This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0666
Council Decision (CFSP) 2017/666 of 6 April 2017 amending Decision (CFSP) 2016/849 concerning restrictive measures against the Democratic People's Republic of Korea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/666 tas-6 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/666 tas-6 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ĠU L 94, 7.4.2017, p. 42–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/666
tas-6 ta' April 2017
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ir-“RDPK”) li, fost affarijiet oħra, implimentat ir-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(2) |
Fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 2321 (2016), li tesprimi t-tħassib mill-aktar serju tiegħu dwar it-test nukleari li sar mir-RDPK fid-9 ta' Settembru 2016 bi ksur tar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tkompli tikkundanna l-attivitajiet nukleari u ta' missili ballistiċi li r-RDPK qed tagħmel u tiddikjara li dawn huma ksur serju tar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u tiddetermina li attivitajiet bħal dawn għadhom jirrappreżentaw theddida ċara għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun u lil hinn minnu. |
(3) |
Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jikkundannaw bil-qawwa t-testijiet nukleari u l-isparar multiplu ta' missili ballistiċi li twettqu mir-RDPK fl-2016 u jiddikjaraw li dawn jirrappreżentaw theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u jdgħajfu r-reġim dinji ta' nonproliferazzjoni u diżarm li l-Unjoni ilha tappoġġah b'mod kontinwu għal għexieren ta' snin. |
(4) |
Fid-dawl tal-azzjonijiet tar-RDPK, li huma meqjusin theddida gravi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun u lil hinn minnu, il-Kunsill iddeċieda li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali. |
(5) |
Il-Kunsill iddeċieda li jespandi l-projbizzjoni fuq l-investiment fi u mar-RDPK għal setturi ġodda, jiġifieri, l-industrija marbuta mal-armi konvenzjonali, il-metallurġija u l-ħidma tal-metalli, u s-settur ajruspazjali. |
(6) |
Il-Kunsill qabel li jiġi pprojbit l-għoti ta' ċerti servizzi lil persuni jew entitajiet fir-RDPK. Din il-projbizzjoni tirrigwarda servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati, servizzi inċidentali għall-minjieri, servizzi inċidentali għall-manifattura fl-industrija kimika, tal-minjieri u tar-raffinament u oqsma oħra pprojbiti għall-investiment mill-Unjoni. |
(7) |
Il-Kunsill jerġa' jappella lir-RDPK biex terġa' tidħol fi djalogu kredibbli u sinifikattiv mal-komunità internazzjonali, b'mod partikolari fil-qafas tat-Taħditiet bejn Sitt Partijiet, twaqqaf il-provokazzjonijiet tagħha, u tabbanduna l-armi nukleari u l-programmi nukleari eżistenti kollha b'mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli. |
(8) |
Hi meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni. |
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 11(2), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 11(2), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
Jiddaħħal il-Kapitolu li ġej: “KAPITOLU Va RESTRIZZJONIJIET FUQ L-GĦOTI TA' SERVIZZI Artikolu 22a 1. L-għoti ta' servizzi inċidentali għall-minjieri u l-għoti ta' servizzi inċidentali għall-manifattura fl-industrija tal-kimiċi, tal-minjieri u tar-raffinament, lir-RDPK minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' Stati Membri għandu jkun ipprojbit sew jekk is-servizzi joriġinaw fit-territorji tal-Istati Membri u sew jekk le. 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' servizzi inċidentali għall-minjieri u l-għoti ta' servizzi inċidentali għall-manifattura fl-industrija tal-kimiċi, tal-minjieri u tar-raffinament, sa fejn tali servizzi jkunu maħsuba biex jintużaw esklużivament għal skopijiet ta' żvilupp li jindirizzaw direttament il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni ċivili jew il-promozzjoni tad-denuklearizzazzjoni. 3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina s-servizzi rilevanti li għandhom ikunu koperti mill-paragrafi 1 u 2. Artikolu 22b Il-projbizzjoni fl-Artikolu 22a għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sad-9 ta' Lulju 2017 ta' kuntratti konklużi qabel it-8 ta' April 2017 jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. Artikolu 22c 1. L-għoti ta' servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati lir-RDPK minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' Stati Membri għandu jkun ipprojbit, sew jekk is-servizzi joriġinaw fit-territorji tal-Istati Membri u sew jekk le. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati pprovduti esklużivament għall-użu minn missjoni diplomatika jew konsulari jew għal organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali. 3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati pprovduti esklużivament għal skopijiet ta' żvilupp li jindirizzaw direttament il-bżonnijiet tal-popolazzjoni ċivili jew il-promozzjoni tad-denuklearizzazzjoni minn korpi pubbliċi jew minn persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jirċievu finanzjament pubbliku mill-Unjoni jew mill-Istati Membri. 4. F'każijiet mhux koperti mill-paragrafu 3, u b'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni għall-għoti ta' servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati pprovduti esklużivament għal skopijiet ta' żvilupp li jindirizzaw direttament il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni ċivili jew il-promozzjoni tad-denuklearizzazzjoni. 5. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina s-servizzi rilevanti li għandhom ikunu koperti mill-paragrafi 1. Artikolu 22d Il-projbizzjoni fl-Artikolu 22c għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sad-9 ta' Lulju 2017 ta' kuntratti konklużi qabel it-8 ta' April 2017 jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
L. GRECH
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).