Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2353

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2353 tal-14 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żejt minn Calanus finmarchicus bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2017) 8426)

C/2017/8426

ĠU L 336, 16.12.2017, pp. 45–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/2353/oj

16.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/45


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2353

tal-14 ta' Diċembru 2017

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żejt minn Calanus finmarchicus bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 8426)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Jannar 2011, il-kumpanija Norveġiża Calanus AS għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed iż-żejt mill-krustaċju (żooplankton tal-baħar) Calanus finmarchicus li jinġabar miż-Żona Ekonomika tan-Norveġja jew miż-żona tas-sajd ta' Jan Mayen fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(2)

Fil-21 ta' Ottubru 2016, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport, l-awtorità kkonkludiet li ż-żejt mill-Calanus finmarchicus jissodisfa l-kriterji għal ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(3)

Fit-8 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

(4)

Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, b'mod partikolari dwar in-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-proċess tal-produzzjoni, l-istabbiltà tal-ħżin u d-dejta tossikoloġika. L-ispjegazzjonijiet addizzjonali pprovduti min-naħa tal-applikant taffew dak it-tħassib u dan kien ta' sodisfazzjon għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni.

(5)

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. Jenħtieġ li l-użu taż-żejt minn Calanus finmarchicus jiġi awtorizzat mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE, iż-żejt minnCalanus finmarchicus kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-isem taż-żejt minn Calanus finmarchicus awtorizzat b'din id-Deċiżjoni dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel għandu jkun “żejt minn Calanus finmarchicus (krustaċju)”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Calanus AS, Stakkevollv. 65, P.O. Box 2489, 9272 Tromsø, in-Norveġja.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).


ANNESS I

SPECIFIKAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT MINN CALANUS FINMARCHICUS

Deskrizzjoni: L-ikel il-ġdid huwa żejt kulur ir-rubini (aħmar skur), kemxejn viskuż b'riħa ħafifa tal-frott tal-baħar estratt mill-krustaċju (żooplankton tal-baħar) Calanus finmarchicus. Dan l-ingredjent jikkonsisti primarjament minn esteri tax-xama' (> 85 %) b'ammonti żgħar ta' trigliċeridi u lipidi newtrali oħra.

Speċifikazzjonijiet

Parametru

Valuri tal-ispeċifikazzjonijiet

Ilma

< 1 %

Esteri tax-xama'

> 85 %

Aċidi xaħmin totali

> 46 %

Aċidu ejkosapentenojku (EPA)

> 3 %

Aċidu dokosaeżaenojku (DHA)

> 4 %

Alkoħol xaħmi totali

> 28 %

C20:1 n-9 alkoħol xaħmi

> 9 %

C22:1 n-11 alkoħol xaħmi

> 12 %

Aċidi xaħmin trans

< 1 %

Esteri tal-astaksantin

< 0,1 %

Valur tal-perossidu

< 3 meq. O2/kg


ANNESS II

UŻI AWTORIZZATI TAŻ-ŻEJT MINN CALANUS FINMARCHICUS

Kategorija tal-ikel

Livell massimu

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

2,3 g/kuljum


Top