This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2422
Council Decision (EU) 2017/2422 of 6 November 2017 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Association Council established by the Association Agreement between the European Union and the European Atomic Energy Community and their Member States, of the one part, and Georgia, of the other part with regard to the adoption of the EU-Georgia Association Agenda
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2422 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra fir-rigward tal-adozzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2422 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra fir-rigward tal-adozzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia
ĠU L 343, 22.12.2017, pp. 64–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2422
tas-6 ta' Novembru 2017
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra fir-rigward tal-adozzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 406(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jadotta rakkomandazzjonijiet, bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim. |
|
(3) |
Sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-Ftehim, il-Partijiet qablu li jistabbilixxu Aġenda ta' Assoċjazzjoni bil-ħsieb li jipprovdu lista ta' prijoritajiet għall-ħidma konġunta tagħhom skont is-settur. |
|
(4) |
Il-Partijiet qablu dwar Aġenda ta' Assoċjazzjoni, li ser tħejji u tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Ftehim. L-Aġenda ta' Assoċjazzjoni ser ikollha tiġi adottata mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit skont il-Ftehim. |
|
(5) |
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-adozzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia għandha tiġi adottata mill-Kunsill, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia, għandha tiġi bbażata fuq l-abbozz tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TAMM
ABBOZZ
RAKKOMANDAZZJONI Nru …/2017 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-GEORGIA
ta'
dwar l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-GEORGIA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 406(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jadotta rakkomandazzjonijiet bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 420(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi stipulati fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ipproponiet fażi ġdida ta' involviment mas-sieħba, li tippermetti sens akbar ta' sjieda miż-żewġ naħat. |
|
(5) |
L-Unjoni u l-Georgia jixtiequ jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi jaqblu fuq sett ta' prijoritajiet għall-perijodu 2017-2020 bil-għan li jappoġġaw u jsaħħu r-reżiljenza u l-istabbiltà tal-Georgia filwaqt li jfittxu assoċjazzjoni politika aktar mill-qrib u integrazzjoni ekonomika aktar profonda. |
|
(6) |
Il-Partijiet għall-Ftehim qablu għalhekk fuq it-test tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia, li ser tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, b'enfasi fuq il-kooperazzjoni f'interessi identifikati b'mod komuni bejniethom, |
ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:
Artikolu 1
Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia kif tinsab fl-Anness.
Artikolu 2
L-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia 2017-2020, kif tinsab fl-Anness, għandha tissostitwixxi l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia 2014-2016 li ġiet adottata fis-26 ta' Ġunju 2014.
Artikolu 3
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, [jum xahar 2017].
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni
Il-President