Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1913

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

    ĠU L 274, 24.10.2017, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1913/oj

    Related international agreement

    24.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 274/57


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1913

    tad-9 ta' Ottubru 2017

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprevedi li l-Partijiet kontraenti jimpenjaw ruħhom li jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiksbu liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu ta' bejniethom.

    (2)

    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2087 (1) il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (“il-Ftehim”) kien iffirmat fit-23 ta' Marzu 2017, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    (3)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni Ewropea,, jagħti n-notifika prevista fil-Ftehim (2).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. KIISLER


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2087 tal-14 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 324, 30.11.2016, p. 1).

    (2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top