EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0552

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/552 tat-22 ta' Marzu 2017 dwar il-konsistenza tal-miri fl-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjan rivedut fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali ppreżentat mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/1795

ĠU L 79, 24.3.2017, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/552/oj

24.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/8


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/552

tat-22 ta' Marzu 2017

dwar il-konsistenza tal-miri fl-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjan rivedut fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali ppreżentat mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza

(It-testi bil-Ġermaniz, bil-Franċiż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (il-Ftehim) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), kif inkorporat fil-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, kif inkorporat fil-Ftehim, l-Istati Membri u l-Iżvizzera għandhom jadottaw pjani nazzjonali jew pjani fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru (“FAB”), inklużi miri nazzjonali vinkolanti jew miri fil-livell tal-FABs, li jiżguraw il-konsistenza mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha. Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 jistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza ta' dawk il-miri abbażi tal-kriterji tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 11(6) ta' dak ir-Regolament. Regoli dettaljati f'dan ir-rigward ġew stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013.

(2)

L-Iżvizzera, fir-rigward tal-Blokk tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali tal-Ewropa Ċentrali (“FABEC”), ressqet il-pjan lill-Kummissjoni. Skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1056 (4), l-Iżvizzera rrevediet il-pjan u l-miri inklużi fih. Madankollu, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/258 (5), il-Kummissjoni stabbiliet li l-miri tal-prestazzjoni riveduti dwar l-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità għall-FABEC inġenerali u tal-kosteffiċjenza għall-Iżvizzera, kif ukoll il-miżuri xierqa inklużi fil-pjan rivedut, kienu għadhom mhux adegwati u li l-Iżvizzera għandha tieħu ċerti miżuri korrettivi li jwasslu għal aktar miri ta' prestazzjoni riveduti sabiex jindirizzaw l-inkonsistenzi mal-miri fl-Unjoni kollha.

(3)

Fit-30 ta' Jannar 2017, l-Iżvizzera ppreżentat pjan rivedut ieħor li kien jinkludi miżuri korrettivi li jwasslu għal aktar miri riveduti tal-prestazzjoni. Sussegwentement dawk il-miri riveduti u l-miżuri korrettivi ġew ivvalutati mill-Kummissjoni.

(4)

Fir-rigward tal-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità, ġiet ivvalutata l-konsistenza ta' dawk għad-dewmien tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM) en route, skont il-prinċipju stabbilit fil-punt 4 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, bl-użu tal-valuri ta' referenza għall-kapaċità tal-FABs rispettivi tagħhom, li meta jiġu applikati, jiżguraw li fil-livell tal-Unjoni tintlaħaq il-mira tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha, ikkalkulata mill-Maniġer tan-Netwerk u kif stabbilit fl-aktar verżjoni riċenti tal-Pjan tal-Operazzjonijiet tan-Netwerk (2014-2018/2019). Dik il-valutazzjoni wriet li dawk il-miri huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni rilevanti fl-Unjoni kollha.

(5)

Dwar il-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza, ġew ivvalutati l-miri espressi fi spejjeż determinati għal kull unità en route, skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 5 b'mod konġunt mal-punt 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, billi tqieset ix-xejra tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul it-tieni perjodu ta' referenza u l-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza (2012-2019), l-għadd ta' unitajiet ta' servizz (il-previżjoni tat-traffiku) u l-livell tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route b'paragun ma' Stati Membri li jkollhom ambjent ekonomiku u operattiv simili. Dik il-valutazzjoni wriet li dawk il-miri huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni rilevanti fl-Unjoni kollha.

(6)

Għalhekk, il-miżuri korrettivi meħuda mill-Iżvizzera fir-rigward tal-FABEC huma konsistenti mad-Deċiżjoni (UE) 2017/258, u l-miri li jikkonċernaw l-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjan rivedut tal-prestazzjoni ppreżentat mill-Iżvizzera huma konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni fl-Unjoni Ewropea kollha f'dawk l-oqsma għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019). Huwa xieraq, għal raġunijiet ta' ċarezza u ta' ċertezza legali, li dik il-konklużjoni tiġi stabbilita permezz ta' din id-Deċiżjoni u li l-Iżviżżera tiġi nnotifikata dwar dan.

(7)

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-Iżvizzera dwar din id-Deċiżjoni, skont l-Artikolu 19(2) tal-Ftehim.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miri li jikkonċernaw l-oqsma tal-prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjan rivedut tal-prestazzjoni tal-FABEC ippreżentati mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, kif inkorporati fil-Ftehim u elenkati f'dan l-Anness, huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza, stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE (6).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 73.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1056 tat-30 ta' Ġunju 2015 dwar l-inkonsistenza ta' ċerti miri fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza u li tistabbilixxi r-rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta' dawk il-miri (ĠU L 171, 2.7.2015, p. 18).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/258 tat-13 ta' Frar 2017 dwar miri tal-prestazzjoni riveduti u miżuri xierqa inklużi fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li mhumiex adegwati skont il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza u li tistabbilixxi obbligi għal miżuri korrettivi (ĠU L 38, 15.2.2017, p. 71)

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019 (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20).


ANNESS

Il-miri tal-prestazzjoni fl-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjani nazzjonali riveduti jew fil-pjani riveduti fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali ppreżentati mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 li nstabu li huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza

Il-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità

Dewmien tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM) en route f'minuti kull titjira

Stat membru

FAB

Mira tal-FAB tal-kapaċità en-route

2015

2016

2017

2018

2019

[il-Belġju/il-Lussemburgu]

FAB EC

0,48

0,49

0,42

0,42

0,43

[Franza]

[il-Ġermanja]

[in-Netherlands]

l-Iżvizzera

Il-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza

Spjega:

Indikatur

Entrata

Unitajiet

(A)

Total ta' Spejjeż Iddeterminati En-route

(f'termini nominali u fil-munita nazzjonali)

(B)

Rata tal-inflazzjoni

(%)

(C)

Indiċi tal-inflazzjoni

(100 = 2009)

(D)

Total ta' Spejjeż Iddeterminati En-route

(f'termini ta' prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali)

(E)

Total ta' Unitajiet tas-Servizzi En-route

(TSUs)

(F)

Spiża Iddeterminata għal Kull Unità (DUC) En-route

(f'termini ta' prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali)

FAB EC

Żona tal-Imposti: l-Iżvizzera — Munita: CHF

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

158 188 309

156 222 383

157 901 505

157 939 446

159 353 943

(B)

– 1,0 %

0,0 %

0,5 %

1,0 %

1,0 %

(C)

99,1

99,1

99,6

100,6

101,6

(D)

159 633 416

157 649 529

158 551 235

157 019 140

156 856 827

(E)

1 452 683

1 470 066

1 490 591

1 512 889

1 565 000

(F)

109,89

107,24

106,37

103,79

100,23


Top