This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0667
Council Decision (CFSP) 2017/667 of 6 April 2017 amending Decision (CFSP) 2016/849 concerning restrictive measures against the Democratic People's Republic of Korea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/667 tas-6 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/667 tas-6 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea
ĠU L 94, 7.4.2017, p. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/667
tas-6 ta' April 2017
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Koreau li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni PESK 2016/849. |
(2) |
Fid-dawl tal-attivitajiet ta' proliferazzjoni kontinwi mwettqa mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (“ir-RDPK”), jenħtieġ li erba' persuni jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom stabbiliti fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
L. GRECH
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni stabbilita fit-Taqsima I.A. tal-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849:
I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.
A. Persuni
|
Isem |
Psewdonimu |
Data tat-twelid |
Data tad-deżinjazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
31 |
RI Myong Su |
|
Data tat-twelid: 1937 Post tat-twelid: Myongchon, Hamgyong tat-Tramuntana |
7.4.2017 |
ViċiPresident tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Popolari. F'din il-kariga, Ri Myong Su jokkupa pożizzjoni ewlenija għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali u huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva. |
32 |
SO Hong Chan |
|
Data tat-twelid: 30.12.1957 Post tat-twelid: Kangwon Passaport: PD836410105 Data tal-għeluq tal-passaport: 27.11.2021 |
7.4.2017 |
L-ewwel Viċi Ministru tal-Forzi Armati Popolari, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kurunell-Ġenerali fil-Forzi Armati Popolari. F'din il-kariga, So Hong Chan huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva. |
33 |
WANG Chang Uk |
|
Data tat-twelid: 29.5.1960 |
7.4.2017 |
Ministru għall-Industrija u l-Enerġija Atomika. F'din il-kariga, Wang Chang Uk huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva. |
34 |
JANG Chol |
|
Data tat-twelid: 31.3.1961 Post tat-twelid: Pyongyang, Numru tal-passaport: 563310042 |
7.4.2017 |
President tal-Akkademja tax-Xjenza tal-Istat, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi tar-RDPK. F'din il-kariga, Jang Chol jokkupa pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp tal-attivitajiet nukleari tar-RDPK u huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva. |