This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0798
Council Decision (EU) 2017/798 of 25 April 2017 authorising the opening of negotiations with the Government of Japan for an agreement on cooperation in the area of competition policy between the European Union and the Government of Japan
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/798 tal-25 ta' April 2017 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati mal-Gvern tal-Ġappun għal ftehim dwar kooperazzjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/798 tal-25 ta' April 2017 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati mal-Gvern tal-Ġappun għal ftehim dwar kooperazzjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun
ĠU L 120, 11.5.2017, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/798
tal-25 ta' April 2017
li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati mal-Gvern tal-Ġappun għal ftehim dwar kooperazzjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 103 u 352, flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim bejn il-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Kummissjoni hija b'dan awtorizzata tiftaħ negozjati mal-Gvern tal-Ġappun għal ftehim li jżid dispożizzjonijiet mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fuq attivitajiet antikompetittivi (1) dwar l-iskambju ta' evidenza f'investigazzjonijiet dwar il-kompetizzjoni fuq bażi reċiproka.
2. In-negozjati għandhom jitmexxew fuq il-bażi ta' direttivi ta' negozjar tal-Kunsill stipulati fl-addendum għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni hija b'dan nominata bħala n-negozjatur tal-Unjoni.
Artikolu 3
In-negozjati għandhom isiru f'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar il-Kompetizzjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' April 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
I.BORG
(1) ĠU L 183, 22.7.2003, p. 12.