This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1101
Council Decision (EU) 2017/1101 of 19 June 2017 appointing a chairperson of a Board of Appeal of the European Union Intellectual Property Office
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1101 tad-19 ta' Ġunju 2017 li taħtar president ta' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1101 tad-19 ta' Ġunju 2017 li taħtar president ta' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
ĠU L 158, 21.6.2017, p. 43–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
21.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1101
tad-19 ta' Ġunju 2017
li taħtar president ta' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 166(1) tiegħu,
Billi fl-1 ta' Diċembru 2016, ġiet ippreżentata lill-Kunsill mill-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju lista ta' kandidati għall-kariga ta' president ta' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (“l-Uffiċċju”),
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Sven STÜRMANN, imwieled f'Bonn (il-Ġermanja) fl-20 ta' Novembru 1971, huwa b'dan maħtur President ta' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għal mandat ta' 5 snin.
Id-data li fiha għandu jibda l-mandat ta' 5 snin imsemmi fl-ewwel paragrafu għandha tiġi ddeterminata mill-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
J. HERRERA