This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0681
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2017/681 of 29 March 2017 on the appointment of the EU Force Commander for the European Union military operation in the Southern Central Mediterranean (EUNAVFOR MED operation SOPHIA) and repealing Decision (CFSP) 2016/1079 (EUNAVFOR MED/1/2017)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/681 tad-29 ta' Marzu 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1079 (EUNAVFOR MED/1/2017)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/681 tad-29 ta' Marzu 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1079 (EUNAVFOR MED/1/2017)
ĠU L 98, 11.4.2017, pp. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Imħassar b' 32017D1534
|
11.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/681
tad-29 ta' Marzu 2017
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1079 (EUNAVFOR MED/1/2017)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA (il-'Kmandant tal-Forza tal-UE'). |
|
(2) |
Fit-23 ta' Ġunju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1079 (2) li taħtar lill-Viċi Ammirall Giuseppe BERUTTI BERGOTTO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Andrea ROMANI biex jieħu post il-Viċi Ammirall Giuseppe BERUTTI BERGOTTO bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE mill-4 ta' April 2017. |
|
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1079 titħassar. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall (LH) Andrea ROMANI huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) mill-4 ta' April 2017.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1079 hija b'dan imħassra b'effett mill-4 ta' April 2017.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta' April 2017.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2017.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1079 tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id- Deċiżjoni EUNAVFOR MED/1/2015 (EUNAVFOR MED/2/2016) (ĠU L 179, 5.7.2016, p. 31).