This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0710
Council Decision (EU) 2017/710 of 3 April 2017 on the position to be adopted, on behalf of the European Union, within the EEA Joint Committee concerning an amendment to Annex XX (Environment) to the EEA Agreement (CO2 Emissions)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/710 tat-3 ta' April 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE (Emissjonijiet ta' CO2)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/710 tat-3 ta' April 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE (Emissjonijiet ta' CO2)
ĠU L 104, 20.4.2017, pp. 20–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
20.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/710
tat-3 ta' April 2017
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE (Emissjonijiet ta' CO2)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (4) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 63/2011 (5) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (6) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 429/2012 (7) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 396/2013 (8) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 397/2013 (9) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(10) |
Jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 333/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(11) |
Jeħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/6 (11) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 iħassar id-Direttiva 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement teħtieġ li titħassar taħt il-Ftehim ŻEE. |
|
(13) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan. |
|
(14) |
Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta' April 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
R. GALDES
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).
(4) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' data fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).
(5) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 63/2011 tas-26 ta' Jannar 2011 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet ta' CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 23, 27.1.2011, p. 16).
(6) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).
(7) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 429/2012 tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 bil-għan li jkun hemm mudell komuni għan-notifika ta' żbalji mill-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri (ĠU L 132, 23.5.2012, p. 11).
(8) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 396/2013 tat-30 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (ĠU L 120, 1.5.2013, p. 1).
(9) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 397/2013 tat-30 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (ĠU L 120, 1.5.2013, p. 4).
(10) Regolament (UE) Nru 333/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 15).
(11) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/6 tal-31 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex iqis l-evoluzzjoni tal-massa tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2011, l-2012 u l-2013 (ĠU L 3, 7.1.2015, p. 1).
(12) Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1753/2000/KE tat-22 ta' Ġunju 2000 li tistabbilixxi skema biex timmonitorja l-emissjonijiet medji speċifiċi ta' CO2 mill-karrozzi l-ġodda tal-passiġġieri (ĠU L 202, 10.8.2000, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2017
ta' …
li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' data fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 63/2011 tas-26 ta' Jannar 2011 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet ta' CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 429/2012 tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 bil-għan li jkun hemm mudell komuni għan-notifika ta' żbalji mill-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri (5) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 396/2013 tat-30 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (6) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 397/2013 tat-30 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (7) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 333/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (8) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Jeħtieġ li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/6 tal-31 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex iqis l-evoluzzjoni tal-massa tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2011, l-2012 u l-2013 (9) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(10) |
Ir-Regolament (UE) Nru 443/2009 iħassar id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2000 li tistabbilixxi skema biex timmonitorja il-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda (10), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement teħtieġ li titħassar taħt il-Ftehim ŻEE. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Anness XX għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 21ae (id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa sostitwit b'dan li ġej: “ 32009 R 0443: Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1), kif emendat minn:
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21ae (Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009, (UE) Nru 1014/2010, (UE) Nru 63/2011, (UE) Nru 397/2013 u (UE) Nru 333/2014 u r-Regoli ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, (UE) Nru 429/2012 u (UE) Nru 396/2013 u r-Regolament Delegat (UE) 2015/6 fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(2) ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15.
(3) ĠU L 23, 27.1.2011, p. 16.
(4) ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.
(5) ĠU L 132, 23.5.2012, p. 11.
(8) ĠU L 103, 5.4.2014, p. 15.
(10) ĠU L 202, 10.8.2000, p. 1.
(*1) [Ma hu indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]