This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1435
Council Decision (EU) 2017/1435 of 17 July 2017 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Association Council established by the Association Agreement between the European Union and the European Atomic Energy Community and their Member States, of the one part, and the Republic of Moldova, of the other part, with regard to the adoption of the EU-Republic of Moldova Association Agenda
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1435 tas-17 ta' Lulju 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1435 tas-17 ta' Lulju 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova
ĠU L 205, 8.8.2017, p. 68–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/68 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1435
tas-17 ta' Lulju 2017
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”), ġie ffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 436(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jadotta rakkomandazzjonijiet, bil-għan li jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim. |
(3) |
Sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-Ftehim, il-Partijiet qablu li jistabbilixxu Aġenda ta ' Assoċjazzjoni bil-għan li jipprovdu lista ta' prijoritajiet għall-ħidma konġunta tagħhom skont is-settur. |
(4) |
Il-partijiet qablu dwar Aġenda ta' Assoċjazzjoni biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim. L-Aġenda ta' Assoċjazzjoni ser tiġi adottata mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim. |
(5) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-adozzjoni ta' Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova għall-2017-2019 għandha tiġi adottata mill-Kunsill, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova għall-2017-2019, għandha tiġi bbażata fuq l-abbozz ta' Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.
ABBOZZ
RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2017 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
ta'
dwar l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 436(1) tal-Ftehim il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jadotta rakkomandazzjonijiet, bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim. |
(3) |
Skont l-Artikolu 453(1) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-Ftehim. |
(4) |
Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ippropona fażi ġdida ta' involviment mal-imsieħba, li tippermetti sens akbar ta' sjieda miż-żewġ naħat. |
(5) |
L-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova qablu li jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi qablu fuq sett ta' prijoritajiet għall-perijodu 2017-2019 bil-għan li jappoġġaw u jsaħħu r-reżiljenza u l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Moldova, filwaqt li jfittxu assoċjazzjoni politika aktar mill-qrib u integrazzjoni ekonomika aktar profonda. |
(6) |
Il-Partijiet għall-Ftehim qablu fuq it-test tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova, li ser tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim, b'enfasi fuq il-kooperazzjoni fir-rigward tal-interessi kondiviżi identifikati b'mod komuni; |
ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:
Artikolu 1
Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova kif tinsab fl-Anness.
Artikolu 2
L-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova, kif tinsab fl-Anness, għandha tissostitwixxi l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova li ġiet adottata fis-26 ta' Ġunju 2014.
Artikolu 3
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, [jum xahar 2017].
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni
Il-President