This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1402
Commission Implementing Decision (EU) 2017/1402 of 28 July 2017 on the approval of the BMW AG engine idle coasting function as an innovative technology for reducing CO2 emissions from passenger cars pursuant to Regulation (EC) No 443/2009 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1402 tat-28 ta' Lulju 2017 dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni tal-BMW AG tal-engine idle coasting bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1402 tat-28 ta' Lulju 2017 dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni tal-BMW AG tal-engine idle coasting bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/5177
ĠU L 199, 29.7.2017, pp. 14–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020D1806
|
29.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/14 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1402
tat-28 ta' Lulju 2017
dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni tal-BMW AG tal-engine idle coasting bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-manifattur BMW AG (“l-Applikant”) ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-funzjoni tal-engine idle coasting bħala ekoinnovazzjoni fit-23 ta' Ġunju 2016. Il-kompletezza ta' dik l-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. Instab li l-applikazzjoni kienet sħiħa. |
|
(2) |
L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (3). Minħabba l-kumplessità tat-teknoloġija, il-perjodu ta' valutazzjoni ġie estiż b'ħames xhur b'konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, jiġifieri sat-23 ta' Awwissu 2017. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tirreferi għall-funzjoni tal-BMW AG “engine idle coasting” li tintuża fil-vetturi BMW M1 b'sistema ta' mototrażmissjoni konvenzjonali kif ukoll trażmissjoni awtomatika. Il-prinċipju bażiku ta' din it-teknoloġija innovattiva huwa li magna tal-kombusjoni tiġi skonnessa mis-sistema tal-mototrażmissjoni u b'hekk tiġi evitata d-deċellerazzjoni permezz tal-ibbrejkjar tal-magna. Il-funzjoni għandha tiġi attivata awtomatikament fil-modalità ta' sewqan predominanti, li hija l-modalità magħżula awtomatikament meta tinxtegħel il-vettura. B'hekk il-coasting jintuża biex tiżdied id-distanza li tibqa' miexja l-vettura meta ma jkunx hemm propulsjoni u ma jkunx meħtieġ tnaqqis bil-mod tal-veloċità. Waqt il-“coasting”, l-enerġija kinetika u potenzjali tal-vettura tintuża direttament biex tingħeleb ir-reżistenza tas-sewqan u, bħala konsegwenza, sabiex jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil. Biex tinkiseb deċellerazzjoni inqas b'saħħitha, il-magna tiġi skonnessa mis-sistema ta' motopropulsjoni billi jinfetaħ klaċċ. Dan isir b'mod awtomatiku minn unità ta' kontroll tat-trażmissjoni awtomatika. Matul dawn il-fażijiet tal-coasting il-magna tkun qed taħdem fuq idle (“engine idle coasting”). |
|
(4) |
Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1132 (4), il-Kummissjoni approvat applikazzjoni minn Porsche AG li tikkonċerna l-funzjoni tal-coasting maħsuba għall-użu f'vetturi Porsche fis-segment S M1 (tat-tip sport coupé) biss. L-applikazzjoni tal-BMW AG li tirrigwarda funzjoni “engine idle coasting” hija maħsuba għall-użu fil-vetturi BMW M1 b'sistema ta' mototrażmissjoni konvenzjonali kif ukoll trażmissjoni awtomatika. |
|
(5) |
L-applikant ipprovda metodoloġija għall-ittestjar tat-tnaqqis tas-CO2 mill-użu tal-funzjoni tal-engine idle coasting, inkluż għaċ-ċiklu tat-test NEDC modifikat sabiex il-karozza tkun tista' tibqa' miexja mingħajr ma tkun konnessa mal-magna. Biex tqabbel vettura mgħammra bil-funzjoni tal-engine idle coasting ma' vettura ta' referenza meta l-funzjoni tal-coasting ma tkunx ġiet installata, fejn il-funzjoni ma tkunx disponibbli fil-modalità ta' sewqan predominanti inkella tkun diżattivata għall-finijiet tal-ittestjar, iż-żewġ vetturi għandhom jiġu ttestjati fuq l-istess taċ-ċiklu tat-test NEDC modifikat. Madankollu, fid-dawl tad-diffikultajiet li kellha l-vettura ta' referenza biex issegwi l-ispeedtrace taċ-ċiklu tat-test NEDC modifikat, it-test tal-vettura ta' referenza isir fuq l-NEDC standard f'kundizzjonijiet standard ta' startjar sħun, filwaqt li l-kondizzjonijiet modifikati jiġu kkunsidrati permezz ta' fattur ta' konverżjoni li jiġi applikat għall-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2. Id-determinazzjoni tal-fattur ta' konverżjoni huwa speċifiku għall-vettura u huwa relatat prinċipalment mal-konfigurazzjoni tal-hardware tas-sistema ta' mototrażmissjoni. Abbażi ta' studji preċedenti, il-fattur ta' konverżjoni jidher li jaqa' fil-medda bejn 0,96 u 0,99. L-applikant talab li l-fattur ta' konverżjoni jkun stabbilit fil-livell ta' 0,98. Il-Kummissjoni tqis madankollu li l-applikant ma pprovdiex biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat fattur ta' konverżjoni ogħla minn 0,96. Fid-dawl ta' dan, huwa kkunsidrat xieraq li jinżamm fattur ta' konverżjoni fin-naħa l-baxxa tal-medda identifikata, jiġifieri l-valur ta' 0,96, skont il-fattur ta' konverżjoni definit fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1132. |
|
(6) |
Element ewlieni fid-determinazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 huwa l-proporzjon tad-distanza li tivvjaġġa vettura li fih tkun attivata l-funzjoni tal-coasting, filwaqt li jitqies li l-funzjoni tal-coasting tista' tiġi diżattivata f'modalitajiet ta' sewqan differenti mill-modalità ta' sewqan dominanti. L-applikant ippropona fattur tal-użu ta' 0,7 li huwa marbut mad-distanza osservata koperta f'kundizzjonijiet ta' coasting f'testijiet tas-sewqan fid-dinja reali meta mqabbla mad-distanza tal-coasting f'kundizzjonijiet modifikati tan-NEDC. Madankollu, il-fattur tal-użu propost irriżulta bħala valur fl-aqwa każ mingħajr analiżi ta' sostenn robusta. Abbażi ta' analiżi addizzjonali u fid-dawl tal-analiżi magħmula għall-finijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1132, huwa xieraq li jitqies fattur tal-użu aktar konservattiv ugwali għal 0,62. |
|
(7) |
L-istudju tal-każ imwettaq mill-BMW AG, ikkonċerna żewġ vetturi li kellhom it-teknoloġija tal-engine idle coasting attiva sa 40 km/h. Fi-dawl tal-produzzjoni fil-futur qrib ta' mudelli tal-BMW li kapaċi jużaw il-funzjoni tal-coasting sa 15 km/h, l-applikant ippropona metodu analitiku biex l-ambitu jiġi estiż biex ikopri wkoll dan il-perjodu itwal li fih tkun attivata l-funzjoni. Madankollu, l-influwenza ta' perjodu ta' coasting itwal fuq il-fattur tal-użu ma ġietx analizzata mill-applikant. Għalhekk, huwa xieraq li l-funzjoni tal-coasting titqies bħala attiva għall-inqas sa 40 km/h. |
|
(8) |
L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni turi li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 ġew issodisfati għal mill-inqas waħda miż-żewġ vetturi ppreżentat fl-istudju tal-każ. Barra minn hekk, l-applikazzjoni għandha l-appoġġ ta' rapport ta' verifika stabbilit minn korp iċċertifikat u indipendenti skont l-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. |
|
(9) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta ma' din l-applikazzjoni, u fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni tat-talba dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni għall-coasting tal-Porsche AG fil-qafas tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1132, intwera b'mod sodisfaċenti li l-funzjoni tal-BMW engine idle coasting tista' tipprovdi tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 ta' mill-inqas 1 g ta' CO2/km skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 725/2011 għal ċerti vetturi BMW. Huwa għalhekk meħtieġ li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tivverifika li l-limitu massimu ta' 1gCO2/km speċifikat fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 hwua ssodisfat għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn vetturi BMW mgħammra bil-funzjoni engine idle coasting. |
|
(10) |
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li ma għandha tagħmel l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni. |
|
(11) |
Sabiex jiġi ċċertifikat l-iffrankar ta' CO2 mill-funzjoni tal-engine idle coasting tal-BMW AG, il-manifattur BMW AG għandu jipprovdi rapport ta' verifika minn korp ta' verifika indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma l-konformità tal-vettura mgħammra bil-funzjoni mal-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
(12) |
Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni
Il-funzjoni tal-engine idle coasting tal-BMW AG, minn hawn 'il quddiem il-funzjoni tal-engine idle coasting tal-BMW, hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
it-teknoloġija innovattiva tiġi installata f'vetturi BMW M1 b'sistema ta' motopropulsjoni konvenzjonali u bi trażmissjoni awtomatika mgħammra u l-funzjoni tal-BMW engine idle coasting tiġi attivata awtomatikament fil-modalità ta' sewqan predominanti; din hija l-modalità ta' sewqan li tintgħażel dejjem meta tinxtegħel il-vettura indipendentement mil-modalità tat-tħaddim tal-vettura meta din tkun intfiet l-aħħar; il-funzjoni tal-BMW engine idle coasting ma tistax tiġi diżattivata fil-modalità ta' sewqan predominanti mis-sewwieq jew minn interventi esterni; |
|
(b) |
il-funzjoni tal-BMW engine idle coasting tkun attiva mill-inqas sa 40 km/h; |
|
(c) |
għal vetturi bil-kapaċità li jibqgħu mexjin waħedhom f'deċellerazzjoni sa veloċità ta' inqas minn 40 km/h, il-funzjoni tal-BMW engine idle coasting għandha tiġi diżattivata f'veloċità ta' 40 km/h għall-iskop tat-test imniżżel fl-Anness. |
Artikolu 2
Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2
Il-manifattur BMW AG jista' japplika għal ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 mill-funzjoni tal-BMW engine idle coasting b'referenza għal din id-Deċiżjoni.
L-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni għandħa tiġi akkumpanjata minn rapport ta' verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma l-konformità tal-vettura mgħammra mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, u li l-limitu tal-iffrankar ta' CO2 ta' 1gCO2/km speċifikat fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 725/2011 hija sodisfatta.
Artikolu 3
Ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2
It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 mill-użu tal-funzjoni tal-BMW engine idle coasting imsemmija fl-Artikolu 1 għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.
Artikolu 4
Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni
Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 23 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.
(3) https://circabc.europa.eu/w/browse/f3927eae-29f8-4950-b3b3-d2e700598b52
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1132 tal-10 ta' Lulju 2015 dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni tal-coasting tal-Porsche AG bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 184, 11.7.2015, p. 22).
(5) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
Metodoloġija biex jiġi determinat l-iffrankar tas-CO2 bl-użu tal-funzjoni tal-BMW engine idle coasting
1. DAĦLA
Sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar tas-CO2 li jista' jiġi attribwit għall-użu tal-funzjoni tal-BMW tal-engine idle coasting, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-affarijiet li ġejjin:
|
(1) |
Il-vetturi tat-test; |
|
(2) |
Il-proċedura tal-ittestjar sabiex jiġi determinat it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 ta' vettura ekoinnovattiva taħt kundizzjonijiet tal-ittestjar modifikati; |
|
(3) |
Il-proċedura tal-ittestjar li għandha tiġi segwita sabiex jiġi determinat it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 ta' vettura ta' referenza taħt kundizzjonijiet ta' startjar sħun għall-approvazzjoni tat-tip; |
|
(4) |
Il-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2; |
|
(5) |
Il-kalkolu tal-marġni ta' statistika. |
2. SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET
|
|
— |
iffrankar ta' CO2 [g CO2/km]; |
|
CO2 |
— |
Diossidu tal-karbonju; |
|
c |
— |
Parametru ta' konverżjoni; |
|
BMC |
— |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza taħt kundizzjonijiet tal-ittestjar modifikati [gCO2/km]; |
|
EMC |
— |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura b'teknoloġija ekoinnovattiva taħt kundizzjonijiet tal-ittestjar modifikati [gCO2/km]; |
|
|
— |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza taħt kundizzjonijiet tal-istartjar sħun għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]; |
|
BTA |
— |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza taħt kundizzjonijiet tat-testjar għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]; |
|
ETA |
— |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura b'teknoloġija ekoinnovattiva taħt kundizzjonijiet tat-testjar għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]; |
|
RCDRW |
— |
Distanza relattiva tal-coasting f'kundizzjonijiet tad-dinja reali [%]; |
|
RCDmNEDC |
— |
Distanza relattiva tal-coasting f'kundizzjonijiet tat-testjar modifikati [%]; |
|
UF |
— |
Il-fattur tal-użu tat-teknoloġija tal-coasting, li huwa ta' 0,62 għat-teknoloġija tal-BMW tal-engine idle coasting. Dan il-valur huwa rappreżentattiv biss tal-flotta tal-BMW; |
|
|
— |
Il-marġni ta' statistika tal-iffrankar totali ta' CO2 [g CO2/km] |
|
|
— |
Id-devjazzjoni standard mill-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza taħt kundizzjonijiet tal-istartjar sħun għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]; |
|
|
— |
Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura eko-innovattiva taħt kundizzjonijiet tal-ittestjar modifikati [gCO2/km]; |
|
sUF |
— |
Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-fattur tal-użu. |
|
RW |
— |
Il-kundizzjonijiet tal-ħajja reali |
|
TA |
— |
Il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip |
|
B |
— |
Ix-xenarju ta' referenza |
3. IL-VETTURI TAT-TEST
Il-vetturi tat-test għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Vettura eko-innovattiva: Vettura bit-teknoloġija innovattiva installata u attiva fil-modalità ta' sewqan predominanti kif definit fl-Artikolu 1(a); |
|
(b) |
Vettura ta' referenza: vettura bit-teknoloġija innovattiva diżattivata jew li fuqha ma tkunx installata inkella mhux disponibbli fil-modalità ta' sewqan predominanti. Jekk ma jkunx possibbli li t-teknoloġija tiġi diżattivata, għandu jkun żgurat li l-funzjoni tal-BMW engine idle coasting ma tkunx attivata matul il-proċedura ta' ttestjar fuq id-dinamometru. |
4. DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA' CO2 MILL-VETTURA B'TEKNOLOĠIJA EKOINNOVATTIVA TAĦT KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR MODIFIKATI (EMC)
L-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi Ekoinnovattivi jridu jkunu mkejla skont l-Anness 6 tar-Regolament NU/KEE Nru 101 (Metodu ta' kejl tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi li jaħdmu b'magna tal-kombustjoni interna biss). Il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-ittestjar li ġejjin għandhom jiġu modifikati:
4.1. Prekondizzjonament tal-vettura
Sabiex jintlaħqu l-kundizzjonijiet għall-ittestjar sħun tas-sistema tal-motopropulsjoni, għandu jsir test wieħed sħiħ tan-NEDC jew aktar.
4.2. Determinazzjoni tat-tagħbija tar-rombli dinamometriċi
Id-determinazzjoni tat-tagħbija tar-rombli dinamometriċi għandha ssir fuq dinamometru b'romblu wieħed, kif ġej:
|
(a) |
Ara li l-vettura tilħaq temperatura tat-tħaddim wara l-proċedura ta' prekondizzjonament msemmija fil-punt 4.1; |
|
(b) |
Iddetermina t-tagħbija tat-triq tad-dinamometru, skont il-proċeduri operazzjonali standard definiti fir-Regolament NU/KEE Nru 83 (1). |
4.3. Id-definizzjoni tal-Kurva tad-Deċellerazzjoni Libera (coast down);
Id-determinazzjoni ta' kurva tad-deċellerazzjoni libera (coast down) fil-modalità tal-coasting issir fuq dinamometru b'romblu wieħed, kif deskritt fil-passi mandatorji li ġejjin:
|
(a) |
Ara li l-vettura tilħaq temperatura tat-tħaddim wara l-proċedura ta' prekondizzjonament msemmija fil-punt 4.1; |
|
(b) |
Esegwixxi d-deċelerazzjoni libera fil-modalità coasting minn veloċità inizjali ta' mhux inqas minn 120 km/h għal waqfa totali jew għall-aktar veloċità baxxa possibbli tal-coasting. |
4.4. Ġenerazzjoni tal-profil tal-veloċità NEDC modifikat (mNEDC);
Il-profil tal-veloċità mNEDC għandu jiġi ġġenerat hekk:
4.4.1. Suppożizzjonijiet
|
(a) |
Is-sekwenza tat-test hija magħmula minn ċiklu urban magħmul minn erba' ċikli urbani elementari u minn ċiklu ekstraurban; |
|
(b) |
Ir-rampi ta' aċċellerazzjoni kollha huma identiċi għal dawk tal-profil NEDC; |
|
(c) |
Il-livelli ta' veloċità kostanti kollha huma identiċi għal dawk tal-profil NEDC; |
|
(d) |
Il-valuri tad-deċelerazzjoni meta l-funzjoni tal-BMW engine idle coasting tkun diżattivata huma ugwali għal dawk fil-profil NEDC; |
|
(e) |
It-tolleranzi tal-veloċità u tal-ħin għandhom ikunu skont il-paragrafu 1.4 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 101 tan-NU/KEE. |
4.4.2. Limitazzjonijiet
|
(a) |
Id-devjazzjoni mill-profil NEDC għandha titnaqqas kemm jista' jkun u d-distanza kumplessiva għandha tikkonforma mat-tolleranzi speċifikati tal-NEDC; |
|
(b) |
Id-distanza fi tmiem kull fażi tad-deċellerazzjoni tal-profil mNEDC għandha tkun ugwali għad-distanzi fl-aħħar ta' kull fażi ta' deċellerazzjoni tal-profil NEDC; |
|
(c) |
Għall-fażijiet kollha ta' aċċellerazzjoni, veloċità kostanti u deċellerazzjoni għandhom jiġu applikati t-tolleranzi standard tal-NEDC; |
|
(d) |
Matul il-fażijiet tal-coasting, il-magna tal-kombustjoni interna tiġi diżakkoppjata u ma hija permessal-ebda attività ta' korrezzjoni tat-trajettorja tal-veloċità. |
4.4.3. Il-limiti tas-sistema
|
(a) |
Limitu ta' veloċità l-aktar baxxa għall-coasting; Il-modalità tal-coasting għandha tiġi diżattivata f'veloċità tal-coasting ta' 40 km/h permezz tal-attivazzjoni tal-brejk. F'dan il-punt, kurva ta' deċellerazzjoni libera għandha tiġi segwita minn rampa ta' deċellerazzjoni kif deskritt fil-profil NEDC (vmin fil-Grafika 1); |
|
(b) |
Ħin minimu għat-twaqqif: Il-ħin minimu wara kull deċellerazzjoni tal-coasting għal waqfa totali jew fażi ta' veloċità kostanti huwa ta' 2 sekondi ( |
|
(c) |
Ħin minimu għal fażijiet ta' veloċità kostanti; Il-ħin minimu għal fażijiet ta' veloċità kostanti wara l-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tal-coasting huwa ta' 2 sekondi ( Figura 1 Profil NEDC b'limiti tas-sistema għall-modalità tal-coasting Veloċità Ħin |
4.5. Għadd ta' testijiet
Il-proċedura kollha tat-test fuq il-bank tat-test għandha tiġi rrepetuta tal-anqas tliet darbiet. Għandhom jiġu kkalkulati l-medja aritmetika tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vettura eko-innovattiva (EMC) u d-devjazzjoni standard rispettiva tal-medja aritmetika (
L-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ta' referenza jridu jkunu mkejla skont l-Anness 6 tar-Regolament NU/KEE Nru 101 (Metodu ta' kejl tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi li jaħdmu b'magna tal-kombustjoni interna biss). Il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-ittestjar li ġejjin għandhom jiġu modifikati:
5.1. Prekondizzjonament tal-vettura
Sabiex jintlaħqu l-kundizzjonijiet għall-ittestjar sħun tas-sistema tal-motopropulsjoni, għandu jsir test wieħed sħiħ tan-NEDC jew aktar.
5.2. Għadd ta' testijiet
Il-proċedura kollha tat-test kundizzjonijiet ta' startjar sħun għall-approvazzjoni tat-tip fuq il-bank tat-test għandha tiġi rrepetuta tal-anqas tliet darbiet. Għandhom jiġu kkalkulati l-medja aritmetika tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vettura ta' referenza (
6. IL-KALKOLU TAL-IFFRANKAR TAS-CO2
Biex jiġi kkalkulat l-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tat-teknoloġija innovattiva, għandha tintuża l-formula li ġejja:
Meta,
|
|
: |
iffrankar ta' CO2 [gCO2/km]; |
|
BMC |
: |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza taħt kundizzjonijiet tal-ittestjar modifikati [gCO2/km]; |
|
EMC |
: |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura b'teknoloġija ekoinnovattiva taħt kundizzjonijiet tal-ittestjar modifikati [gCO2/km]; |
|
BTA |
: |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza taħt kundizzjonijiet tat-testjar għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]; |
|
ETA |
: |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura b'teknoloġija ekoinnovattiva taħt kundizzjonijiet tat-testjar għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]; |
|
UF |
: |
Il-fattur tal-użu tal-funzjoni tal-BMW engine idle coasting huwa ta' 0,62. |
Jekk jintwera li t-teknoloġija innovattiva mhijiex attiva taħt kundizzjonijiet tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip, il-Formula numru 1 tista' tiġi ssimplifikata kif ġej:
Sabiex jiġi ddeterminat BMC, l-istess kundizzjonijiet tal-ittestjar modifikati għandhom ikunu segwiti minn vettura li ma jkollhiex il-funzjoni tal-BMW engine idle coasting.
Wieħed għandu jassumi li l-vettura ta' referenza hija kapaċi twettaq sailing curve (il-linja 2 fil-Figura 2) mingħajr skonnettjar tal-magna minn mar-roti, għalkemm b'inqas effiċjenza milli vettura mgħammra bil-funzjoni tal-BMW engine idle coasting (jiġifieri li kapaċi tiskonnettja l-magna minn mar-roti).
Figura 2
Is-sailing curve għall-vettura ta' referenza
Kundizzjonijiet tal-Approvazzjoni tat-tip
Kundizzjonijiet modifikati (vettura ta' referenza)
Ħin
Veloċità
Il-Figura 2 turi li matul il-fażijiet ta' deċellerazzjoni il-kundizzjonijiet tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip (3) u dawk mmodifikati (2 + 3') l-ebda fjuwil ma jintuża (cut-off) mill-vettura ta' referenza.
Sabiex jiġu determinati l-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza taħt kundizzjonijiet modifikati (BMC), dawk l-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta' referenza determinati skont il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip bi startjar sħun bl-użu ta' parametru ta' konverżjoni (c-factor) li jqis l-effett tal-kundizzjonijiet tal-ittestjar modifikati skont il-Formula Numru 3 li ġejja:
Bħala konsegwenza, Formula 2 issir:
Meta,
|
c |
: |
Parametru ta' konverżjoni ta' 0,960; |
|
|
: |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza taħt kundizzjonijiet tal-istartjar sħun għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]; |
|
EMC |
: |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ekoinnovattiva taħt kundizzjonijiet tal-ittestjar modifikati [gCO2/km]; |
|
UF |
: |
Il-fattur tal-użu tat-teknoloġija tal-coasting għat-teknoloġija tal-BMW li huwa ta' 0,62; dan il-valur huwa rappreżentattiv biss tal-flotta tal-BMW; |
7. IL-KALKOLU TAL-MARĠNI STATISTIKA
Il-marġini ta' statistika fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar għad trid tiġi kkwantifikata. Il-marġni ta' statistika tal-iffrankar totali tas-CO2 m'għandux jaqbeż iż-0,5 g ta' CO2/km kif espress b'dan tal-Formula numru 5 li ġejja:
Meta,
|
|
: |
Il-marġni ta' statistika tal-iffrankar totali ta' CO2 [g CO2/km] |
Il-marġni ta' statistika għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 6 li ġejja:
Meta,
|
|
: |
Il-marġni ta' statistika tal-iffrankar totali ta' CO2 [g CO2/km] |
|
c |
: |
Parametru ta' konverżjoni ta' 0,960; |
|
|
: |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza taħt kundizzjonijiet tal-istartjar sħun għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]; |
|
|
: |
Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza taħt kundizzjonijiet tal-ittestjar modifikati [gCO2/km]; |
|
EMC |
: |
Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ekoinnovattiva taħt kundizzjonijiet tal-ittestjar modifikati [gCO2/km]; |
|
|
: |
Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura eko-innovattiva taħt kundizzjonijiet tal-ittestjar modifikati [gCO2/km]; |
|
UF |
: |
Il-fattur tal-użu tal-funzjoni tal-BMW engine idle coasting li huwa ta' 0,62; dan il-valur huwa rappreżentattiv biss tal-flotta tal-BMW; |
|
sUF |
: |
Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-fattur tal-użu, li huwa 0,019; dan il-valur huwa rappreżentattiv biss tal-flotta tal-BMW; |
8. PROVA LI L-LIMITU MINIMU TA' 1 g CO2/km INQABEŻ B'MOD STATISTIKAMENT SINIFIKANTI
Sabiex jintwera li l-valur ta' limitu 1,0 g CO2/km inqabeż b'mot statistikament rilevanti, għandha tintuża l-Formula li ġejja:
Meta,
|
MT |
: |
Il-livell limitu minimu [g CO2/km]; |
|
|
: |
iffrankar ta' CO2 [g CO2/km]; |
|
|
: |
Il-marġni ta' statistika tal-iffrankar totali ta' CO2 [g CO2/km] |
Meta l-iffrankar fl-emissjonijiet tas-CO2, bħala riżultat tal-kalkolu permezz tal-Formula 4, ikun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dak ir-Regolament.
(1) Ir-Regolament Nru 83 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna (ĠU L 42, 15.2.2012, p. 1).