This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1922
Council Decision (EU) 2017/1922 of 16 October 2017 on the position to be adopted on behalf of the European Union within the Joint CARIFORUM-EU Council of the Economic Partnership Agreement between the CARIFORUM States, of the one part, and the European Community and its Member States, of the other part, as regards the amendment of Annex IX to Protocol I
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1922 tas-16 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1922 tas-16 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I
ĠU L 271, 20.10.2017, pp. 41–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
20.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1922
tas-16 ta' Ottubru 2017
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-15 ta' Ottubru 2008, u ġie applikat provviżjorjament mid-29 ta' Diċembru 2008. |
|
(2) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 229(1) u (2) tal-Ftehim, il-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE (“il-Kunsill Konġunt”) jista' jadotta deċiżjonijiet li jkunu vinkolanti fuq il-Partijiet u fuq l-Istati Firmatarji tal-CARIFORUM, li għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jimplimentawhom skont ir-regoli interni ta' kull Parti u ta' kull Stat Firmatarju tal-CARIFORUM. |
|
(3) |
Il-Kunsill Konġunt, fir-raba' laqgħa tiegħu fis-17 ta' Novembru 2017, għandu jadotta deċiżjoni dwar l-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I tal-Ftehim (“Anness IX”) li jinkludi l-lista ta' Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (“OCTs”). |
|
(4) |
Fid-dawl tal-bidla tal-istatus ta' tliet territorji, dik l-emenda għandha l-għan li taġġorna l-lista tal-OTCs li tinsab fl-Anness IX u li tarmonizzaha ma' dik li tinsab mal-Anness II għat-Trattat. |
|
(5) |
Fiil-Kunsill Konġunt, l-Unjoni tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri jappoġġaw il-pożizzjoni tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 4(3) TUE. |
|
(6) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Konġunt. |
|
(7) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE fir-raba' laqgħa tiegħu tas-17 ta' Novembru 2017 fir-rigward tal-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2017 TAL-KUNSILL KONĠUNT TAL-CARIFORUM-UE
stabbilit bil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,
ta'…
li jikkonċerna l-emenda tal-Anness IX għalal-Protokoll I: Pajjiżi u territorji extra-Ewropej
IL-KUNSILL KONĠUNT TAL-CARIFORUM-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tal-Protokoll I tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll I tal-Ftehim — Dwar id-Definizzjoni tal-Kunċett ta' “Prodotti Oriġinarji” u Metodi ta' Kooperazzjoni Amministrattiva — jiddefinixxi Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej (Overseas Countries and Territories — OCTs) bħala li tfisser il-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej imniżżla fl-Anness IX tiegħu; |
|
(2) |
Wara l-bidla fl-istatus ta' Mayotte (1) u Saint Barthélemy (2), u d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (3), il-lista ta' pajjiżi u territorji extra-Ewropej fl-Anness IX għall-Protokoll I tal-Ftehim jinħtieġ li tiġi aġġornata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness IX għall-Protokoll I huwa mibdul bl-Anness li jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …
Magħmul fi…,
Għall-Istati tal-CARIFORUM
Għall-Parti tal-UE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/419/UE tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus ta' Mayotte fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 204, 31.7.2012, p. 131).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/718/UE tad-29 ta' Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta' Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 325, 9.12.2010, p. 4).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 76, 15.3.2014, p. 56).
ANNESS IX għall-Protokoll I
Pajjiżi u territorji extra-Ewropej
Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll “pajjiżi u territorji barranin” tfisser il-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea elenkati hawn taħt:
(Din il-lista hija mingħajr preġudizzju għall-istatus ta' dawn il-pajjiżi u t-territorji, jew għat-tibdiliet futuri fl-istatus tagħhom.)
|
1. |
Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju tad-Danimarka:
|
|
2. |
Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Repubblika Franċiża:
|
|
3. |
Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju tan-Netherlands:
|
|
4. |
Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq:
|