This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1948
Council Implementing Decision (CFSP) 2017/1948 of 25 October 2017 implementing Decision 2014/450/CFSP concerning restrictive measures in view of the situation in Sudan
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1948 tal-25 ta' Ottubru 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1948 tal-25 ta' Ottubru 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan
ĠU L 276, 26.10.2017, p. 60–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 276/60 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1948
tal-25 ta' Ottubru 2017
li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/450/PESK tal-10 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/423/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-10 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK. |
(2) |
Fis-17 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1591 (2005) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/450/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/450/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU L 203, 11.7.2014, p. 106.
ANNESS
L-entrata li tikkonċerna lil “ALNSIEM, Musa Hilal Abdalla” hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
“2. |
ALNSIEM, Musa Hilal Abdalla Psewdonimu: a) Sheikh Musa Hilal; b) Abd Allah; c) Abdallah; d) AlNasim; e) Al Nasim; f) AlNaseem; g) Al Naseem; h) AlNasseem; i) Al Nasseem Deżinjazzjoni: a) kien Membru tal-Assemblea Nazzjonali tas-Sudan mid-distrett ta' Al-Waha; b) kien konsulent speċjali fil-Ministeru tal-Affarijiet Federali; c) Kap Suprem tat-Tribù ta' Mahamid fit-Tramuntana ta' Darfur Data tat-twelid: a) l-1 ta' Jannar 1964; b) 1959 Post tat-twelid: Kutum Nazzjonalità: Is-Sudan Indirizz: a) Kabkabiya, is-Sudan; b) Kutum, is-Sudan (Residenti f'Kabkabiya u l-belt ta' Kutum, fit-Tramuntana ta' Darfur u għex f'Khartoum). Passaport: a) Passaport Diplomatiku D014433, maħruġ fil-21 ta' Frar 2013 (Skada fil-21 ta' Frar 2015); b) Passaport Diplomatiku D009889, maħruġ fis-17 ta' Frar 2011 (Skada fis-17 ta' Frar 2013). Identifikazzjoni: Ċertifikat ta' Nazzjonalità A0680623. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:25 ta' April 2006. Informazzjoni oħra: Link tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5795065 Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Alnsiem ġie elenkat fil-25 ta' April 2006 mill-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 1672 (2006) bħala “Kap Suprem tat-Tribù ta' Jalul fit-Tramuntana ta' Darfur”. Rapport mill-Human Rights Watch jiddikjara li għandhom memorandum iddatat it-13 ta' Frar 2004 minn uffiċċju tal-gvern lokali fit-Tramuntana ta' Darfur li jordna lill-“unitajiet tas-sigurtà fil-lokalità” biex “jippermettu li l-attivitajiet tal-mujahideen u l-voluntiera taħt il-kmand tax-Xejk Musa Hilal jipproċedu fiż-żoni tat-[Tramuntana ta' Darfur] u jiżguraw il-ħtiġijiet vitali tagħhom”. Fit-28 ta' Settembru 2005, 400 milizzja Għarbija attakkaw il-villaġġi ta' Aro Sharrow (inkluż il-kamp tiegħu ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP)), Acho, u Gozmena f'Darfur tal-Punent. Aħna nemmnu wkoll li Musa Hilal kien preżenti waqt l-attakk fuq il-kamp tal-IDP ta' Aro Sharrow: ibnu kien inqatel waqt l-attakk tal-Armata tal-Liberazzjoni Sudaniża (SLA) fuq Shareia, jiġifieri issa kien involut fi ġlieda personali marbuta mal-familja. Hemm raġunijiet validi biex wieħed jemmen li bħala l-Kap Suprem huwa kellu responsabbiltà diretta għal dawn l-azzjonijiet u huwa responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju u dwar id-drittijiet tal-bniedem u għal atroċitajiet oħra.” |