This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1002
Commission Decision (EU) 2017/1002 of 7 June 2017 on the proposed citizens' initiative entitled ‘Stop extremism’ (notified under document C(2017) 4105)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1002 tas-7 ta' Ġunju 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Stop Extremism” (notifikata bid-dokument C(2017) 4105)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1002 tas-7 ta' Ġunju 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Stop Extremism” (notifikata bid-dokument C(2017) 4105)
C/2017/4105
ĠU L 152, 15.6.2017, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
15.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1002
tas-7 ta' Ġunju 2017
dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Stop Extremism”
(notifikata bid-dokument C(2017) 4105)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Stop Extremism” jirreferi għal li ġej “Nitolbu lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipproponi leġiżlazzjoni sabiex tipprevjeni l-konsegwenzi negattivi tal-estremiżmu, fuq kollox għas-Suq Intern”. |
|
(2) |
L-objettivi ddikjarati tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta huma: “Skont id-dispożizzjonijiet proposti tad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw: (1) motivazzjoni pożittiva biex jiżguraw li l-estremiżmu fis-Suq Intern jiġi identifikat u eskluż; (2) it-trasparenza biex ikun faċli biex iċ-ċittadini u n-negozji kollha jidentifikaw l-appoġġ (finanzjarju) għall-estremiżmu; u (3) il-liġi dwar il-qgħad u l-benefiċċji ta' kumpens biex jiġi miġġieled l-estremiżmu b'mod effettiv fis-Suq Intern”. |
|
(3) |
Jistgħu jiġu adottati atti legali tal-Unjoni bl-iskop li jimplementaw it-Trattati, abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE, għall-approssimizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom it-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern. |
|
(4) |
Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, rikors għall-Artikolu 114 tat-TFUE huwa ġġustifikat biss meta jkun hemm differenzi bejn il-liġijiet, ir-regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li huma tali li jxekklu d-drittijiet fundamentali u għaldaqstant għandhom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern, filwaqt li sempliċi konstatazzjoni tad-differenzi bejn ir-regoli nazzjonali mhijiex biżżejjed. Jekk l-għan ta' miżura huwa li tipprevjeni l-ħolqien ta' ostakli futuri għall-kummerċ b'riżultat tad-diverġenzi fil-liġijiet nazzjonali, il-ħolqien ta' dawn l-ostakli jrid ikun probabbli u l-miżura inkwistjoni trid tkun imfassla biex tipprevenihom. |
|
(5) |
Rigward il-miżuri fil-qasam tal-liġi dwar l-impjiegi, l-Artikolu 153 tat-TFUE jista' jservi bħala bażi ġuridika għal att legali tal-Unjoni li jistipula dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-ħaddiema meta jintemm il-kuntratt ta' impjieg tagħhom. Bl-istess mod, l-Artikolu 19 tat-TFUE jista' jservi bħala bażi għal miżuri li jkollhom l-għan li jiġġieldu d-diskriminazzjoni abbażi tal-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, inkluż fuq il-post tax-xogħol. |
|
(6) |
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. |
|
(7) |
Għal dan il-għan, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonali man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli. |
|
(8) |
Għal dawn ir-raġunijiet, ikun adegwat li wieħed jikkunsidra li l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni, li permezz tagħhom hija tista' tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament. |
|
(9) |
L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Stop Extremism” għandha għaldaqstant tiġi rreġistrata. Madankollu, jenħtieġ li jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta biss jekk din hija maħsuba għall-preżentazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, ta' proposti għal atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati fl-ambitu tal-kamp ta' applikazzjoni msemmi fil-premessi 3 u 5. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Stop Extremism” tiġi rreġistrata.
2. Jistgħu jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini, abbażi tal-ftehim li din tkun maħsuba għall-preżentazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, ta' proposti ta' atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati:
|
— |
għall-approssimizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b'liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom it-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern; |
|
— |
tistabbilixxi dispożizzjonijiet rigward il-protezzjoni ta' ħaddiema meta l-kuntratt ta' impjieg tagħhom jintemm; |
|
— |
tiġġieled id-diskriminazzjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Ġunju 2017.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem ta' “Stope Extremism”, irrappreżentata mis-Sinjura Seyran ATEȘ u s-Sur Sebastian REIMER li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
L-Ewwel Viċi President