EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2210
Council Decision (EU) 2017/2210 of 25 September 2017 on the signing, on behalf of the Union, and provisional application of the Agreement for scientific and technological cooperation between the European Union and the Arab Republic of Egypt setting out the terms and conditions for the participation of the Arab Republic of Egypt in the Partnership for Research and Innovation in the Mediterranean Area (PRIMA)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2210 tal-25 ta' Settembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2210 tal-25 ta' Settembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
ĠU L 316, 1.12.2017, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2210/oj
1.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2210
tal-25 ta' Settembru 2017
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tistipula l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (“PRIMA”) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri. |
(2) |
L-għan tal-PRIMA hu li jiġi implimentat programm biex jinbnew kapaċitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni u biex jiġu żviluppati l-għarfien u soluzzjonijiet innovattivi komuni għas-sistemi agroalimentari, biex dawn isiru sostenibbli, u għall-provvista u l-ġestjoni integrati tal-ilma fiż-żona tal-Mediterran, biex dawk is-sistemi u dik il-provvista u l-ġestjoni jsiru aktar reżiljenti għall-klima, effiċjenti, kosteffettivi u ambjentalment u soċjalment sostenibbli, u biex isir kontribut biex tinstab soluzzjoni upstream għal problemi marbutin mal-iskarsezza tal-ilma, is-sikurezza alimentari, in-nutrizzjoni, is-saħħa, il-benesseri u l-migrazzjoni. |
(3) |
Fi PRIMA se jipparteċipaw b'mod konġunt għadd ta' Stati Membri u ta' pajjiżi terzi (“Stati Parteċipanti”) b'livell għoli ta' impenn għall-integrazzjoni xjentifika, finanzjarja u tal-ġestjoni u bl-istess termini u kundizzjonijiet. |
(4) |
Ir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu (“l-Eġittu”) esprimiet ix-xewqa tagħha li tissieħeb fi PRIMA bħala Stat Parteċipant u fl-istess livell tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) li jipparteċipaw fi PRIMA. |
(5) |
Skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324, l-Eġittu jsir Stat Parteċipant fi PRIMA soġġett għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Unjoni li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Eġittu fi PRIMA. |
(6) |
Fit-30 ta' Mejju 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f'isem l-Unjoni, mal-Eġittu dwar Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (“il-Ftehim”), soġġett għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess meta l-Partijiet poġġew l-inizjali tagħhom fuq il-Ftehim. |
(7) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat. |
(8) |
Sabiex l-Eġittu jkun jista' jipparteċipa fi PRIMA mill-bidu nett, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sa meta jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mid-data li fiha l-Unjoni tirċievi n-notifika mill-Eġittu dwar it-tlestija tal-proċeduri tiegħu stess għall-approvazzjoni tal-Ftehim, sa meta jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1).