This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1427
Council Decision (CFSP) 2017/1427 of 4 August 2017 amending Decision (CFSP) 2015/1333 concerning restrictive measures in view of the situation in Libya
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1427 tal-4 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1427 tal-4 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
ĠU L 204, 5.8.2017, pp. 99–100
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
5.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/99 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1427
tal-4 ta' Awwissu 2017
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1). |
|
(2) |
Fid-29 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2362 (2017) li testendi l-applikazzjoni ta' miżuri għal bastimenti li jkunu qed jgħabbu, jittrasportaw jew iħottu żejt mhux maħdum, inkluż żejt mhux raffinat u prodotti petrolifiċi irfinati, esportati b'mod illeċitu jew li jkun sar tentattiv biex jiġu esportati mil-Libja u tispeċifika ulterjorment il-kriterji għall-elenkar. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. F'konformità mal-paragrafi 5 sa 9 tal-UNSCR 2146 (2014) u l-paragrafu 2 tal-UNSCR 2362 (2017), l-Istati Membri jistgħu jispezzjonaw il-bastimenti indikati fl-ibħra miftuħa, billi jużaw il-miżuri kollha li jikkorrispondu għaċ-ċirkostanzi speċifiċi, f'konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, skont il-każ, jagħmlu tali spezzjonijiet u jidderieġu l-bastiment biex jieħu azzjonijiet adatti sabiex, bil-kunsens tal-Gvern tal-Libja u f'koordinazzjoni miegħu, jirritorna ż-żejt mhux maħdum, inkluż żejt mhux raffinat u prodotti petrolifiċi irfinati, lil-Libja.”. |
|
(2) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta' persuni indikati u soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafu 23 tal-UNSCR 1973 (2011), il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2174 (2014), il-paragrafu 11 tal-UNSCR 2213 (2015) u l-paragrafu 11 tal-UNSCR 2362 (2017), kif elenkat fl-Anness I.”. |
|
(4) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Għandhom jiġu ffriżati l-fondi, assi finanzjarji oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta' jew ikkontrollati minn, direttament jew indirettament, persuni u entitajiet indikati u soġġetti għal iffriżar tal-assi mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafi 19 u 23 tal-UNSCR 1973 (2011), il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2174 (2014), il-paragrafu 11 tal-UNSCR 2213 (2015) u l-paragrafu 11 tal-UNSCR 2362 (2017), kif elenkat fl-Anness III.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015. p. 34).