This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1253
Council Decision (CFSP) 2017/1253 of 11 July 2017 amending Decision 2012/392/CFSP on the European Union CSDP mission in Niger (EUCAP Sahel Niger)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1253 tal-11 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1253 tal-11 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)
ĠU L 179, 12.7.2017, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
12.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1253
tal-11 ta' Lulju 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/392/PESK (1) li tistabbilixxi missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) sabiex tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità tal-atturi tas-sigurtà Niġerini fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. |
|
(2) |
Fit-18 ta' Lulju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1172 (2), li testendi l-Missjoni sal-15 ta' Lulju 2018 u li tipprovdi ammont ta' referenza finanzjarja sal-15 ta' Lulju 2017. |
|
(3) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/392/PESK tiġi emendata biex tipprovdi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2017 sal-15 ta' Lulju 2018. |
|
(4) |
L-EUCAP Sahel Niger ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2017 sal-15 ta' Lulju 2018 għandu jkun ta' EUR 31 000 000.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mis-16 ta' Lulju 2017.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TÕNISTE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1172 tat-18 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 106).