Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1246

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246 tas-7 ta' Ġunju 2017 li tapprova l-iskema ta' riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. (notifikata bid-dokument C(2017) 4038)

C/2017/4038

ĠU L 178, 11.7.2017, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1246/oj

11.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1246

tas-7 ta' Ġunju 2017

li tapprova l-iskema ta' riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A.

(notifikata bid-dokument C(2017) 4038)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Ġunju 2017 fil-05:13 il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB) ittrażmetta skema ta' riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

(2)

Fl-iskema ta' riżoluzzjoni, l-SRB jiddikjara li l-kundizzjonijiet kollha għar-riżoluzzjoni stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 huma rispettati mill-Banco Popular Español S.A. u jevalwa għaliex hemm bżonn azzjoni ta' riżoluzzjoni fl-interess pubbliku.

(3)

L-iskema ta' riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, tqiegħed lill-Banco Popular Español S.A. taħt riżoluzzjoni u tiddetermina l-applikazzjoni tal-bejgħ ta' għodda ta' negozju lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. L-iskema ta' riżoluzzjoni tipprovdi wkoll ir-raġunijiet li minħabba fihom dawk l-elementi huma adegwati.

(4)

Il-Kummissjoni taqbel mal-iskema ta' riżoluzzjoni. B'mod partikulari taqbel mar-raġunijiet mogħtiija mill-SRB li minħabba fihom hi neċessarja r-riżoluzzjoni fl-interess pubbliku skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

(5)

L-iskema ta' riżoluzzjoni kif ippreżentata mill-SRB għandha għaldaqstant tiġi approvata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema ta' riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. hija approvata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Valdis DOMBROVSKIS

Viċi President


(1)   ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.


Top