This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0986
Council Decision (EU) 2017/986 of 8 June 2017 extending the term of office of a Deputy Executive Director of Europol
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/986 tat-8 ta' Ġunju 2017 li testendi l-mandat ta' Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/986 tat-8 ta' Ġunju 2017 li testendi l-mandat ta' Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol
ĠU L 148, 10.6.2017, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2022
10.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/986
tat-8 ta' Ġunju 2017
li testendi l-mandat ta' Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 54, il-paragrafi 3 sa 5 tiegħu,
Waqt li jaġixxi bħala l-awtorità mogħtija s-setgħa li taħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol tad-19 ta' Mejju 2017,
Billi:
(1) |
Is-Sur Wilhelmus Martinus VAN GEMERT inħatar bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol permezz tal-Att tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2014 (2). Il-mandat tas-Sur Wilhelmus Martinus VAN GEMERT jiskadi fit-30 ta' April 2018. |
(2) |
Il-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol jinħatru għal perijodu ta' erba' snin, li jista' jiġi estiż darba f'konformità mal-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) 2016/794. |
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta' Mejju 2017 tistipula l-proċedura għall-estensjoni tal-mandat tal-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol, |
(4) |
Fl-10 ta' Mejju 2017, il-Bord ta' Amministrazzjoni informa lill-Parlament Ewropew li kellu l-intenzjoni li jipproponi lill-Kunsill li l-mandat tas-Sur Wilhelmus Martinus VAN GEMERT jiġi estiż. |
(5) |
Il-Bord ta' Amministrazzjoni ppreżenta opinjoni lill-Kunsill fejn ippropona li l-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol, is-Sur Wilhelmus Martinus VAN GEMERT, jiġi estiż u li l-grad tiegħu jiġi riklassifikat għal grad AD14. |
(6) |
Abbażi tal-proposta ppreżentata mill-Bord ta' Amministrazzjoni, il-Kunsill jixtieq jestendi l-mandat tas-Sur Wilhelmus Martinus VAN GEMERT bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Wilhelmus Martinus VAN GEMERT bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Europol huwa estiż mill-1 ta' Mejju 2018 sat-30 ta' April 2022 fil-grad AD 14, skala 1.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
U. REINSALU
(1) ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.