Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 32017D2461

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/2461 tat-12 ta' Diċembru 2017 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

ĠU L 348, 29.12.2017, lk 36—37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dokumendi õiguslik staatus Kehtivad

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2461/oj

29.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2017/2461

tat-12 ta' Diċembru 2017

li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1),

Billi:

(1)

Meta jkun meħtieġ li att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Dak il-perċentwal jiġi kkalkolat skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta' Proċedura”).

(3)

L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura jipprevedi li, b'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f'dak l-Anness, f'konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regoli ta' Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura huwa sostitwit b'dan li ġej:

ANNESS III

Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4) TUE u tal-Artikolu 238(2) u (3) TFUE, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-perċentwal tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru relattivament għall-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018, għandhom ikunu kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

Perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni (%)

Ġermanja

82 437 641

16,10

Franza

67 024 633

13,09

Renju Unit

65 808 573

12,85

Italja

61 219 113

11,95

Spanja

46 528 966

9,08

Polonja

37 972 964

7,41

Rumanija

19 638 309

3,83

Netherlands

17 220 721

3,36

Belġju

11 365 834

2,22

Greċja

10 757 293

2,10

Repubblika Ċeka

10 467 628

2,04

Portugall

10 309 573

2,01

Ungerija

10 080 000

1,97

Żvezja

9 797 561

1,91

Awstrija

8 752 500

1,71

Bulgarija

7 101 859

1,39

Danimarka

5 743 947

1,12

Finlandja

5 499 447

1,07

Slovakkja

5 435 343

1,06

Irlanda

4 774 833

0,93

Kroazja

4 154 213

0,81

Litwanja

2 847 904

0,56

Slovenja

2 065 895

0,40

Latvja

1 950 116

0,38

Estonja

1 315 635

0,26

Ċipru

854 802

0,17

Lussemburgu

589 370

0,12

Malta

440 433

0,09

UE 28

512 155 106

 

Livell limitu (65 %)

332 900 819

 

”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

S. MIKSER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


Üles