EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2008

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2008 tat-8 ta' Novembru 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ĠU L 290, 9.11.2017, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/2008/oj

9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2008

tat-8 ta' Novembru 2017

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fil-31 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) ġedded u emenda l-elenkar ta' bastiment soġġett għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

Fit-taqsima B (Entitajiet) tal-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

“2.

Isem: LYNN S

Magħruf ukoll bħala.: mhux applikabbli Qabel magħruf bħala: mhux applikabbli Indirizz: mhux applikabbli Elenkat fi:2 ta' Awwissu 2017

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8706349; Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-Riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiża u mmodifikata bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fil-31 ta' Ottubru 2017 u hija valida sad-29 ta' Jannar 2018, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-Riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Saint Vincent u l-Grenadini. Fis-6 ta' Ottubru 2017, il-bastiment kien jinsab fl-ibħra territorjali tal-Libanu, meta salpa lejn il-punent.”.


Top