EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1560

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1560 tal-14 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

ĠU L 237, 15.9.2017, p. 71–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1560/oj

15.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 237/71


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1560

tal-14 ta' Settembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693.

(2)

Il-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 japplikaw sat-23 ta' Settembru 2017. Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2018.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 6(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) għandhom japplikaw sal-31 ta' Ottubru 2018.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANVELT


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.


Top