Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1790

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1790 tal-25 ta' Settembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kunsill ta' Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Armenja

ĠU L 256, 4.10.2017, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1790/oj

4.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1790

tal-25 ta' Settembru 2017

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kunsill ta' Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Armenja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fit-22 ta' April 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 78 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa biex jinkisbu l-għanijiet tal-Ftehim.

(3)

Il-Partijiet qablu li jistabbilixxu l-Prijoritajiet ta' Sħubija bl-għan li jipprovdu gwida u enfasi għall-ħidma konġunta tagħhom fuq bażi ta' settur b'settur.

(4)

Il-Prijoritajiet ta' Sħubija ser jiġu adottati mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta' Kooperazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Armenja għandha tiġi adottata mill-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kunsill ta' Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Armenja, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, kif inhu anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 239, 9.9.1999, p. 3.


ABBOZZ

RAKKOMANDAZZJONI Nru …/2017 TAL-KUNSILL TA' KOOPERAZZJONI UE-ARMENJA

ta' …

dwar il-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Armenja

IL-KUNSILL TA' KOOPERAZZJONI UE-ARMENJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 78 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fit-22 ta' April 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 78 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa biex jinkisbu l-għanijiet tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 95(1) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jagħmlu ħilithom biex l-objettivi stabbiliti fil-Ftehim jintlaħqu.

(4)

Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ippropona fażi ġdida ta' involviment mas-sħab, li tippermetti sens akbar ta' sjieda miż-żewġ naħat.

(5)

L-Unjoni u l-Armenja qablu li jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi jaqblu fuq sett ta' prijoritajiet għall-perjodu 2017-2020 bl-għan li jappoġġjaw u jsaħħu r-reżiljenza u l-istabbiltà tal-Armenja.

(6)

Il-Partijiet għall-Ftehim għalhekk qablu fuq it-test tal-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Armenja, li ser jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim, filwaqt li jiffokaw fuq il-kooperazzjoni f'interessi kondiviżi identifikati b'mod komuni,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Artikolu 1

Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw il-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Armenja, kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, …

Għall-Kunsill ta' Kooperazzjoni

Il-President


(1)  ĠU L 239, 9.9.1999, p. 3.


Top