This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1912
Council Decision (EU) 2017/1912 of 9 October 2017 on the conclusion of the Agreement between the European Union and Iceland on the protection of geographical indications for agricultural products and foodstuffs
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1912 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1912 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
ĠU L 274, 24.10.2017, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1912/oj
|
24.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1912
tad-9 ta' Ottubru 2017
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2136 (1) il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (“il-Ftehim”) ġie ffirmat mill-Kummissjoni fit-23 ta' Marzu 2017, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
|
(2) |
Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu bejniethom l-iżvilupp armonjuż tal-indikazzjonijiet ġeografiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 22(1) tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) (2) u li jrawmu l-kummerċ fil-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mit-territorji tal-Partijiet. |
|
(3) |
Skont il-Ftehim, għalkemm l-Iżlanda għadha ma rreġistrat l-ebda indikazzjoni ġeografika protetta, l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel tal-Unjoni ser jiġu protetti fl-Iżlanda. Il-Ftehim jipprevedi mekkaniżmu għall-aġġornament tal-lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-inklużjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda fi stadju aktar tard permezz ta' proċess tal-Kumitat Konġunt. |
|
(4) |
Ċerti kompiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ġew assenjati lill-Kumitat Konġunt stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 10 tal-Ftehim, inkluża s-setgħa li jemenda ċerti aspetti tekniċi tal-Ftehim u ċerti Annessi għalih. Għandha tiġi ddefinita l-proċedura sabiex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni f'dak il-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet relatati mal-Ftehim. |
|
(5) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim jinsab hu ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 11 tal-Ftehim. (3)
Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 10 tal-Ftehim (il-“Kumitat Konġunt”).
L-emendi għall-Ftehim permezz ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. Jekk il-partijiet interessati ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim wara oġġezzjonijiet għal xi indikazzjoni ġeografika, il-Kummissjoni għandha tadotta pożizzjoni f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
S. KIISLER
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2136 tal-21 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 332, 7.12.2016, p. 1).
(2) L-Anness 1C tal-Ftehim ta' Marrakesh li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, iffirmat f'Marrakesh, il-Marokk fil-15 ta' April 1994.
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).