” jenħtieġ li jitqies li jinkludi self u lokazzjoni. Peress li s-sensara jipprovdu servizzi simili għal dawk ipprovduti min-negozjanti, jenħtieġ li dawn ukoll ikunu koperti mid-Direttiva 91/477/KEE fir-rigward ta' dawk l-obbligi ta' negozjanti li huma rilevanti għall-attivitajiet tas-sensara, sal-punt li dawn ikunu f'pożizzjoni li jwettqu dawk l-obbligi u sakemm dawn ma jitwettqux minn negozjant dwar l-istess tranżazzjoni sottostanti. |
(5) |
L-attivitajiet ta' negozjant jinkludu mhux biss il-manifattura iżda wkoll il-modifika jew il-konverżjoni ta' armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon, bħat-tqassir ta' arma tan-nar sħiħa, li jwasslu għal bidla fil-kategorija jew is-sottokategorija tagħhom. Attivitajiet purament privati, mhux kummerċjali, bħal ikkargar bl-idejn u l-ikkargar mill-ġdid ta' munizzjon minn komponenti ta' munizzjon għal użu proprju jew modifiki tal-armi tan-nar jew komponenti essenzjali li jkunu proprjetà tal-persuna kkonċernata, bħal tibdil fiċ-ċipp jew verifika jew manutenzjoni li tindirizza t-tkagħbir bl-użu ta' komponenti essenzjali, jenħtieġ li ma jitqisux bħala attivitajiet li jitħalla jagħmel biss negozjant. |
(6) |
Sabiex tiżdied it-traċċabbiltà tal-armi tan-nar u l-komponenti essenzjali kollha u biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tagħhom, l-armi tan-nar kollha jew il-komponenti essenzjali tagħhom jenħtieġ li jiġu mmarkati b'mod ċar, permanenti u b'immarkar uniku u reġistrati fis-sistemi ta' arkivjar tar-rekords tal-Istati Membri. |
(7) |
Ir-reġistri miżmuma fis-sistemi ta' arkivjar tar-rekords jenħtieġ li jinkludu l-informazzjoni kollha li tippermetti li arma tan-nar tiġi marbuta mas-sid tagħha u jenħtieġ li jirreġistraw l-isem tal-manifattur jew il-marka kummerċjali, il-pajjiż jew il-post tal-manifattura, it-tip, il-marka, il-mudell, il-kalibru u n-numru tas-serje tal-arma tan-nar jew kwalunkwe marka unika applikata fuq il-qafas jew ir-riċevitur tal-arma tan-nar. Komponenti essenzjali minbarra l-qafas jew ir-riċevitur jenħtieġ li jiġu rreġistrati fis-sistemi ta' arkivjar tar-rekords taħt il-fajl relatat mal-arma tan-nar li jkunu se jiġu armati magħha. |
(8) |
Biex jiġi evitat li l-immarkar jitħassar faċilment u biex jiġi ċċarat fuq liema komponenti essenzjali jenħtieġ li jsir l-immarkar, jenħtieġ li jiġu introdotti regoli tal-Unjoni komuni dwar l-immarkar. Dawk ir-regoli jenħtieġ li japplikaw biss għal armi tan-nar jew komponenti essenzjali li huma manifatturati jew importati fl-Unjoni fi jew wara l-14 ta' Settembru 2018, meta jiġu introdotti fis-suq, filwaqt li l-armi tan-nar u partijiet manifatturati jew importati fl-Unjoni qabel dik id-data jenħtieġ li jibqgħu koperti minn dawn il-ħtiġiet ta' mmarkar u reġistrazzjoni skont id-Direttiva 91/477/KEE li huma applikabbli sa dik id-data. |
(9) |
Fid-dawl tan-natura perikoluża u d-durabbiltà tal-armi tan-nar u l-komponenti essenzjali, sabiex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jitraċċaw l-armi tan-nar u kompenenti essenzjali għall-fini ta' proċedimenti amministrattivi u kriminali u b'kont meħud tal-liġi proċedurali nazzjonali, jeħtieġ li rekords fis-sistemi ta' arkivjar tar-rekords jiġu miżmuma għal perijodu ta' 30 sena wara l-qerda tal-armi tan-nar jew tal-komponenti essenzjali kkonċernati. L-aċċess għal dawk ir-rekords u d-data personali kollha relatata jenħtieġ li jkun ristrett għall-awtoritajiet kompetenti u jenħtieġ li jkun permess biss sa 10 snin wara l-qerda tal-arma tan-nar jew tal-komponenti essenzjali kkonċernati għall-finijiet tal-għoti jew l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet jew għall-proċeduri doganali inkluż il-possibbiltà ta' impożizzjoni ta' penali amministrattivi, u sa 30 sena wara l-qerda tal-arma tan-nar jew tal-komponenti essenzjali kkonċernati fejn dak l-aċċess huwa meħtieġ għall-infurzar tad-dritt kriminali. |
(10) |
L-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni bejn in-negozjanti u s-sensara, minn naħa, u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, min-naħa l-oħra, huwa importanti għall-operazzjoni effettiva tas-sistemi ta' arkivjar tar-rekords. In-negozjanti u s-sensara jenħtieġ għalhekk li jipprovdu informazzjoni mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet kompetentinazzjonali. Sabiex dak jiġi ffaċilitat, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistabbilixxu mezzi ta' konnessjoni elettronika aċċessibbli għan-negozjanti u s-sensara, li jistgħu jinkludu s-sottomissjoni tal-informazzjoni bil-posta elettronika jew direttament permezz ta' bażi ta' data jew reġistru ieħor. |
(11) |
Fir-rigward tal-obbligu tal-Istati Membri li jkollhom sistema ta' monitoraġġ biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ġarr ta' armi tan-nar jiġu ssodisfatti għat-tul kollu tagħha, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeċiedu jekk il-valutazzjoni tkunx trid tinvolvi jew le test mediku jew psikoloġiku minn qabel. |
(12) |
Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali li jindirizzaw ir-responsabbiltà professjonali, jenħtieġ li l-valutazzjoni ta' informazzjoni medika jew psikoloġika rilevanti ma tkunx preżunta li tassenja responsabbiltà lill-professjonist mediku jew persuni oħra li jipprovdu tali informazzjoni meta armi tan-nar li jkunu f'pussess f'konformità mad-Direttiva 91/477/KEE jiġu użati ħażin. |
(13) |
Jenħtieġ li l-armi tan-nar u l-munizzjon jinħażnu b'mod sikur meta ma jkunux taħt superviżjoni immedjata. Għajr jekk maħżuna f'kustodja sikura, armi tan-nar u munizzjon jenħtieġ li jinħażnu separatament minn xulxin. Meta l-arma tan-nar u l-munizzjon iridu jiġu mgħoddija lil trasportatur għat-trasport, jenħtieġ li dan it-trasportatur ikun responsabbli għas-superviżjoni u l-ħżin xierqa. Il-kriterji għall-ħżin kif suppost u t-trasport sikuri jenħtieġ li jiġu ddefiniti mal-liġi nazzjonali, waqt li jitqiesu l-għadd u l-kategorija tal-armi tan-nar u l-munizzjon ikkonċernati. |
(14) |
Id-Direttiva 91/477/KEE jenħtieġ li ma taffettwax ir-regoli tal-Istati Membri li jippermettu li tranżazzjonijiet leċiti li jinvolvu armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon jiġu organizzati permezz ta' ordnijiet bil-posta, bl-Internet jew kuntratti mill-bogħod fis-sens tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), pereżempju permezz ta' katalgi ta' rkant online jew reklami kklassifikati, permezz tat-telefon jew permezz tal-posta elettronika. Madankollu, huwa essenzjali li l-identitajiet tal-partijiet għal dawk it-tranżazzjonijiet u l-kapaċità legali tagħhom li jidħlu f'tali tranżazzjonijiet tkun tista' tiġi ċċekkjata u ċċekkjata tassew. Fir-rigward tax-xerrejja, għaldaqstant huwa xieraq li jiġi żgurat li l-identità tagħhom u, fejn rilevanti, il-fatt tal-awtorizzazzjoni tagħhom sabiex jakkwistaw arma tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon ikunu ċċekkjati permezz ta' negozjant jew sensar liċenzjati jew awtorizzati, jew minn awtorità pubblika jew minn rappreżentant ta' dik l-awtorità, mhux aktar tard mill-kunsinna. |
(15) |
Għall-armi l-aktar perikolużi, jenħtieġ li jiġu introdotti regoli aktar stretti fid-Direttiva 91/477/KEE sabiex jiżguraw li dawk l-armi tan-nar, b'xi eċċezzjonijiet raġonevoli limitati u debitament motivati, ma jitħallewx jiġu akkwistati, fil-pussess ta' xi ħadd u lanqas ma jitħallew jiġu kkummerċjalizzati. Jekk dawk ir-regoli ma jiġux rispettati, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha xierqa,li jistgħu jinkludu anke l-konfiska ta' dawk l-armi tan-nar. |
(16) |
Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jawtorizzaw l-akkwist u pussess ta' armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon ikklassifikat fil-kategorija A fejn meħtieġ għal finijiet edukattivi, kulturali, inklużi ċ-ċinema u t-teatru, ta' riċerka jew storiċi. Il-persuni awtorizzati jistgħu jinkludu, inter alia, l-armiera, iċ-ċentri ta' ttestjar, il-manifatturi, l-esperti ċċertifikati, ix-xjenzati forensiċi u, f'ċerti każijiet, dawk involuti fir-reġistrazzjonijiet ċinematografiċi jew televiżivi. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll jitħallew jawtorizzaw lil individwi jakkwistaw u jkunu fil-pussess ta' armi tan-nar, il-komponenti essenzjali u l-munizzjon ikklassifikat fil-kategorija A għal finijiet ta' difiża nazzjonali, bħal fil-kuntest ta' taħriġ militari volontarju previst taħt il-liġi nazzjonali. |
(17) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu li jagħtu awtorizzazzjonijiet lill-mużewijiet u l-kolletturi rikonoxxuti biex jakkwistaw u jżommu fil-pussess tagħhom armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon ikklassifikat fil-kategorija A meta jkun meħtieġ għal finijiet storiċi, kulturali, xjentifiċi, tekniċi, edukattivi jew ta' wirt storiku, sakemm tali mużewijiet u kolletturi juru, qabel jingħataw tali awtorizzazzjoni, li jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw kwalunkwe riskju għas-sigurtà pubblika jew l-ordni pubbliku, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħżin xieraq. Kwalunkwe awtorizzazzjoni bħal din jenħtieġ li tqis u tirrifletti s-sitwazzjoni speċifika, inkluż in-natura tal-kollezzjoni u l-iskopijiet tagħha, u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li teżisti sistema għall-monitoraġġ tal-kolletturi u l-kollezzjonijiet. |
(18) |
Jenħtieġ li n-negozjanti u s-sensara ma jiġux miżmuma milli jimmaniġġaw armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon ikklassifikat fil-kategorija A f'każijiet fejn l-akkwist u l-pussess ta' tali armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon jiġi awtorizzat eċċezzjonalment, fejn l-immaniġġar tagħhom ikun meħtieġ għall-finijiet ta' diżattivazzjoni jew konverżjoni, jew meta dan l-akkwist u pussess jkun permess skont id-Direttiva 91/477/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva. Lanqas ma jenħtieġ li n-negozjanti u s-sensara jiġu miżmuma milli jimmaniġġaw tali armi tan-nar, komponeneti essenzjali u munizzjon f'każijiet mhux koperti mid-Direttiva 91/477/KEE kif emendata minn din id-Direttiva, bħal armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon li jenħtieġ li jiġu esportati barra mill-Unjoni jew armi li se jiġu akkwistati mill-forzi armati, mill-pulizija jew l-awtoritajiet pubbliċi. |
(19) |
Jenħtieġ li n-negozjanti u s-sensara jkunu jistgħu jirrifjutaw li jwettqu kwalunkwe tranżazzjoni suspettuża għall-akkwist ta' dawriet sħaħ ta' munizzjon jew ta' komponenti ta' kapsijiet attivi tal-munizzjon. Tranżazzjoni tista' titqies suspettuża meta, pereżempju, tinvolvi kwantitajiet insoliti previsti għall-użu privat, jekk ix-xerrej jidher mhux familjari mal-użu tal-munizzjon jew jekk ix-xerrej jinsisti li jħallas fi flus kontanti filwaqt li ma jkunx lest li jagħti prova tal-identità tiegħu jew tagħha. Jenħtieġ li n-negozjanti u s-sensara jkunu jistgħu jirrapportaw tali tranżazzjonijiet suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti. |
(20) |
Ir-riskju li armi akustiċi u tipi oħra ta' armi tal-isparar in bjank jiġu konvertiti f'armi tan-nar proprja huwa għoli. Għaldaqstant huwa essenzjali li tiġi indirizzata l-problema ta' tali armi tan-nar konvertiti li jintużaw fit-twettieq ta' reati kriminali, partikolarment billi dawn jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat ir-riskju li l-armi tal-allarm u tas-sinjal jiġu mmanifatturati b'tali mod li jistgħu jiġu konvertiti biex jisparaw tir, balla jew projettili permezz tal-azzjoni ta' propellant kombustibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi biex jiġi żgurat li dawn ma jkunux jistgħu jiġu hekk ikkonvertiti. |
(21) |
Minħabba r-riskju għoli li jiġu attivati mill-ġdid l-armi tan-nar diżattivati b'mod mhux xieraq u biex tiżdied is-sigurtà fl-Unjoni kollha, tali armi tan-nar jenħtieġ li jkunu koperti mid-Direttiva 91/477/KEE. Jenħtieġ li tingħata definizzjoni ta' armi tan-nar diżattivati, li tirrifletti l-prinċipji ġenerali tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar kif previst mill-Protokoll kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/164/UE (5), li tittrasponi dak il-Protokoll fil-qafas ġuridiku tal-Unjoni. |
(22) |
Armi tan-nar imfassla għal użu militari, bħall-AK47 u M16, u li huma mgħammra biex joperaw fuq il-bażi ta' nar selettiv, fejn jistgħu jiġu aġġustati manwalment bejn il-modi ta' sparar awtomatiku u semiawtomatiku, jenħtieġ li jiġu kklassifikati bħala armi tan-nar fil-kategorija A u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu pprojbiti għal użu ċivili.Jekk jiġu konvertiti f'armi tan-nar semiawtomatiċi, jenħtieġ li jiġu kklassifikati fil-punt 6 tal-kategorija A. |
(23) |
Xi armi tan-nar semiawtomatiċi jistgħu jiġu kkonvertiti faċilment f'armi tan-nar awtomatiċi, u għalhekk huma ta' theddida għas-sigurtà. Anke fin-nuqqas ta' konverżjoni bħal din, ċerti armi tan-nar semiawtomatiċi jistgħu jkunu perikolużi ħafna meta l-kapaċità tagħhom, f'termini ta' għadd ta' tiri li jistgħu jieħdu, tkun għolja. Għalhekk, armi tan-nar semiawtomatiċi b'apparat tal-ikkargar fiss li jippermetti li jiġu sparati għadd kbir ta' tiri, kif ukoll armi tan-nar semiawtomatiċi flimkien ma' apparat tal-ikkargar li jinqala' b'kapaċità għolja, jenħtieġ li jiġu pprojbiti għal użu ċivili. Is-sempliċi possibbiltà li jitwaħħal apparat tal-ikkargar b'kapaċità li taqbeż l-10 dawriet għal armi tan-nar twal u 20 dawra għal armi tan-nar qosra ma tiddeterminax il-klassifikazzjoni tal-arma tan-nar f'kategorija speċifika. |
(24) |
Mingħajr preġudizzju għat-tiġdid ta' awtorizzazzjonijiet skont id-Direttiva 91/477/KEE, armi tan-nar semiawtomatiċi li jużaw rimfire percussion, inklużi dawk b'kalibru ta' mhux aktar minn.22, jenħtieġ li ma jiġux ikklassifikati fil-kategorija A sakemm ma jkunux ġew konvertiti minn armi tan-nar awtomatiċi. |
(25) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/477/KEE relatati mal-pass Ewropew tal-armi tan-nar bħala d-dokument ewlieni meħtieġ minn tiraturi għall-attivitajiet rispettivi tagħhom jenħtieġ li jittejbu billi tiġi inkluża fid-dispożizzjonijiet rilevanti tagħha referenza għal armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija A, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw regoli aktar stretti. |
(26) |
Jenħtieġ li l-oġġetti, li għandhom dehra fiżika ta' arma tan-nar (“replika”), iżda li jiġu manifatturati b'tali mod li ma jistgħux jinbidlu biex jisparaw tir, balla jew projettili bl-azzjoni ta' propellant kombustibbli, ma jkunux koperti mid-Direttiva 91/477/KEE. |
(27) |
Fejn l-Istati Membri jkollhom liġijiet nazzjonali li jirregolaw armi antiki, dawn l-armi ma jkunux soġġetti għad-Direttiva 91/477/KEE. Madankollu, riproduzzjonijiet ta' armi antiki ma għandhomx l-istess importanza storika jew interess storiku marbuta magħhom u jistgħu jinbnew bl-użu ta' metodi moderni li jistgħu jtejbu d-durabbiltà u l-preċiżjoni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li dawn ir-riproduzzjonijiet jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE. Id-Direttiva 91/477/KEE ma tapplikax għal oġġetti oħra, bħal apparati airsoft, li ma jikkorrisponduxgħad-definizzjoni ta' arma tan-nar u ma humiex għaldaqstant regolati minn dik id-Direttiva. |
(28) |
Sabiex jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, ikun ta' għajnuna kieku l-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-elementi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' sistema li tappoġġa dan l-iskambju tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi ta' arkivjar kompjuterizzati tar-rekords eżistenti fl-Istati Membri, inkluż il-fattibbiltà li kull Stat Membru jingħata l-opportunità li jaċċedi għal tali sistema. Dik is-sistema tista' tuża modulu tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) speċifikament personalizzat għall-armi tan-nar. Tali skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri jenħtieġ li jsir f'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). F'każ li l-awtorità kompetenti teħtieġ aċċess għar-rekords kriminali ta' persuna li tkun qed tapplika għal awtorizzazzjoni biex takkwista jew tieħu l-pussess ta' arma tan-nar, dik l-awtorità jenħtieġ li tkun tista' tikseb din l-informazzjoni skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI (8). Jekk ikun xieraq, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tista' tiġi akkumpanjata bi proposta leġislattiva li tqis l-istrumenti eżistenti relatati mal-iskambju ta' informazzjoni. |
(29) |
Sabiex jiġi żgurat l-iskambju xieraq ta' informazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għat-trasferiment tal-armi tan-nar lejn Stat Membru ieħor u dwar rifjut milli jingħataw awtorizzazzjonijiet għall-akkwist jew għall-pussess ta' arma tan-nar, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet li jippermetti lill-Istati Membri joħolqu din is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (9). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat ta' gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
(30) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li jingħataw is-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(31) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(32) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 jenħtieġ li japplika għall-ipproċessar ta' data personali fil-qafas tad-Direttiva 91/477/KEE. Fejn id-data personali miġbura taħt id-Direttiva 91/477/KEE tiġi pproċessata għall-iskopijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, jenħtieġ li l-awtoritajiet li jipproċessaw dik id-data jikkonformaw mar-regoli adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
(33) |
Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l- Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(34) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 91/477/KEE tiġi emendata skont dan. |
(35) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Direttiva u d-Direttiva 91/477/KEE jikkostitwixxu żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (12), li jaqgħu fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (13). |
(36) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Direttiva u d-Direttiva 91/477/KEE jikkostitwixxu żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (14), li jaqgħu fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (15). |
(37) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Direttiva u d-Direttiva 91/477/KEE jikkostitwixxu żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (16), li jaqgħu fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (17), |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 91/477/KEE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
2. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, persuna għandha tkun ikkunsidrata residenti tal-pajjiż indikat fl-indirizz li jidher fuq dokument uffiċjali li juri l-post tar-residenza tagħha, bħalma hu passaport jew karta tal-identità nazzjonali, li meta jsir kontroll fuq l-akkwist jew il-pussess, jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jew lil negozjant jew sensar. Jekk indirizz ta' persuna ma jidhirx fuq il-passaport jew il-karta tal-identità nazzjonali tagħha, il-pajjiż ta' residenza tagħha għandu jiġi ddeterminat abbażi ta' kwalunkwe prova uffiċjali oħra ta' residenza rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat. 3. Il-“Pass Ewropew tal-armi tan-nar” għandu jinħareġ fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru lil persuna li b'mod legali tikseb pussess ta' arma tan-nar u tużaha. Għandu jkun validu għal perijodu massimu ta' ħames snin, li jista' jiġi estiż, u li għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness II. M'għandux ikun trasferibbli u għandu jirreġistra l-arma tan-nar jew l-armi tan-nar fil-pussess tad-detentur tal-Pass użati minnu in konnessjoni miegħu. Irid dejjem ikun fil-pussess tal-persuna li tkun qed tuża l-arma tan-nar u kwalunkwe bidla fil-pussess jew fil-karatteristiċi tal-armi tan-nar, kif ukoll is-serq jew it-telf tagħhom, għandhom jiġu indikati fuq il-Pass.”; |
(2) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 1. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ġarr ta' armi, il-kaċċa jew l-isparar fuq bersall, bl-użu ta' armi akkwistati u fil-pussess b'mod legali f'konformità ma' din id-Direttiva. 2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-akkwist jew għall-pussess ta' armi jew ta' munizzjon, f'konformità mal-liġi nazzjonali, mill-forzi armati, mill-pulizija jew mill-awtoritajiet pubbliċi. Lanqas ma għandha tapplika għat-trasferimenti rregolati mid-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). (*1) Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1).”;" |
(3) |
L-Artikolu 4, huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 4a huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4a Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar minn persuni li jkunu ngħataw liċenzja jew, fir-rigward ta' armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija C, li jkunu speċifikament awtorizzati li jakkwistaw u jkollhom pussess ta' tali armi tan-nar f'konformità mal-liġi nazzjonali.”; |
(5) |
L-Artikolu 4b jitħassar; |
(6) |
L-Artikoli 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 5 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar biss minn persuni li għandhom raġuni tajba u li:
2. L-Istati Membri għandu jkollhom sistema ta' monitoraġġ, li jistgħu jkunu qed joperaw fuq bażi kontinwa jew mhux kontinwa, biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni stabbiliti bil-liġi nazzjonali jiġu osservati matul il-perijodu ta' awtorizzazzjoni u, inter alia, informazzjoni medika u psikoloġika rilevanti tiġi vvalutata. L-arranġamenti speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti b'mod konformi mal-liġi nazzjonali. Meta xi waħda mill-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ma tibqax tiġi ssodisfata, l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni rispettiva. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu lill-persuni residenti fit-territorju tagħhom milli jkollhom pussess ta' arma tan-nar mixtrija fi Stat Membru ieħor sakemm l-akkwist tal-istess tip ta' arma tan-nar ma jkunx ipprojbit fit-territorju tagħhom stess. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjoni ta' akkwist u awtorizzazzjoni ta' pussess ta' arma tan-nar ikklassifikata fil-kategorija B għandha tiġi rtirata jekk il-persuna li tkun ingħatat dik l-awtorizzazzjoni tinstab li tkun fil-pussess ta' apparat għat-tagħbija, adattat biex jitwaħħal fuq armi tan-nar semiawtomatiċi centre-fire jew armi tan-nar b'ripetitur, li:
sakemm dik il-persuna ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6 jew awtorizzazzjoni li tkun ġiet ikkonfermata, imġedda jew imtawwla skont l-Artikolu 7(4a). Artikolu 5a Sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju li persuni mhux awtorizzati jiksbu aċċess għall-armi tan-nar u għall-munizzjon, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar is-superviżjoni xierqa tal-armi tan-nar u l-munizzjon u regoli dwar il-ħżin xieraq tagħhom b'mod sigur. L-armi tan-nar u l-munizzjon tagħhom ma għandhomx ikunu faċilment aċċessibbli flimkien. Is-superviżjoni xierqa għandha tfisser li l-persuna li jkollha l-pussess legali tal-arma tan-nar jew il-munizzjon ikkonċernati jkollha kontroll fuqhom waqt it-trasport u l-użu tagħhom. Il-livell ta' skrutinju għal tali arranġamenti ta' ħżin xierqa għandu jirrifletti n-numru u l-kategorija tal-armi tan-nar u tal-munizzjon ikkonċernati. Artikolu 5b L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet li jinvolvu l-akkwist u l-bejgħ tal-armi tan-nar, komponenti essenzjali jew munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A, B jew C permezz ta' kuntratti mill-bogħod kif iddefinit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), l-identità, u fejn meħtieġ, l-awtorizzazzjoni tax-xerrej li jkun qed jakkwista l-arma tan-nar, komponenti essenzjali jew munizzjon, jiġu ċċekkjati qabel jew sa mhux aktar tard minn meta jiġu kkonsenjati lil dik il-persuna, permezz ta':
Artikolu 6 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(2), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jipprojbixxu l-akkwist u l-pussess tal-armi tan-nar, il-komponenti essenzjali u l-munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A. Huma għandhom jiżguraw li dawk l-armi tan-nar, il-komponenti u l-munizzjon essenzjali miżmuma illegalment bi ksur ta' dik il-projbizzjoni jiġu kkonfiskati. 2. Għall-protezzjoni tas-sigurtà tal-infrastruttura kritika, it-trasport marittimu kummerċjali, konvojs ta' valur għoli u postijiet sensittivi, kif ukoll għal finijiet ta' difiża nazzjonali, ta' edukazzjoni, kultura, riċerka u finijiet storiċi u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jagħtu f'każijiet individwali, eċċezzjonali u b'mod debitament ġustifikat, awtorizzazzjonijiet għal armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A fejn dan ma jmurx kontra s-sigurtà pubblika jew l-ordni pubbliku. 3. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħtu lill-kolletturi, f'każijiet speċjali individwali, eċċezzjonalment u b'mod debitament ġustifikat, awtorizzazzjonijiet għall-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar, il-komponenti essenzjali u munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A soġġetti għal kundizzjonijiet stretti dwar is-sigurtà, inkluża d-dimostrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jkun hemm fis-seħħ miżuri sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskji għas-sigurtà pubblika jew għall-ordni pubbliku u li armi tan-nar u l-komponenti essenzjali jew il-munizzjon ikkonċernati jiġu maħżuna b'livell ta' sigurtà proporzjonat mar-riskji marbuta ma' aċċess mhux awtorizzat għal tali oġġetti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kolletturi awtorizzati skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jkunu jistgħu jiġu identifikati fis-sistemi ta' arkivjar tar-rekords imsemmija fl-Artikolu 4. Tali kolletturi awtorizzati għandhom ikunu obbligati jżommu reġistru tal-armi tan-nar kollha li jkunu fil-pussess tagħhom ikklassifikati fil-kategorija A, li għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' monitoraġġ xierqa fir-rigward ta' tali kolletturi awtorizzati, filwaqt li jqisu l-fatturi rilevanti kollha. 4. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lin-negozjanti jew lis-sensara, fil-kapaċitajiet professjonali rispettivi tagħhom, biex jakkwistaw, jimmanifatturaw, jiddiżattivaw, isewwu, ifornu, jittrasferixxu u jkollhom fil-pussess tagħhom armi tan-nar, il-komponenti essenzjali u munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A, soġġett għal kundizzjonijiet stretti dwar is-sigurtà. 5. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil mużewijiet biex jakkwistaw u jkollhom fil-pussess tagħhom armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A, soġġett għal kundizzjonijiet stretti dwar is-sigurtà. 6. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil tiraturi fuq bersall jakkwistaw u jkollhom fil-pussess tagħhom armi tan-nar semiawtomatiċi kklassifikati fil-punt 6 jew 7 tal-kategorija A, soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
Fir-rigward ta' armi tan-nar ikklassifikati fil-punt 6 tal-kategorija A, l-Istati Membri li japplikaw sistema militari msejsa fuq lieva ġenerali u li matul dawn l-aħħar 50 sena kellhom fis-seħħ sistema ta' trasferiment ta' armi tan-nar lil persuni li jitilqu mill-armata wara li jaqdu d-dmirijiet militari tagħhom jistgħu jagħtu lil dawk il-persuni, bħala dilettanti tal-isparar, awtorizzazzjoni biex iżommu arma waħda tan-nar użata waqt il-perijodu militari obbligatorju. L-awtorità pubblika rilevanti għandha tittrasforma dawk l-armi tan-nar f'armi tan-nar semiawtomatiċi u għandha tivverifika perjodikament li l-persuni li jużaw dawn l-armi tan-nar ma jirrappreżentawx riskju lis-sigurtà pubblika. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu. 7. Awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu rieżaminati perjodikament f'intervalli li ma jaqbżux il-ħames snin.”; (*2) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64)." |
(7) |
L-Artikolu 7 huwa emendat b'dan li ġej:
|
(8) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Kemm-il darba Stat Membru jipprojbixxi jew jagħmel l-akkwist u l-pussess ta' arma tan-nar ikklassifikata fil-kategoriji B jew C fit-territorju tiegħu soġġetta għall-awtorizzazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra, li għandhom espressament jinkludu dikjarazzjoni f'dan is-sens f'kull pass Ewropew għall-armi tan-nar li huma joħorġu għal din l-arma tan-nar, skont l-Artikolu 12(2).”; |
(9) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 1. L-arranġamenti għall-akkwist u l-pussess tal-munizzjon għandhom ikunu l-istess bħal dawk dwar il-pussess tal-armi tan-nar li għalihom ikun maħsub il-munizzjon. L-akkwist ta' apparati għal armi tan-nar semiawtomatiċi centre-fire li jista' jkollhom aktar minn 20 dawra jew aktar minn 10 dawriet f'każ ta' armi tan-nar twal għandhom ikunu permessi biss għal l-persuni li jingħataw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6 jew awtorizzazzjoni li tkun ġiet ikkonfermata, imġedda jew imtawwla skont l-Artikolu 7(4a). 2. Negozjanti u sensara jistgħu jirrifjutaw li jikkonkludu kwalunkwe tranżazzjoni għall-akkwist ta' dawriet sħaħ ta' munizzjon, jew komponenti ta' munizzjon, li huma raġonevolment iqisu li hija suspettuża minħabba n-natura jew il-kobor tagħha, u għandhom jirrappurtaw kwalunkwe tentattiv ta' tranżazzjoni ta' din ix-xorta, lill-awtoritajiet kompetenti.”; |
(10) |
għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 10a 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li apparati b'ħowlder tal-iskrataċ li jkunu ġew imfassla biex jisparaw biss in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew tiri pirotekniċi tas-sinjali, ma jkunux kapaċi li jiġu konvertiti biex jisparaw tir, balla jew projettili bl-azzjoni ta' propellant kombustibbli. 2. L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw bħala armi tan-nar apparati b'ħowlder tal-iskrataċ li jkunu ġew imfassla biex jisparaw biss in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew tiri pirotekniċi tas-sinjali u li jkunu kapaċi li jiġi konvertiti biex jisparaw tir, balla jew projettili bl-azzjoni ta' propellant kombustibbli. 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi għall-armi tal-allarm u tas-sinjal manifatturati jew importati fl-Unjoni fi jew wara l-14 ta' Settembru 2018 sabiex jiġi żgurat li huma ma jkunux jistgħu jiġu konvertiti biex jisparaw tir, balla jew projettili permezz tal-azzjoni ta' propellant kombustibbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13b(2). Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att ta' implimentazzjoni bħal dan sal-14 ta' Settembru 2018. Artikolu 10b 1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti biex awtorità kompetenti tivverifika d-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar sabiex jiġi żgurat li l-modifiki li jkunu saru fuq l-arma tan-nar ikunu għamlu l-komponenti essenzjali kollha tagħha inoperabbli b'mod permanenti u li ma jkunux jistgħu jinqalgħu, jinbidlu jew jiġu modifikati b'mod li jippermetti li l-arma tan-nar b'xi mod tiġi attivata mill-ġdid. L-Istati Membri għandhom jipprevedu, fil-kuntest ta' dik il-verifika, il-ħruġ ta' ċertifikat u ta' rekord li jixhed li l-arma tan-nar tkun ġiet diżattivata u li tkun saret marka viżibbli b'mod ċar fuq l-arma tan-nar li tixhed dan. 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu standards u tekniki tad-diżattivazzjoni biex tiżgura li l-komponenti kollha essenzjali ta' arma tan-nar ikunu inoperabbli b'mod permanenti u li ma jkunux jistgħu jinqalgħu, jinbidlu jew jiġu modifikati b'mod li jippermetti li l-arma tan-nar tiġi attivata mill-ġdid bi kwalunkwe mod. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13b(2). 3. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhomx japplikaw għal armi tan-nar diżattivati qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni sakemm dawk l-armi tan-nar ma jkunux ġew trasferiti lejn Stat Membru ieħor jew introdotta fis-suq wara dik id-data. 4. L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn wara t-13 ta' Ġunju 2017 l-istandards u t-tekniki nazzjonali tad-diżattivazzjoni tagħhom applikati qabel it-8 ta' April 2016, u jiġġustifikaw ir-raġunijiet li minħabba fihom il-livell ta' sigurtà żgurata minn dawk l-istandards u t-tekniki nazzjonali tad-diżattivazzjoni huwa ekwivalenti għal dak żgurat mit-tekniki speċifiċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 (*4) kif applikabbli fit-8 ta' April 2016. 5. Meta l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara n-notifika, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeċiedu jekk l-istandards u t-tekniki nazzjonali tad-diżattivazzjoni hekk notifikati żgurawx li l-armi tan-nar ġew diżattivati b'livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak żgurat mill-ispeċifikazzjonijiet tekniki tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 kif applikabbli fit-8 ta' April 2016. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13b(2). 6. Sad-data tal-applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, kwalunkwe arma tan-nar diżattivata skont l-istandards u t-tekniki nazzjonali tad-diżattivazzjoni applikati qabel it-8 ta' April 2016 għandha, meta tiġi trasferita lejn Stat Membru ieħor jew titqiegħed fis-suq tosserva l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403. 7. Armi tan-nar diżattivati qabel it-8 ta' April 2016 f'konformità mal-istandards u tekniki nazzjonali ta' diżattivazzjoni li nstabu li jiżguraw livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak żgurat mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 kif applikabbli fit-8 ta' April 2016, għandhom jitqiesu bħala armi tan-nar diżattivati, inkluż meta jiġu trasferiti lejn Stat Membru ieħor jew introdotti fis-suq wara d-data ta' applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5. (*4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 62).”;" |
(11) |
fit-titolu tal-Kapitolu 3, il-kelma “Komunità” hija sostitwita bil-kelma “Unjoni”; |
(12) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, l-armi tan-nar jistgħu jiġu biss ittrasferiti minn Stat Membru għall-ieħor skont il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu. Dik il-proċedura għandha tapplika wkoll fir-rigward tat-trasferimenti ta' armi tan-nar wara li dawn ikunu nbiegħu permezz ta' kuntratt mill-bogħod kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE.”; |
(13) |
L-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
fl-Artikolu 13, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw permezz ta' mezzi elettroniċi informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għat-trasferimenti tal-armi tan-nar fi Stat Membru ieħor, u informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet irrifjutati kif ipprovdut fl-Artikoli 6 u 7 għal raġunijiet ta' sigurtà jew b'rabta mal-affidabbiltà tal-persuna kkonċernata. 5. Il-Kummissjoni għandha tipprevedi sistema għall-iskambju ta' informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-iskambju sistematiku ta' informazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel minn dawn l-atti delegati sal-14 ta' Settembru 2018.”; |
(15) |
L-Artikolu 13a huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 13a 1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat mit-13 ta' Ġunju 2017. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13(5) tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 13(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; |
(16) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 13b 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5). 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (*5) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;" |
(17) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1, il-kelma “Komunità” hija sostitwita bil-kelma “Unjoni”; |
(18) |
Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 17 Sal-14 ta' Settembru 2020, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż kontroll tal-idoneità tad-dispożizzjonijiet tagħha, li, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi li jikkonċernaw b'mod partikolari l-kategoriji tal-armi tan-nar fl-Anness I u l-kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tas-sistema għall-pass Ewropew tal-armi tan-nar, mal-immarkar u mal-impatti tat-teknoloġiji l-ġodda bħall-istampar 3D, l-użu tal-kodiċi QR u l-użu ta' identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju (RFID).”; |
(19) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(20) |
fl-Anness II, il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-14 ta' Settembru 2018. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 4(3) u mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 91/477/KEE, kif emendata permezz ta' din id-Direttiva, sal-14 ta' Diċembru 2019. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.
3. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri taħt il-paragrafi 1 u 2, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi sabiex issir tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
4. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-armi tan-nar miksuba qabel l-14 ta' Settembru 2018, jissospendu r-rekwiżit li jiddikjaraw l-armi tan-nar ikklassifikati fil-punt 5, 6 jew 7 tal-kategorija C sal-14 ta' Marzu 2021.
5. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' Mejju 2017.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
C. ABELA
(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 77.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' April 2017.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess tal-armi (ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51).
(4) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/164/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (ĠU L 89, 25.3.2014, p. 7).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23).
(9) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(12) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(14) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(16) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).