This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2214
Council Decision (CFSP) 2017/2214 of 30 November 2017 amending Decision 2014/512/CFSP concerning restrictive measures in view of Russia's actions destabilising the situation in Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2214 tat-30 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2214 tat-30 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
ĠU L 316, 1.12.2017, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2214
tat-30 ta' Novembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1). |
(2) |
Il-Kunsill jikkunsidra li l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK ma għandhomx jaffettwaw l-industrija spazjali Ewropea. |
(3) |
Fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1764 (2). Dik id-Deċiżjoni introduċiet derogi għal ċerti operazzjonijiet li jirrigwardaw pirotekniċi speċifiċi msemmija fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (3), li huma neċessarji għall-użu ta' lanċaturi operati minn fornituri ta' servizzi ta' llanċjar tal-Istati Membri jew stabbiliti fi Stat Membru, neċessarji għall-użu ta' operazzjonijiet ta' llanċjar ta' programmi spazjali tal-Unjoni, tal-Istati Membri tagħha jew tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, jew neċessarji għar-riforniment ta' satelliti minn produtturi ta' satelliti stabbiliti fi Stat Membru. |
(4) |
Il-Kunsill jikkunsidra li għandhom ikunu permessi ċerti operazzjonijiet li jikkonċernaw l-idrażina msemmija fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea meħtieġa għall-ExoMars Carrier Module kif ukoll għall-ExoMars Descent Module fil-qafas tal-missjoni ExoMars 2020. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
Jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “5a. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni u għall-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport tal-idrażina (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 fil-mija jew aktar għat-testijiet u t-titjir tal-ExoMars Descent Module u għat-titjir tal-ExoMars Carrier Module fil-qafas tal-missjoni ExoMars 2020, taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Il-paragrafu 6 jinbidel kif ġej: “6. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra, u għall-forniment ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatati mal-operazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 5 u 5a.”. |
(3) |
Il-paragrafu 7 jinbidel kif ġej: “7. L-operazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 5, 5a u 6 għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom debitament jinfurmaw lill-Kunsill fil-każijiet kollha fejn huma jagħtu awtorizzazzjoni. L-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji tal-ammonti trasferiti u tal-użu finali.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. SIMSON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1764 tal-1 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 42).
(3) Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fid-9 ta' Frar 2015 (ĠU C 129, 21.4.2015, p. 1).