This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1373
Commission Decision (EU) 2017/1373 of 24 July 2017 approving, on behalf of the European Union, an amendment to the Protocol setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the European Community and the Islamic Republic of Mauritania
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1373 tal-24 ta' Lulju 2017 li tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, emenda tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1373 tal-24 ta' Lulju 2017 li tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, emenda tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania
C/2017/5070
ĠU L 193, 25.7.2017, pp. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
25.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1373
tal-24 ta' Lulju 2017
li tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, emenda tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/870 tal-24 ta' Mejju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (2), minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, approvat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 (3), jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-ftehim imsemmi, u b'mod partikolari għas-superviżjoni tal-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-funzjonament korrett. |
|
(2) |
Il-paragrafu 3.9 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija, minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/870, jistabbilixxi r-regoli għall-utilizzazzjoni tal-appoġġ finanzjarju mhux użat għall-promozzjoni tas-sajd sostenibbli previst bil-protokoll preċedenti għall-perjodu 2013-2014. |
|
(3) |
Saret laqgħa straordinarja tal-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Mauritania permezz ta' skambju ta' ittri tal-10 ta' Marzu u t-3 ta' April 2017, li bihom il-partijiet ftiehmu dwar emenda tal-Protokoll sabiex tiġi estiża d-data tal-iskadenza għall-utilizzazzjoni tal-appoġġ mhux użat. |
|
(4) |
Qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt, il-Kummissjoni bagħtet dokument preparatorju lill-Kunsill fejn spjegat fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni, li ġie approvat. |
|
(5) |
Xieraq li din l-emenda tal-Protokoll tiġi approvata f'isem l-Unjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sostituzzjoni tat-tieni sentenza tal-paragrafu 3.9 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, miftiehma bi skambju ta' ittri bejn il-membri tal-Kumitat Konġunt imwaqqaf bl-Artikolu 10 tal-Ftehim, hija approvata f'isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) ĠU L 343, 8.12.2006, p. 4.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat-30 ta' Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1).
ANNESS
Estratt minn skambju ta' ittri bejn il-membri tal-Kumitat Konġunt imwaqqaf bl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (it-test tat-tieni sentenza tal-Artikolu 3, il-paragrafu 3.9, tal-Protokoll).
“Madankollu, dan l-ammont żejjed mill-appoġġ settorjali tal-2013 sal-2014 għandu jintuża l-aktar tard fi żmien għoxrin xahar (20) mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll u jekk dan ma jsirx jitqies li jkun ġie eżawrit u ma jkunx jista' jintuża.”