This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2076
Commission Decision (EU) 2017/2076 of 7 November 2017 amending Decision 2009/607/EC as regards the period of validity of the ecological criteria for the award of the EU Ecolabel to hard coverings (notified under document C(2017) 7247) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2076 tas-7 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2009/607/KE rigward il-perjodi tal-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lill-kisi iebes (notifikata bid-dokument C(2017) 7247) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2076 tas-7 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2009/607/KE rigward il-perjodi tal-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lill-kisi iebes (notifikata bid-dokument C(2017) 7247) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/7247
ĠU L 295, 14.11.2017, p. 74–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/03/2021; Impliċitament imħassar minn 32021D0476
|
14.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/74 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2076
tas-7 ta' Novembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2009/607/KE rigward il-perjodi tal-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lill-kisi iebes
(notifikata bid-dokument C(2017) 7247)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) u (3)(c) tiegħu, Wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-validità tal-kriterji ekoloġiċi attwali għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lill-kisi iebes, u tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE (2) tiskadi fit-30 ta' Novembru 2017. Twettqet valutazzjoni li kkonfermat ir-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll ir-rilevanza u l-adegwatezza tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati stabbiliti bid-Deċiżjoni 2009/607/KE. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-perjodu ta' validità ta' dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati jiġi estiż. |
|
(2) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/607/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/607/KE jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “kisi iebes”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta' Ġunju 2021.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lill-kisi iebes (ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21).