EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1934

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1934 tat-23 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

ĠU L 273, 24.10.2017, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1934/oj

24.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1934

tat-23 ta' Ottubru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea.

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, jenħtieġ li dawk il-miżuri restrittivi jiġu estiżi sas-27 ta' Ottubru 2018.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/638/PESK tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta' Ottubru 2018. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, skont kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. IVA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).


Top