Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1534

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1534 tal-31 ta' Awwissu 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/681 (EUNAVFOR MED/2/2017)

ĠU L 233, 9.9.2017, pp. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2017; Imħassar b' 32017D2432

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1534/oj

9.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/1534

tal-31 ta' Awwissu 2017

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/681 (EUNAVFOR MED/2/2017)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA (il-“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(2)

Fid-29 ta' Marzu 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/681 (2) li taħtar lill-Viċi Ammirall (LH) Andrea ROMANI bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Javier MORENO SUSANNA biex jieħu post il-Viċi Ammirall (LH) Andrea ROMANI bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA mill-1 ta' Settembru 2017.

(4)

Fit-23 ta' Ġunju 2017, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/681 titħassar.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall (LH) Javier MORENO SUSANNA huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) mill-1 ta' Settembru 2017.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/681 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/681 tad-29 ta' Marzu 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1079 (EUNAVFOR MED/1/2017) (ĠU L 98, 11.4.2017, p. 18).


Top