EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2423

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2423 tal-11 ta' Diċembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli

ĠU L 343, 22.12.2017, p. 67–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2423/oj

22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/67


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2423

tal-11 ta' Diċembru 2017

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (1) (“il-Ftehim”) għandu l-għan li jippromwovi t-tisħiħ kontinwu u ekwilibrat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn l-Unjoni u t-Turkija, u jistabbilixxi Kunsill ta' Assoċjazzjoni biex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-iżvilupp b'mod progressiv tal-Assoċjazzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċazzjoni KE-Turkija (2) tistabbilixxi s-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli. Il-Protokoll 2 ta' dik id-Deċiżjoni jinkludi dettalji dwar is-sistema preferenzjali applikabbli għall-importazzjoni lejn it-Turkija ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Unjoni, inkluża sistema preferenzjali għall-importazzjoni ta' laħam iffriżat tal-bovini.

(3)

L-Unjoni u t-Turkija wettqu konsultazzjonijiet u qablu li jemendaw is-sistema preferenzjali applikabbli għall-importazzjoni lejn it-Turkija ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Unjoni, u li jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-kwoti tariffarji eżistenti stabbiliti fl-Anness għall-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 għal-laħam frisk u mkessaħ tal-bovini.

(4)

Skont l-Artikolu 35 tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim (3), il-kamp ta' applikazzjoni tat-trattament preferenzjali li l-Unjoni u t-Turkija jagħtu lil xulxin b'mod reċiproku jista' jiġi emendat b'Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija għandha għaldaqstant tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

S. KIISLER


(1)  Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat f'Ankara fit-12 ta' Settembru 1963 (ĠU 217, 29.12.1964, p. 3687).

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija tal-25 ta' Frar 1998 dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli (98/223/KE) (ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1).

(3)  Il-Protokoll Addizzjonali ffirmat fit-23 ta' Novembru 1970, anness mal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (ĠU L 293, 29.12.1972, p. 3).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI TURKIJA

ta' …

li temenda l-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-TURKIJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (1),

Wara li kkunsidra l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

Billi,

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija (3) tistabbilixxi s-sistema preferenzjali applikabbli għall-kummerċ fi prodotti agrikoli bejn l-Unjoni u t-Turkija. Il-Protokoll 2 ta' dik id-Deċiżjoni jinkludi dettalji dwar is-sistema preferenzjali applikabbli għall-importazzjoni lejn it-Turkija ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Unjoni, inkluża sistema preferenzjali għall-importazzjoni ta' laħam iffriżat tal-bovini.

(2)

L-Unjoni u t-Turkija wettqu konsultazzjonijiet u qablu li jemendaw is-sistema preferenzjali applikabbli għall-importazzjoni lejn it-Turkija ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Unjoni, u li jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-kwoti tariffarji eżistenti, stabbiliti fl-Anness għall-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98, għal-laħam frisk u mkessaħ tal-bovini.

(3)

Għalhekk, il-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija għandu jiġi emendat skont dan,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness għall-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija

Il-President


(1)  ĠU UE 217, 29.12.1964, p. 3687.

(2)  ĠU UE L 293, 29.12.1972, p. 3.

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija tal-25 ta' Frar 1998 dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli (98/223/KE) (ĠU UE L 86, 20.3.1998, p. 1).

ANNESS

L-entrati għall-kodiċi NM 0202 20 fl-Anness għall-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 jinbidlu b'dan li ġej:

“Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Tnaqqis tad-dazju MFN (%)

Kwota tariffarja (piż nett f'tunnellati)

0201 20

0202 20

Qatgħat oħra ta' laħam tal-bovini, bl-għadma, friski jew imkessħa, jew iffriżati

Tnaqqis ta' 50 % b'dazju massimu ta' 30 %

5 000

0201 20

0202 20

Qatgħat oħra ta' laħam tal-bovini, bl-għadma, friski jew imkessħa, jew iffriżati

Tnaqqis ta' 30 % b'dazju massimu ta' 43 %

14 100 ”.


Top