Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1853

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1853 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/335/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

    ĠU L 265, 14.10.2017, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/1853/oj

    14.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 265/15


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1853

    tal-10 ta' Ottubru 2017

    li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/335/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    B'ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fis-26 ta' April 2017, il-Litwanja talbet awtorizzazzjoni għal miżura ta' deroga mill-punt 11 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tkompli teżenta ċerti persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx l-EUR 45 000. Permezz ta' dik il-miżura, dawk il-persuni taxxabbli jkunu eżenti minn ċerti obbligi jew mill-obbligi kollha fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE.

    (2)

    Il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz ta' ittri li jġibu d-data tat-8 ta' Mejju 2017 u l-10 ta' Mejju 2017 bit-talba magħmula mil-Litwanja. Permezz ta' ittra datata l-11 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Litwanja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tikkunsidra t-talba.

    (3)

    Skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar hija diġà disponibbli għall-Istati Membri taħt it-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE. Il-miżura estiża tidderoga mit-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE sa fejn biss il-limitu għall-iskema speċjali tal-fatturat annwali tal-persuna taxxabbli jkun ogħla minn dak permess għal-Litwanja skont il-punt 11 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, li huwa ta' EUR 29 000.

    (4)

    Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/335/UE (2), il-Litwanja kienet awtorizzata, bħala miżura derogatorja, li teżenta persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx l-EUR 45 000 sal-31 ta' Diċembru 2014. Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/795/UE (3) il-miżura ta' deroga ġiet estiża sal-31 ta' Diċembru 2017.

    (5)

    Minħabba li dan il-limitu fiss irriżulta f'obbligi mnaqqsin tal-VAT u għalhekk fi tnaqqis ta' spejjeż amministrattivi għall-impriżi ż-żgħar, il-Litwanja għandha tkun awtorizzata tapplika l-miżura għal perjodu ieħor limitat, sal-31 ta' Diċembru 2020. Il-persuni taxxabbli xorta jistgħu jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT.

    (6)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar huma soġġetti għal rieżami u għaldaqstant tista' tidħol fis-seħħ Direttiva li temenda dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE qabel il-31 ta' Diċembru 2020.

    (7)

    Mill-informazzjoni pprovduta mil-Litwanja, l-estensjoni tad-deroga ser ikollha biss impatt negliġibbli fuq l-ammont globali ta' dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju finali tal-konsum.

    (8)

    Id-deroga ma għandha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li ġejjin mit-taxxa fuq il-valur miżjud billi l-Litwanja ser twettaq kalkolu ta' kumpens skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, EURATOM) Nru 1553/89 (4),

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/335/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2020 jew sad-dħul fis-seħħ ta' direttiva li temenda d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE, skont liema data tiġi l-ewwel.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha

    Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta' Ottubru 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. TÕNISTE


    (1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/335/UE tat-30 ta' Mejju 2011 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 150, 9.6.2011, p. 6).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/795/UE tas-7 ta' Novembru 2014 li temenda l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/335/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 44).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).


    Top