Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2322

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2322 tad-29 ta' Mejju 2017 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

ĠU L 333, 15.12.2017, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2322/oj

15.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2322

tad-29 ta' Mejju 2017

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tiegħu tas-27 u t-28 ta' Novembru 2003, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, megħjuna mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, tiftaħ negozjati sabiex tikkonkludi Ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada.

(2)

B'segwitu għal dik l-awtorizzazzjoni, il-Presidenza nnegozjat Ftehim mal-Kanada dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata.

(3)

Jenħtieġ li dak il-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (“il-Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. CARDONA


Top