EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2376

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2376 tal-15 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/348 f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsistenza tal-miri riveduti fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali emendati li bagħtu Malta, il-Bulgarija u l-Polonja (notifikata bid-dokument C(2017) 8433) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/8433

ĠU L 337, 19.12.2017, p. 68–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/2376/oj

19.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/68


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2376

tal-15 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/348 f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsistenza tal-miri riveduti fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali emendati li bagħtu Malta, il-Bulgarija u l-Polonja

(notifikata bid-dokument C(2017) 8433)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Istati Membri għandhom jadottaw pjanijiet nazzjonali jew pjanijiet għal blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali (“FABs”), fosthom miri nazzjonali vinkolanti jew miri fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, li jiżguraw il-konsistenza mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha. Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 jistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tevalwa l-konsistenza ta' dawk il-miri abbażi tal-kriterji ta' evalwazzjoni msemmijin fl-Artikolu 11(6)(d) ta' dak ir-Regolament. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 stabbilixxa regoli ddettaljati dwar dan.

(2)

Wara li vvalutat il-pjanijiet tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/348 (3) li, fost l-oħrajn, stabbiliet li l-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza li kienu inklużi fil-pjanijiet tal-prestazzjoni li bagħtu Malta, il-Bulgarija u l-Polonja kienu konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza (mill-2015 sal-2019).

(3)

Wara l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1985 (4) li kienet tippermetti lil dawk l-Istati Membri jirrevedu, fuq talba tagħhom stess, il-miri tagħhom fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-2017, l-2018 u l-2019 skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013.

(4)

Abbażi ta' dan, fl-2016 Malta, il-Bulgarija u l-Polonja t-tlieta li huma rrevedew dawk il-miri u emendaw il-pjanijiet tal-prestazzjoni tagħhom kif xieraq u bagħtuhom lill-Kummissjoni flimkien mat-talba biex issir ir-reviżjoni.

(5)

Il-Kummissjoni vvalutat dawk il-pjanijiet emendati u, b'mod partikulari, il-miri riveduti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013. Il-konsistenza tal-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, mogħtija fi spejjeż iddeterminati għal kull unità en route, mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha, ġiet ivvalutata skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013, flimkien mal-punt 1 tiegħu, billi tqiesu b'mod partikulari x-xejriet tal-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza meta mqabblin mal-mira ta' tnaqqis ta' 3,3 % fis-sena, bħala medja, u tul il-perjodu kkombinat tal-ewwel u tat-tieni perjodu ta' referenza (mill-2012 sal-2019) meta mqabblin mal-mira ta' tnaqqis ta' 1,7 % fis-sena, bħala medja, kif ukoll il-livell tal-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route meta mqabblin ma' dawk ta' Stati Membri li għandhom ambjent ekomoniku u operattiv simili.

(6)

F'dak li għandu x'jaqsam ma' Malta, il-valutazzjoni wriet li l-miri riveduti huma bbażati fuq tnaqqis ippjanat ta' 3 % fis-sena, bħala medja, tal-ispejjeż tagħha ddeterminati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza. Dan huwa kemm kemm inqas mill-mira ta' tnaqqis għall-ispejjeż medji ddeterminati għal kull unità en route għall-Unjoni kollha tul dak il-perjodu. Madankollu, tul il-perjodu kkombinat tal-ewwel u tat-tieni perjodu ta' referenza, l-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route ppjanati se jonqsu b'rata ogħla mill-mira għall-Unjoni kollha (bi tnaqqis ta' 4,6 %). Barra minn hekk, il-mira riveduta ta' Malta għall-2019 hija bbażata fuq spejjeż iddeterminati għal kull unità en route ppjanati li huma ferm inqas mill-ispejjeż medji ddeterminati għal kull unità en route ta' Stati Membri li għandhom ambjent ekomoniku u operattiv simili (40,4 % inqas). Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-miri riveduti ta' Malta għall-2017, l-2018 u l-2019 huma konsistenti mal-miri għall-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza.

(7)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-Bulgarija, il-valutazzjoni wriet li l-miri riveduti huma bbażati fuq tnaqqis ippjanat ta' 1,1 % fis-sena, bħala medja, tal-ispejjeż tagħha ddeterminati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza. Dan huwa inqas mill-mira ta' tnaqqis għall-ispejjeż medji ddeterminati għal kull unità en route għall-Unjoni kollha tul dak il-perjodu. Madankollu, tul il-perjodu kkombinat tal-ewwel u tat-tieni perjodu ta' referenza, l-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route ppjanati se jonqsu b'rata ogħla mill-mira għall-Unjoni kollha (bi tnaqqis ta' 2,3 %). Barra minn hekk, il-mira riveduta tal-Bulgarija għall-2019 hija bbażata fuq spejjeż iddeterminati għal kull unità en route ppjanati li huma inqas mill-ispejjeż medji ddeterminati għal kull unità en route ta' Stati Membri li għandhom ambjent ekomoniku u operattiv simili (3,0 % inqas). Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-miri riveduti tal-Bulgarija għall-2017, l-2018 u l-2019 huma konsistenti mal-miri għall-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza.

(8)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-Polonja, il-valutazzjoni wriet li l-miri riveduti huma bbażati fuq tnaqqis ippjanat ta' 0,1 % fis-sena, bħala medja, tal-ispejjeż tagħha ddeterminati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza. Dan huwa inqas mill-mira ta' tnaqqis għall-ispejjeż medji ddeterminati għal kull unità en route għall-Unjoni kollha tul dak il-perjodu. Tul il-perjodu kkombinat tal-ewwel u tat-tieni perjodu ta' referenza, l-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route ppjanati se jiżdiedu (b'rata medja ta' 1,4 % fis-sena). Madankollu, il-mira riveduta tal-Polonja għall-2019 hija bbażata fuq spejjeż iddeterminati għal kull unità en route ppjanati li huma ferm inqas mill-ispejjeż medji ddeterminati għal kull unità en route ta' Stati Membri li għandhom ambjent ekomoniku u operattiv simili (14,9 % inqas). Minħabba l-livell favorevoli tal-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route u meta wieħed iqis iċ-ċirkustanzi speċifiċi li wasslu għax-xejriet mhux daqshekk favorevoli tal-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route, u b'mod partikulari l-fatt li kellhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa tas-sikurezza, il-Kummissjoni tqis li, b'mod ġenerali, il-miri riveduti tal-Polonja għall-2017, l-2018 u l-2019 huma konsistenti mal-miri għall-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/348 tiġi emendata sabiex jitqiesu l-miri riveduti ta' Malta, tal-Bulgarija u tal-Polonja,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/348 qed jinbidel bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/348 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar il-konsistenza ta' ċerti miri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 55).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1985 tal-31 ta' Ottubru 2017 li tippermetti li jiġu riveduti l-miri għal Malta, għall-Bulgarija u għall-Polonja fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-2017, l-2018 u l-2019 għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 (ĠU L 287, 4.11.2017, p. 28).


ANNESS

ANNESS

Il-miri ta' prestazzjoni fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni tas-sikurezza, tal-ambjent, tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali li ntbagħtu skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, li nstabu li huma konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA

L-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza (l-“EOSM”) u l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tas-severità bbażata fuq il-metodoloġija tal-għodda għall-analiżi tar-riskju (ir-“RAT”)

STAT MEMBRU

BLOKKA TAL-ISPAZJU TAL-AJRU FUNZJONALI (“FAB”)

L-EOSM

Il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (l-ATM) mal-art f'perċentwali (skont ir-RAT)

Il-livell ġenerali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (tal-ATM) f'perċentwali (skont ir-RAT)

 

Fil-livell tal-istat

Fil-livell tal-fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru (l-ANSP)

Fl-2017

Fl-2019

Fl-2017

Fl-2019

 

SC

MO oħrajn

SMI

RIs

ATM-S

SMI

RIs

ATM-S

SMI

RIs

ATM-S

SMI

RIs

ATM-S

L-Awstrija

FAB CE

C

D

D

94,17

93,33

80

100

100

100

80

80

80

80

80

100

Il-Kroazja

Ir-Repubblika Ċeka

L-Ungerija

Ir-Repubblika Slovakka

Is-Slovenja

L-Irlanda

UK — IR FAB

C

C

D

80

80

80

100

100

100

80

80

80

80

80

100

Ir-Renju Unit

Il-Belġju/il-Lussemburgu

FAB EC

C

C

D

≥ 80

≥ 80

≥ 80

100

100

100

≥ 80

≥ 80

≥ 80

≥ 80

≥ 80

100

Franza

Il-Ġermanja

In-Netherlands

[L-Iżvizzera]

Il-Polonja

Baltic FAB

C

C

D

≥ 80

≥ 80

≥ 80

100

100

100

≥ 80

≥ 80

≥ 80

90

90

100

Il-Litwanja

Ċipru

Blue Med FAB

C

C

D

80

80

80

100

100

100

80

80

80

95

95

100

Il-Greċja

L-Italja

Malta

Il-Bulgarija

Danube FAB

C

C

D

90

90

80

100

100

100

80

85

80

90

90

100

Ir-Rumanija

Id-Danimarka

DK — SE FAB

C

C

D

80

80

80

100

100

100

80

80

80

80

80

100

L-Iżvezja

L-Estonja

NEFAB

C

C

D

95

95

85

100

100

100

90

90

85

100

100

100

Il-Finlandja

Il-Latvja

[In-Norveġja]

Il-Portugall

SW FAB

C

D

D

90

90

90

100

100

100

80

80

90

80

80

100

Spanja

Taqsiriet:

“SC”

:

l-għan ta' ġestjoni tal-“kultura tas-sikurezza” mniżżel fil-punt 1.1.(a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013;

“MO oħrajn”

:

l-għanijiet ta' ġestjoni mniżżlin fil-punt 1.1.(a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 minbarra dak tal-“kultura tas-sikurezza”;

“RIs”

:

l-inkursjonijiet fuq ir-runway;

“SMI”

:

il-ksur tas-separazzjoni minima;

“ATM-S”

:

l-okkorrenzi speċifiċi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (tal-ATM)

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT

L-effiċjenza ta' titjira en route orizzontali tat-trajettorja effettiva

STAT MEMBRU

BLOKKA TAL-ISPAZJU TAL-AJRU FUNZJONALI (“FAB”)

MIRA TAL-FAB B'RABTA MAL-AMBJENT (%)

 

 

Għall-2019

L-Awstrija

FAB CE

1,81

Il-Kroazja

Ir-Repubblika Ċeka

L-Ungerija

Ir-Repubblika Slovakka

Is-Slovenja

L-Irlanda

UK — IR FAB

2,99

Ir-Renju Unit

Il-Belġju/il-Lussemburgu

FAB EC

2,96

Franza

Il-Ġermanja

In-Netherlands

[L-Iżvizzera]

Il-Polonja

Baltic FAB

1,36

Il-Litwanja

Ċipru

Blue Med FAB

2,45

Il-Greċja

L-Italja

Malta

Il-Bulgarija

Danube FAB

1,37

Ir-Rumanija

Id-Danimarka

DK — SE FAB

1,19

L-Iżvezja

L-Estonja

NEFAB

1,22

Il-Finlandja

Il-Latvja

[In-Norveġja]

Il-Portugall

SW FAB

3,28

Spanja

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ

Id-dewmien fil-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (l-AFTM) en route f'minuti għal kull titjira

STAT MEMBRU

BLOKKA TAL-ISPAZJU TAL-AJRU FUNZJONALI (“FAB”)

MIRA TAL-FAB B'RABTA MAL-KAPAĊITÀ EN ROUTE

Għall-2015

Għall-2016

Għall-2017

Għall-2018

Għall-2019

L-Irlanda

UK — IR FAB

0,25

0,26

0,26

0,26

0,26

Ir-Renju Unit

Il-Polonja

Baltic FAB

0,21

0,21

0,21

0,22

0,22

Il-Litwanja

Id-Danimarka

DK — SE FAB

0,10

0,10

0,10

0,09

0,09

L-Iżvezja

L-Estonja

NEFAB

0,12

0,12

0,13

0,13

0,13

Il-Finlandja

Il-Latvja

[In-Norveġja]

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Spjega:

Simbolu

X'jirrappreżenta s-simbolu

L-unitajiet

(A)

It-total tal-ispejjeż iddeterminati en route

(f'termini nominali u fil-munita nazzjonali)

(B)

Ir-rata tal-inflazzjoni

(f'perċentwali)

(C)

L-indiċi tal-inflazzjoni

(100 = 2009)

(D)

It-total tal-ispejjeż iddeterminati en route

(fi prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali)

(E)

It-total tal-unitajiet tas-servizzi en route

(f'unitajiet tas-servizzi totali (TSUs))

(F)

L-ispiża ddeterminata għal kull unità (id-DUC) en route

(fi prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali)

BALTIC FAB

Żona tal-imposti: il-Litwanja — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

23 316 993

23 342 321

24 186 978

25 093 574

25 748 766

(B)

1,7 %

2,2 %

2,5 %

2,2 %

2,2 %

(C)

112,9

115,4

118,4

121,0

123,7

(D)

20 652 919

20 223 855

20 434 886

20 737 566

20 814 037

(E)

490 928

508 601

524 877

541 672

559 548

(F)

42,07

39,76

38,93

38,28

37,20


Żona tal-imposti: il-Polonja — Munita: PLN

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

658 592 342

687 375 337

807 874 605

840 660 505

795 098 157

(B)

2,4 %

2,5 %

1,1 %

1,9 %

2,4 %

(C)

115,9

118,7

111,3

113,4

116,1

(D)

568 474 758

578 848 069

725 678 008

741 339 221

685 060 982

(E)

4 362 840

4 544 000

4 299 929

4 419 000

4 560 000

(F)

130,30

127,39

168,77

167,76

150,23

BLUE MED FAB

Żona tal-imposti: Ċipru — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

52 708 045

53 598 493

55 916 691

57 610 277

59 360 816

(B)

1,6 %

1,7 %

1,7 %

1,8 %

2,0 %

(C)

112,9

114,8

116,8

118,9

121,3

(D)

46 681 639

46 676 772

47 881 610

48 459 560

48 952 987

(E)

1 395 081

1 425 773

1 457 140

1 489 197

1 521 959

(F)

33,46

32,74

32,86

32,54

32,16


Żona tal-imposti: il-Greċja — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

147 841 464

151 226 557

155 317 991

156 939 780

164 629 376

(B)

0,3 %

1,1 %

1,2 %

1,3 %

1,6 %

(C)

107,9

109,1

110,4

111,8

113,6

(D)

136 958 572

138 630 543

140 635 901

140 350 008

144 936 752

(E)

4 231 888

4 318 281

4 404 929

4 492 622

4 599 834

(F)

32,36

32,10

31,93

31,24

31,51


Żona tal-imposti: Malta — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

17 736 060

19 082 057

20 694 940

21 720 523

22 752 314

(B)

1,7 %

1,8 %

1,7 %

1,7 %

1,7 %

(C)

111,9

114,0

115,9

117,9

119,9

(D)

15 844 908

16 745 957

17 857 802

18 429 483

18 982 242

(E)

609 000

621 000

880 000

933 000

990 000

(F)

26,02

26,97

20,29

19,75

19,17

DANUBE FAB

Żona tal-imposti: il-Bulgarija — Munita: BGN

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

166 771 377

172 805 739

219 350 068

228 283 095

232 773 544

(B)

0,9 %

1,8 %

1,1 %

1,2 %

1,4 %

(C)

110,1

112,1

106,9

108,1

109,7

(D)

151 495 007

154 219 178

205 254 233

211 080 244

212 260 655

(E)

2 627 000

2 667 000

3 439 000

3 611 824

3 745 039

(F)

57,67

57,82

59,68

58,44

56,68


Żona tal-imposti: ir-Rumanija — Munita: RON

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

690 507 397

704 650 329

718 659 958

735 119 853

753 216 461

(B)

3,1 %

3,0 %

2,8 %

2,8 %

2,7 %

(C)

126,9

130,7

134,4

138,2

141,9

(D)

543 963 841

538 937 162

534 681 066

532 030 334

530 795 951

(E)

4 012 887

4 117 019

4 219 063

4 317 155

4 441 542

(F)

135,55

130,90

126,73

123,24

119,51

DENMARK-SWEDEN FAB

Żona tal-imposti: id-Danimarka — Munita: DKK

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

726 872 134

724 495 393

735 983 926

749 032 040

750 157 741

(B)

1,8 %

2,2 %

2,2 %

2,2 %

2,2 %

(C)

111,6

114,1

116,6

119,1

121,8

(D)

651 263 654

635 160 606

631 342 985

628 704 443

616 095 213

(E)

1 553 000

1 571 000

1 589 000

1 608 000

1 628 000

(F)

419,36

404,30

397,32

390,99

378,44


Żona tal-imposti: l-Iżvezja — Munita: SEK

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

1 951 544 485

1 974 263 091

1 970 314 688

1 964 628 986

1 958 887 595

(B)

1,6 %

2,4 %

2,1 %

2,0 %

2,0 %

(C)

106,1

108,6

110,9

113,1

115,4

(D)

1 840 204 091

1 817 994 673

1 777 040 937

1 737 169 570

1 698 130 296

(E)

3 257 000

3 303 000

3 341 000

3 383 000

3 425 000

(F)

565,00

550,41

531,89

513,50

495,80

FAB CE

Żona tal-imposti: il-Kroazja — Munita: HRK

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

670 066 531

687 516 987

691 440 691

687 394 177

674 346 800

(B)

0,2 %

1,0 %

1,5 %

2,5 %

2,5 %

(C)

109,2

110,4

112,0

114,8

117,7

(D)

613 414 184

622 991 131

617 287 272

598 707 050

573 017 597

(E)

1 763 000

1 783 000

1 808 000

1 863 185

1 926 787

(F)

347,94

349,41

341,42

321,34

297,40


Żona tal-imposti: ir-Repubblika Ċeka — Munita: CZK

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

3 022 287 900

3 087 882 700

3 126 037 100

3 149 817 800

3 102 014 900

(B)

1,9 %

2,0 %

2,0 %

2,0 %

2,0 %

(C)

111,5

113,7

116,0

118,3

120,7

(D)

2 710 775 667

2 715 303 433

2 694 955 079

2 662 212 166

2 570 401 338

(E)

2 548 000

2 637 000

2 717 000

2 795 000

2 881 000

(F)

1 063,88

1 029,69

991,89

952,49

892,19


Żona tal-imposti: l-Ungerija — Munita: HUF

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

28 133 097 383

29 114 984 951

29 632 945 277

30 406 204 408

31 345 254 629

(B)

1,8 %

3,0 %

3,0 %

3,0 %

3,0 %

(C)

119,3

122,8

126,5

130,3

134,2

(D)

23 587 547 923

23 699 795 100

23 418 852 735

23 330 056 076

23 350 067 982

(E)

2 457 201

2 364 165

2 413 812

2 453 639

2 512 526

(F)

9 599,36

10 024,60

9 702,02

9 508,35

9 293,46


Żona tal-imposti: is-Slovenja — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

32 094 283

33 168 798

33 870 218

34 392 801

35 029 005

(B)

1,6 %

2,1 %

1,9 %

2,0 %

2,0 %

(C)

111,9

114,3

116,5

118,8

121,2

(D)

28 675 840

29 018 678

29 079 819

28 949 500

28 906 876

(E)

481 500

499 637

514 217

529 770

546 470

(F)

59,56

58,08

56,55

54,65

52,90

NEFAB

Żona tal-imposti: l-Estonja — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

23 098 175

24 757 151

25 985 553

27 073 003

28 182 980

(B)

3,0 %

3,1 %

3,0 %

3,0 %

3,0 %

(C)

123,3

127,1

130,9

134,8

138,9

(D)

18 739 585

19 481 586

19 852 645

20 081 013

20 295 459

(E)

774 641

801 575

827 117

855 350

885 643

(F)

24,19

24,30

24,00

23,48

22,92


Żona tal-imposti: il-Finlandja — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

45 050 000

45 596 000

46 064 000

46 321 000

46 468 000

(B)

1,5 %

1,7 %

1,9 %

2,0 %

2,0 %

(C)

114,4

116,4

118,6

121,0

123,4

(D)

39 368 663

39 179 750

38 843 860

38 294 684

37 662 953

(E)

792 600

812 000

827 000

843 000

861 000

(F)

49,67

48,25

46,97

45,43

43,74


Żona tal-imposti: il-Latvja — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

22 680 662

23 118 000

23 902 000

24 692 818

25 534 000

(B)

2,5 %

2,3 %

2,3 %

2,3 %

2,3 %

(C)

109,7

112,2

114,8

117,4

120,1

(D)

20 683 885

20 603 685

20 823 477

21 028 777

21 256 247

(E)

802 000

824 000

844 000

867 000

890 000

(F)

25,79

25,00

24,67

24,25

23,88

SW FAB

Żona tal-imposti: il-Portugall — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

111 331 252

117 112 878

121 117 127

124 427 807

127 871 286

(B)

1,2 %

1,5 %

1,5 %

1,5 %

1,5 %

(C)

110,5

112,2

113,8

115,5

117,3

(D)

100 758 704

104 424 905

106 399 345

107 692 336

109 037 112

(E)

3 095 250

3 104 536

3 122 232

3 147 209

3 171 128

(F)

32,55

33,64

34,08

34,22

34,38

SPANJA

Żona tal-imposti: Spanja kontinentali — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

620 443 569

622 072 583

622 240 962

625 580 952

627 777 294

(B)

0,8 %

0,9 %

1,0 %

1,0 %

1,1 %

(C)

110,6

111,6

112,7

113,9

115,1

(D)

561 172 369

557 638 172

552 025 959

549 379 889

545 563 910

(E)

8 880 000

8 936 000

9 018 000

9 128 000

9 238 000

(F)

63,20

62,40

61,21

60,19

59,06


Żona tal-imposti: Spanja — il-Gżejjer Kanarji — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

98 528 223

98 750 683

99 003 882

98 495 359

98 326 935

(B)

0,8 %

0,9 %

1,0 %

1,0 %

1,1 %

(C)

110,6

111,6

112,7

113,9

115,1

(D)

89 115 786

88 522 066

87 832 072

86 497 790

85 450 091

(E)

1 531 000

1 528 000

1 531 000

1 537 000

1 543 000

(F)

58,21

57,93

57,37

56,28

55,38

UK-IR FAB

Żona tal-imposti: l-Irlanda — Munita: EUR

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

118 046 200

121 386 700

125 595 100

129 364 400

130 778 800

(B)

1,1 %

1,2 %

1,4 %

1,7 %

1,7 %

(C)

103,7

105,0

106,4

108,2

110,1

(D)

113 811 728

115 644 664

118 001 964

119 511 684

118 798 780

(E)

4 000 000

4 049 624

4 113 288

4 184 878

4 262 135

(F)

28,45

28,56

28,69

28,56

27,87


Żona tal-imposti: ir-Renju Unit — Munita: GBP

 

Fl-2015

Fl-2016

Fl-2017

Fl-2018

Fl-2019

(A)

686 348 218

687 119 724

690 004 230

682 569 359

673 089 111

(B)

1,9 %

1,9 %

2,0 %

2,0 %

2,0 %

(C)

118,2

120,5

122,9

125,3

127,8

(D)

580 582 809

570 397 867

561 561 156

544 617 914

526 523 219

(E)

10 244 000

10 435 000

10 583 000

10 758 000

10 940 000

(F)

56,68

54,66

53,06

50,62

48,13


Top