Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 32017D0718
Council Decision (CFSP) 2017/718 of 27 March 2017 concerning the signing and conclusion of the Agreement between the European Union and the Republic of Moldova on security procedures for exchanging and protecting classified information
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/718 tas-27 ta' Marzu 2017 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/718 tas-27 ta' Marzu 2017 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata
ĠU L 106, 22.4.2017г., стр. 1—2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
В сила
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/718/oj
22.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/718
tas-27 ta' Marzu 2017
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Mejju 2015, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) biex tiftaħ negozjati taħt l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tikkonkludi Ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova. |
(2) |
Konsegwentement għal dik l-awtorizzazzjoni, ir-RGħ innegozjat Ftehim mar-Repubblika tal-Moldova dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata. |
(3) |
Dak il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ABELA