EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1561

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1561 tal-14 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ĠU L 237, 15.9.2017, p. 72–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1561/oj

15.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 237/72


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1561

tal-14 ta' Settembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Fit-13 ta' Marzu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/445 (2), biex b'hekk ġedded il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK għal sitt xhur oħra.

(3)

Fid-dawl tal-kontinwazzjoni tat-tqegħid fil-periklu jew it-theddid lill-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġġedded għal sitt xhur oħra.

(4)

Il-Kunsill irreveda d-deżinjazzjonijiet individwali li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK u ddeċieda li jemenda l-informazzjoni dwar ċerti individwi u entitajiet.

(5)

L-entrati għal erba' persuni deċeduti jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati.

(6)

Konsegwentement għal tibdil fl-istruttura tas-sjieda ta' tliet entitajiet, l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jinżammu fis-seħħ il-miżuri kontrihom.

(7)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   B'deroga mill-paragrafu 2, Stat Membru jista' jawtorizza pagamenti lill-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea għal servizzi pprovduti fil-portijiet ta' Kerch Fishery Port, Yalta Commercial Port u Evpatoria Commercial Port, u servizzi pprovduti minn Gosgidrografiya u minn fergħat tal-Port-Terminal tal-Portijiet tal-Baħar tal-Krimea.”.

(2)

Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Marzu 2018.”.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu jiġi emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANVELT


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/445 tat-13 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 67, 14.3.2017, p. 88).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

Jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin:

Persuni

15.

Oleg Evgenevich PANTELEEV

44.

Valeriy Dmitrievich BOLOTOV

136.

Mikhail Sergeevich TOLSTYKH

139.

Sergey Anatolievich LITVIN

(2)

Jitħassru l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet li ġejjin:

Entitajiet

2.

Kumpannija b'Responsabbiltà Limitata “Port Feodosia”

12.

Intrapriża statali tal-vapuri “Kerch ferry”

14.

Kumpannija b'Responsabbiltà Limitata “Port tal-baħar ta' Kerch”/ “Kamysh-Burun”

(3)

Tiżdied l-entità li ġejja:

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

38.

‘Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Crimean Sea Ports”’

(‘Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Крымские морские порты”’), inkluż il-fergħat:

Feodosia Commercial Port,

Kerch Ferry,

Kerch Commercial Port.

28 Kirova Street

Kerch 298312

il-Krimea

(298312, Республика Крым, гор. Керчь, ул. Кирова, дом 28)

Il-‘Parlament tal-Krimea’ adotta r-Riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17 ta' Marzu 2014‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-Ministeri Ukreni għall-Infrastruttura jew l-Agrikoltura’ u r-Riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 fis-26 ta' Marzu 2014‘Dwar l-Intrapriża tal-Istat “Crimean Sea Ports”’ (‘О Государственном предприятии “Крымские морские порты”’) li jiddikjaraw l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lil diversi intrapriżi tal-Istat li ġew integrati fl-‘Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Crimean Sea Ports”’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. B'hekk dawk l-intrapriżi ġew effettivament konfiskati mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea u ‘Crimean Sea Ports’ ibbenefikat mit-trasferiment illegali tas-sjieda tagħhom.

16.9.2017

(4)

L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Sergey Valeryevich AKSYONOV,

Sergei Valerievich AKSENOV (Сергей Валерьевич АКСЁНОВ),

Serhiy Valeriyovych AKSYONOV (Сергiй Валерiйович АКСЬОНОВ)

Data tat-twelid: 26.11.1972

Post tat-twelid: Beltsy (Bălți), issa r-Repubblika tal-Moldova

Aksyonov ġie elett ‘Prim Ministru tal-Krimea’ fil-Verkhovna Rada tal-Krimea fis-27 ta' Frar 2014 fil-preżenza ta' persuni armati li jappoġġaw lir-Russja. L-‘elezzjoni’ tiegħu ġiet iddikjarata li tmur kontra l-kostituzzjoni mill-aġent President Ukren Oleksandr Turchynov fl-1 ta' Marzu 2014. Huwa għamel pressjoni attiva favur ir-‘referendum’ tas-16 ta' Marzu 2014 u kien wieħed mill-kofirmatarji tat-‘trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa’ tat-18 ta' Marzu 2014. Fid-9 ta' April 2014 huwa nħatar aġent ‘Kap’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’ mill-President Putin. Fid-9 ta' Ottubru 2014, huwa ġie ‘elett’ formalment bħala l-‘Kap’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. Aksyonov sussegwentement iddikjara li l-karigi ta' ‘Kap’ u ‘Prim Ministru’ jiġu kkombinati.

Membru tal-Kunsill tal-Istat tar-Russja. Minn Jannar 2017 'l hawn, membru tal-Kunsill Għoli tal-Partit Russja Magħquda.

Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta' ‘Mertu lejn il-Patrija’ — L-ewwel grad.

17.3.2014

3.

Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV (Рустам Ильмирович ТЕМИРГАЛИЕВ)

Rustam Ilmyrovych TEMIRHALIIEV (Рустам Ільмирович ТЕМІРГАЛІЄВ)

Data tat-twelid: 15.8.1976

Post tat-twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR (SFSR tar-Russja)

Meta kien Viċi Prim Ministru tal-Krimea, Temirgaliev qeda rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-‘Kunsill Suprem’ dwar ir-‘referendum’ tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni attiva favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

Fil-11 ta' Ġunju 2014 huwa rriżenja mill-funzjoni tiegħu bħala ‘L-Ewwel Viċi Prim Ministru’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

17.3.2014

5.

Aleksei Mikhailovich CHALIY (Алексей Михайлович Чаыый)

Oleksiy Mykhaylovych CHALYY (Олексій Михайлович ЧАЛИЙ)

Data tat-twelid: 13.6.1961

Post tat-twelid: Moska jew Sevastopol

Chaliy sar ‘Sindku tal-Poplu ta' Sevastopol’ b'akklamazzjoni popolari fit-23 ta' Frar 2014 u aċċetta dan il-‘vot’. Huwa mexxa kampanja b'mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b'segwitu għal referendum fis-16 ta' Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-‘trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa’ tat-18 ta' Marzu 2014. Huwa kien aġent ‘gvernatur’ ta' Sevastopol mill-1 sal-14 ta' April 2014 u kien President ‘elett’ tal-‘Assemblea Leġislattiva’ tal-Belt ta' Sevastopol. Membru tal-‘Assemblea Leġislattiva’ tal-Belt ta' Sevastopol.

Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta' ‘Mertu lejn il-Patrija’ — L-ewwel grad.

17.3.2014

21.

Aleksandr Viktorovich GALKIN (Александр Викторович ГАЛКИН)

Data tat-twelid: 22.3.1958

Post tat-twelid: Ordzhonikidze, ASSR tal-Ossezja tat-Tramuntana

Eks-Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (‘SMD’), li l-forzi tiegħu jinsabu fil-Krimea; il-Flotta tal-Baħar l-Iswed hija taħt il-kmand ta' Galkin; ħafna mill-moviment tal-forza fil-Krimea seħħ minn ġewwa l-SMD.

Il-forzi tal-SMD huma skjerati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Barra minn hekk, il-Flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett.

Bħalissa impjegat mill-Apparat Ċentrali tal-Ministeru għad-Difiża Russu. Assistent tal-Ministru għad-Difiża mid-19 ta' Jannar 2017 'l hawn.

17.3.2014

45.

Andrei Evgenevich PURGIN (Андрей Евгеньевич ПУРГИН)

Andriy Yevhenovych PURHIN (Андрiй Євгенович ПУРГIН)

Data tat-twelid: 26.1.1972

Post tat-twelid: Donetsk

Parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-‘turisti Russi’ f'Donetsk. Kofundatur ta' ‘Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika’. Kien ‘l-Ewwel Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri’. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien ‘President’ tal-‘Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Fi Frar 2017 tneħħielu l-mandat tiegħu ta' membru tal-‘Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk’ wara deċiżjoni tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

29.4.2014

47.

Sergey Gennadevich TSYPLAKOV (Сергей Геннадьевич ЦЫПЛАКОВ)

Serhiy Hennadiyovych TSYPLAKOV (Сергій Геннадійович ЦИПЛАКОВ)

Data tat-twelid: 1.5.1983

Post tat-twelid: Khartsyzsk, reġjun ta' Donetsk

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja tal-Poplu ta' Donbass. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-Istat fir-reġjun ta' Donetsk.

Membru tal-‘Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, President tal-‘Kumitat tal-Kunsill tal-Poplu għall-Politika dwar l-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni’.

29.4.2014

53.

Oleg Grigorievich KOZYURA (Олег Григорьевич КОЗЮРА)

Oleh Hryhorovych KOZYURA (Олег Григорович КОЗЮРА)

Data tat-twelid: 30.12.1965 jew 19.12.1962

Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea jew Zaporizhia

Kien Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti ta' Sevastopol.

Bħalissa assistent tad-Deputat tal-Kunsill Muniċipali ta' Sevastopol, Mikhail Chaly.

12.5.2014

58.

Roman Viktorovich LYAGIN (Роман Викторович ЛЯГИН)

Roman Viktorovych LIAHIN (Роман Вікторович ЛЯГІН)

Data tat-twelid: 30.5.1980

Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna

Kien kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Organizza b'mod attiv ir-referendum tal-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Kien ‘Ministru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali’.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

12.5.2014

61.

Igor Sergeievich SHEVCHENKO (Игорь Сергеевич ШЕВЧЕНКО)

Post tat-twelid:

Sevastopol, il-Krimea

Prosekutur ta' Sevastopol. Implementa b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja.

12.5.2014

68.

Aleksey Vyacheslavovich KARYAKIN (Алексей Вячеславович КАРЯКИН)

Oleksiy Vyacheslavovych KARYAKIN (Олексій В'ячеславович КАРЯКІН)

Data tat-twelid: 7.4.1980 jew 7.4.1979

Post tat-twelid: Stakhanov reġjun ta' Lugansk

Sal-25 ta' Marzu 2016 l-hekk imsejjaħ ‘President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’. Kien membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’.

Responsabbli għall-attivitajiet ‘governattivi’ separatisti tal-‘Kunsill Suprem’, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’.

Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-‘unjoni ta' Novorossiya’.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.7.2014

73.

Mikhail Efimovich FRADKOV (Михаил Ефимович ФРАДКОВ)

Data tat-twelid: 1.9.1950

Post tat-twelid: Kurumoch, reġjun ta' Kuibyshev

Eks-membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; kien Direttur tas-Servizz tal-Intelligence Estera tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet tas-sigurtà nazzjonali, kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Fl-4 ta' Jannar 2017, Direttur tal-Istitut Russu għall-Istudji Strateġiċi. Huwa wkoll il-President tal-Bord tad-Diretturi ta' ‘Almaz-Antey’.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

25.7.2014

86.

Serhii Anatoliyovych ZDRILIUK magħruf ukoll bħala Abwehr

(Сергей Анатольевич ЗДРИЛЮК)

(Сергій Анатолійович ЗДРИЛЮК)

Data tat-twelid: 23.6.1972 (jew 23.7.1972)

Post tat-twelid: Reġjun ta' Vinnytsia

Assistent għoli ta' Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Zdriliuk għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

25.7.2014

87.

Vladimir ANTYUFEYEV (magħruf ukoll bħala Vladimir SHEVTSOV, Vladimir Iurievici ANTIUFEEV, Vladimir Gheorghievici ALEXANDROV, Vadim Gheorghievici SHEVTSOV)

(Владимир АНТЮФЕЕВ)

Data tat-twelid: 19.2.1951

Post tat-twelid: Novosibirsk

Kien ‘Ministru għas-Sigurtà tal-Istat’ fir-reġjun separatist tat-Transnistrija. Kien viċi prim ministru tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, responsabbli għas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi. Fil-kapaċità tiegħu, kien responsabbli għall-attivitajiet ‘governattivi’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

25.7.2014

93.

Konstantin Valerevich MALOFEEV

(Константин Валерьевич МАЛОФЕЕВ)

Data tat-twelid: 3.7.1974

Post tat-twelid: Puschino, reġjun ta' Moska

Is-Sur Malofeev għandu rabtiet mill-qrib ma' separatisti Ukreni fil-Lvant tal-Ukrajna u l-Krimea. Kien impjegatur tas-Sur Borodai, li kien l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u ltaqa' mas-Sur Aksyonov, l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’, matul il-perijodu tal-proċess tal-annessjoni tal-Krimea. Il-Gvern Ukren fetaħ investigazzjoni kriminali dwar l-allegat appoġġ materjali u finanzjarju tiegħu lis-separatisti. Barra minn hekk, huwa għamel numru ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u l-inkorporazzjoni tal-Ukrajna fir-Russja u b'mod partikolari f'Ġunju 2014 iddikjara li ‘Ma tistax tinkorpora l-Ukrajna kollha kemm hi fir-Russja. Forsi l-Lvant (tal-Ukrajna)’.

Għalhekk is-Sur Malofeev qed jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

30.7.2014

127.

Oleg Evgenevich BUGROV (Олег Евгеньевич БУГРОВ)

Oleh Yevhenovych BUHROV (Олег Євгенович БУГРОВ)

Data tat-twelid: 29.8.1969 jew 1973

Post tat-twelid Sverdlovsk, Luhansk

Kien ‘Ministru għad-Difiża’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

131.

Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych ORLOV)

(Евгений Вячеславович ОРЛОВ)

Data tat-twelid: 10.5.1980 jew 21.10.1983

Post tat-twelid: Snezhnoye, reġjun ta' Donetsk

г. Снежное, Донецкой области

Membru tal-‘Kunsill Nazzjonali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. President tal-moviment pubbliku ‘Donbass Ħieles’.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

137.

Eduard Aleksandrovich BASURIN (Эдуард Александрович БАСУРИН)

Eduard Oleksandrovych BASURIN (Едуард Олександрович БАСУРІН

Data tat-twelid: 27.6.1966

Post tat-twelid: Donetsk

Kelliem tal-Ministeru għad-Difiża tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Għadu kmandant militari attiv fl-hekk imsejħa ‘DNR’.

16.2.2015

143.

Evgeny Vladimirovich MANUYLOV (Евгений Владимирович МАНУЙЛОВ)

Yevhen Volodymyrovych MANUYLOV (Євген Володимирович МАНУЙЛОВ)

Data tat-twelid: 5.1.1967

Post tat-twelid: Baranykivka, Bilovodsk Raion, reġjun ta' Luhansk

с. Бараниковка Беловодского района Луганской области

L-hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Finanzi’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk’.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

147.

Anatoly Ivanovich ANTONOV (Анатолий Иванович Антонов)

Data tat-twelid 15.5.1955

Post tat-twelid: Omsk

Kien Viċi Ministru għad-Difiża u, f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità huwa pparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Fit-28 ta' Diċembru 2016 kien Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin.

16.2.2015

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘Chernomorneftegaz’

(qabel magħrufa bħala PJSC Chernomorneftegaz)

Prospekt Kirov 52, Simferopol, Crimea, 295000

пр.Кирова52, г.Симферополь, Крым, 295000

Nru tat-telefon:

+7 (3652) 66-70-00

+7 (3652) 66-78-00

Fis-17.3.2014 il-‘Parlament tal-Krimea’ adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-29.11.2014 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘Chernomorneftegaz’ (Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Черноморнефтегаз’). Fundatur: Il-Ministeru għall-Fjuwil u l-Enerġija tar-Repubblika tal-Krimea (Министерство топлива и энергетики Республики Крым).

12.5.2014

3.

L-hekk imsejħa ‘Repubblika Popolari ta' Lugansk’

‘Луганская народная республика’

‘Luganskaya narodnaya respublika’

Sit elettroniku uffiċjali:

http://lugansk-online.info

Numru tat-telefon:

+38-099-160-74-14

L-hekk imsejħa ‘Repubblika Popolari ta' Lugansk’ ġiet stabbilita fis-27 ta' April 2014.

Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

Fit-22 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin ‘Repubbliki Popolari’ ta' Donetsk u Lugansk ħolqu l-hekk imsejjaħ ‘Stat Federali ta' Novorossiya’.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal-‘Armata tax-Xlokk’ separatista u gruppi separatisti illegali armati oħrajn, u għaldaqstant tipperikola l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

5.

L-hekk imsejjaħ ‘Stat Federali ta' Novorossiya’

‘Федеративное государство Новороссия’

‘Federativnoye Gosudarstvo Novorossiya’

Stqarrijiet uffiċjali għall-istampa:

http://novorossia.su/official

http://frn2016.netdo.ru/

https://www.novorosinform.org/

Fl-24 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin ‘Repubbliki tal-Poplu’ ta' Donetsk u Lugansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ ‘Stat Federali ta' Novorossiya’ li mhux rikonoxxut.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.7.2014

6.

Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi ‘Great Don Army’

Международный Союз Общественных Объединений ‘Всевеликое Войско Донское’

Sit elettroniku uffiċjali:

http://xn--80aaaajfjszd7a3b0e.xn--p1ai/

Numru tat-telefon:

+7-8-908-178-65-57

Media soċjali: Gwardja Nazzjonali Kosakka http://vk.com/kazak_nac_guard

Indirizz: 346465 Russia, Rostov Region, October District, St Zaplavskaya, Str Shosseynaya 1

It-tieni indirizz: Voroshilovskiy Prospekt 12/85-87/13, Rostov-on-Don

Il-‘Great Don Army’ stabbiliet il-‘Gwardja Nazzjonali Kosakka’, responsabbli għal ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant ipperikolat l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll heddet l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Assoċjata mas-Sur Nikolay Kozitsyn, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

25.7.2014

7.

‘Sobol’

‘СОБОЛЬ’

Sit elettroniku uffiċjali:

http://soboli.net

Media soċjali:

http://vk.com/sobolipress

Numru tat-telefon:

(0652) 60-23-93.

Posta elettronika: SoboliPress@gmail.com

Indirizz: Crimea, Simferopol, str. Kiev, 4 (area bus station 'Central').

Organizzazzjoni paramilitari radikali, responsabbli għall-appoġġ bla ħabi tal-użu tal-forza biex jintemm il-kontroll tal-Ukrajna fuq il-Krimea, u għaldaqstant tipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren fil-Lvant tal-Ukrajna, u għaldaqstant thedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

13.

Intrapriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol, ‘Port tal-baħar ta' Sevastopol’

ГУП ГС ‘Севастопольский морской порт’

(qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali ‘Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol’

Государственное предприятие ‘Севастопольский морской торговьй порт’

Gosudarstvenoye) predpriyatiye Sevastopolski morskoy torgovy port')

Nakhimov Square 5, 299011) Sevastopol

(пл. Нахимова, 5, г. Севастополь, 299011. )

Kodiċi: 1149204004707

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fis-17 ta' Marzu 2014 il-‘Parlament tal-Krimea’ adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 ‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni għall-infrastruttura jew l-agrikoltura’ li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-intrapriża statali ‘Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fis-6 ta' Ġunju 2014 bħala l-Impriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol ‘Port tal-baħar ta' Sevastopol’ (Государственное унитарное предприятие города Севастополя ‘Севастопольский морской порт’). Fundatur: Il-Gvern ta' Sevastopol (Правительство Севастополя).

25.7.2014

15.

Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘Universal-Avia’

Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Универсал-Авиа’

(qabel magħrufa bħala State enterprise Universal -Avia

Государственное предприятие ‘Универсал-Авиа’

Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Universal-Avia’)

Aeroflotskaya Street 5, 295024, Simferopol

ул. Аэрофлотская, дом 5, 295024, г Симферополь,),

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fl-24 ta' Marzu 2014 il-‘Presidju tal-Parlament tal-Krimea’ adotta deċiżjoni ‘Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat “Gosudarstvenoye predpriyatiye Universal-Avia” (‘О Государственном предприятии “Универсал-Авиа”’)’ Nru 1794-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-intrapriża statali ‘Universal-Avia’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘Universal-Avia’ (Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Универсал-Авиа’). Fundatur: Il-Ministeru għat-Trasport tar-Repubblika tal-Krimea (Министерство транспорта Республики Крым).

25.7.2014

17.

Intrapriża tar-Repubblika tal-Krimea ‘Azov distillery plant’

Крымское республиканское предприятие ‘Азовский ликёро-водочннй завод’

Azovsky likerovodochny zavod

40 Zeleznodorozhnaya str., 296178 Azovskoye, Jankoysky district

(Джанкойский район, 296178

пгт Азовское, ул.

Железнодорожная, 40)

kodiċi: 01271681

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-‘Presidju tal-Parlament tal-Krimea’ adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 ‘Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea’ tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 ‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea’ li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lil ‘Azovsky likerovodochny zavod’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea.

Jingħad li ġiet iddikjarata falluta. Ġestita minn Sinergiya.

25.7.2014

18.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali ‘Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra”’ tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa

‘Производственно-аграрное объединение “Массандра” Управления делами Президента Российской Федерации’

(qabel magħrufa bħala entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi “Massandra””

Национальное производственно-аграрное объединение ‘Массандра’

Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye Massandra)

298650, Crimea, Yalta, Massandra, str.Vinodela Egorova 9.

298650,Крым, г.Ялта,

пгт. Массандра,

ул. Винодела Егорова, д.9

Sit elettroniku: http://massandra.su/

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-‘Presidju tal-Parlament tal-Krimea’ adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 ‘Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea’ tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 ‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea’ li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-entità statali ‘Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi “Massandra”’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-1 ta' Awwissu 2014 bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali ‘Proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye “Massandra”’ tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Федеральное государственное унитарное предприятие ‘Производственно аграрное объединение “Массандра” Управления делами Президента Российской Федерации’). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Управление делами Президента Российской Федерации).

25.7.2014

19.

Istituzzjoni tal-baġit tal-Istat Federali għax-xjenza u r-riċerka ‘Istituzzjoni nazzjonali ta' riċerka xjentifika tar-Russja għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid l-Akkademja tax-Xjenzi Russa ‘Magarach’’

Федеральное государственное бюджетное учреждение науки «Всероссийский национальный научно-исследовательский институт виноградарства и виноделия «Магарач» РАН»

(Qabel magħrufa bħala Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’ l-‘Istitut Nazzjonali tal-Inbid “Magarach”’

Qabel magħrufa bħala: ‘Intrapriża statali “Magarach” tal-istitut nazzjonali tal-inbid’

Государственное предприятие Агрофирма ‘Магарач’ Национального института винограда и вина ‘Магарач’

Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Agrofirma Magarach’ nacionalnogo instituta vinograda i vina ‘Magarach’)

298600, Kirov Street 31 Yalta, Crimea

298600, Крым, г. Ялта, ул. Кирова,31

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-‘Presidju tal-Parlament tal-Krimea’ adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 ‘Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea’ tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 ‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea’ li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-entità statali ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Agrofirma “Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-‘Istituzzjoni Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’ l-Istitut Nazzjonali tal-Inbid “Magarach”’ (Государственное бюджетное учреждение Республики Крым ‘Национальный научно исследовательский институт винограда и вина “Магарач”’). Fundatur: Il-Ministeru għall-Biedja tar-Repubblika tal-Krimea (Министерство сельского хозяйства Республики Крым).

Fis-7 ta' Frar 2017 l-Intrapriża Unitarja Statali tal-Istitut Nazzjonali tal-Inbid “Magarach” tar-‘Repubblika tal-Krimea’ ġie ttrasformat f'faċilità xjentifika Baġitarja Federali ‘Istituzzjoni nazzjonali ta' riċerka xjentifika Russa għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid “Magarach”’, Akkademja Russa tax-Xjenzi'

25.7.2014

20.

Intrapriża statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’ l-Impjant tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’

Государственное унитарное предприятие Республики Крым «Завод шампанских вин Новый Свет»

Qabel magħrufa bħala: Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’ l-‘Fabbrika tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”’

(qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali l-'Impjant tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’

Государственное предприятиеЗавод шампанских вин ‘Новый свет’

Gosudarstvenoye predpriyatiye Zavod shampanskykh vin ‘Novy Svet’)

298032, Crimea, Sudak, urban village Novy Svet, str.Shalapina 1.

298032, Крым, г.Судак, пгт.Новый Свет, ул.Шаляпина, д.1

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014, il-‘Presidju tal-Parlament tal-Krimea’ adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 ‘Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea’ tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-‘Repubblika tal-Krimea’ li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Zavod shampanskykh vin Novy Svet” f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-4 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’ l-‘Fabbrika tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”’ (Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’). Fundatur: Il-Ministeru għall-Biedja tar-‘Repubblika tal-Krimea’ (Министерство сельского хозяйства Республики Крым).

25.7.2014

23.

Russian National CommerciaL Bank

(Российский национальный коммерческий банк)

295000, Simferopol, Naberezhnaja str imsemmija għas-60 anniversarju tal-Unjoni Sovjetika, 34

295000, Симферополь,ул. Набережная имени 60–летия СССР, д. 34

Sit elettroniku: http://www.rncb.ru/

Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, ir-Russian National Commercial Bank (RNCB) sar totalment proprjetà tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. F'Jannar 2016 sar proprjetà tal-Aġenzija Federali għall-Ġestjoni tal-Propjetà tal-Istat, magħrufa wkoll bħala Rosimushchestvo (Федеральное агентство по управлению государственным имуществом (Росимущество)

Sar attur dominanti fis-suq, meta qabel l-annessjoni ma kellu l-ebda preżenza fil-Krimea. Billi xtara jew ħa pussess ta' fergħat ta' banek li rtiraw l-operazzjonijiet tagħhom fil-Krimea, l-RNCB appoġġa materjalment u finanzjarjament l-azzjonijiet tal-gvern Russu biex jintegra l-Krimea fil-Federazzjoni Russa, u b'hekk ipperikola l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

30.7.2014

25.

Paċi għar-Reġjun ta' Luhansk (Mir Luganschine) Мир Луганщине

https://mir-lug.info/

‘Organizzazzjoni’ pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’ fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-‘elezzjonijiet’ huma ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-‘elezzjonijet’ illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li pperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar l-Ukrajna. Immexxija minn Igor PLOTNITSKY.

29.11.2014

26.

Donbass Ħieles (magħrufa wkoll bħala ‘Donbas Ħieles’, ‘Svobodny Donbass’) Свободньιй Донбасс

http://www.odsd.ru/

‘Organizzazzjoni’ pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-elezzjonijiet huma ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-‘elezzjonijet’ illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li pperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar l-Ukrajna.

29.11.2014

30.

Battaljun Sparta

Батальон ‘Спарта’

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ ‘L-ewwel Korp tal-Armata’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

16.2.2015

31.

Battaljun Somalu

Батальон ‘Сомали’

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ ‘L-ewwel Korp tal-Armata’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

16.2.2015

37.

Moviment ‘NOVOROSSIYA’ ta' Igor Strelkov

Движение ‘Новороссия’ Игоря СТРЕЛКОВА

http://novorossia.pro/

Il-Moviment ‘Novorossiya’/‘Russja Ġdida’ ġie stabbilit f'Novembru 2014 fir-Russja u hu mmexxi mill-uffiċjal Russu Igor Strelkov/Girkin (identifikat bħala membru tal-persunal tal-Main Intelligence Directorate tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU)).

Skont l-objettivi ddikjarati tiegħu, huwa għandu l-għan li jipprovdi assistenza effettiva komprensiva lin-‘Novorossiya’, inkluż billi jgħin lill-milizzja li qed tiġġieled fil-Lvant tal-Ukrajna, u b'hekk jappoġġa politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Assoċjat ma' persuna elenkata li pperikolat l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

16.2.2015


Top