Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0609

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/609 tas-27 ta' Marzu 2017 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 86, 31.3.2017, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/609/oj

    Related international agreement

    31.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 86/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/609

    tas-27 ta' Marzu 2017

    dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a),

    Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (2) (il-Ftehim) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-17 ta' Ġunju 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006.

    (2)

    Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

    (3)

    Skont it-termini tal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja għall-Ftehim, għandha tiġi miftiehma permezz ta' Protokoll għall-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill, li jaġixxi f'isem l-Unjoni u unanimament f'isem l-Istati Membri, u r-Repubblika Libaniża.

    (4)

    Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mar-Repubblika Libaniża. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/859 (3), il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fi Brussell fit-28 ta' April 2016.

    (5)

    Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (4).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 7 tal-Protokoll, sabiex jesprimu l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Protokoll. (5)

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ABELA


    (1)  Il-kunsens tat-2 ta' Marzu 2017 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.

    (3)  ĠU L 144, 1.6.2016, p. 1.

    (4)  It-test ġie ppubblikat fil-ĠU L 144 tal-1.6.2016, p. 3, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma.

    (5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top