This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0486
Commission Implementing Decision (EU) 2017/486 of 17 March 2017 amending Annexes I and II to Decision 2004/558/EC as regards the infectious bovine rhinotracheitis-free status of Luxembourg, of the Federal States Hamburg and Schleswig-Holstein of Germany and of Jersey, and amending Annex II to Decision 2008/185/EC as regards the Aujeszky's disease-free status of the Friuli Venezia Giulia region of Italy (notified under document C(2017) 1689) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/486 tas-17 ta' Marzu 2017 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Lussemburgu, tal-Istati Federali ta' Hamburg u ta' Schleswig-Holstein fil-Ġermanja u ta' Jersey, u li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-istat ħieles mill-marda ta' Aujeszky tar-reġjun ta' Friuli Venezia Giulia fl-Italja (notifikata bid-dokument C(2017) 1689) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/486 tas-17 ta' Marzu 2017 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Lussemburgu, tal-Istati Federali ta' Hamburg u ta' Schleswig-Holstein fil-Ġermanja u ta' Jersey, u li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-istat ħieles mill-marda ta' Aujeszky tar-reġjun ta' Friuli Venezia Giulia fl-Italja (notifikata bid-dokument C(2017) 1689) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/1689
ĠU L 75, 21.3.2017, pp. 27–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620
|
21.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/27 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/486
tas-17 ta' Marzu 2017
li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Lussemburgu, tal-Istati Federali ta' Hamburg u ta' Schleswig-Holstein fil-Ġermanja u ta' Jersey, u li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-istat ħieles mill-marda ta' Aujeszky tar-reġjun ta' Friuli Venezia Giulia fl-Italja
(notifikata bid-dokument C(2017) 1689)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964, dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u (3) u l-Artikolu 10(2) u (3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tistabbilixxi r-regoli għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini u porċini. L-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva jipprevedi li Stat Membru li għandu programm nazzjonali obbligatorju ta' kontroll għar-rinotrakeite bovina infettiva jew għall-marda ta' Aujeszky jista' jippreżenta l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Jipprevedi wkoll id-definizzjoni tal-garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kummerċ intra-Unjoni ta' annimali bovini u porċini. |
|
(2) |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li meta Stat Membru jqis li t-territorju tiegħu, jew parti minnu, ikun ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta' sostenn xierqa lill-Kummissjoni. Jipprevedi wkoll id-definizzjoni tal-garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kummerċ intra-Unjoni ta' annimali bovini. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda tar-rinotrakeite bovina infettiva ikkawżata mill-herpesvirus bovin tat-tip 1 (BHV1) ippreżentati mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tagħha għar-reġjuni ta' dawk l-Istati Membri elenkati f'dak l-Anness u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE. Barra minn hekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala ħielsa mill-BHV1 u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. |
|
(4) |
Il-Lussemburgu ressaq id-dokumentazzjoni ta' sostenn lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tal-programm nazzjonali tiegħu għall-kontroll u l-qerda tar-rinotrakeite bovina infettiva kkawżata mill-BHV1 li jkopri t-territorju kollu tiegħu, u għall-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva li għandhom japplikaw f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE. |
|
(5) |
Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn ippreżentata mil-Lussemburgu, dak l-Istat Membru għandu jiġi elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, u l-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva għandhom japplikaw f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE. L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
L-Istati Federali ta' Hamburg u Schleswig-Holstein fil-Ġermanja bħalissa huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE. |
|
(7) |
Il-Ġermanja issa ppreżentat dokumentazzjoni ta' sostenn lill-Kummissjoni biex l-Istati Federali ta' Hamburg u Schleswig-Holstein jiġu kkunsidrati bħala ħielsa mill-BHV1 u biex il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva japplikaw għal dawk l-Istati f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. |
|
(8) |
Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn ippreżentata mill-Ġermanja, l-Istati Federali ta' Hamburg u ta' Schleswig-Holstein ma għandhomx jibqgħu elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE u minflok għandhom jiġu elenkati fl-Anness II tagħha, filwaqt li l-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva għandhom japplikaw għal dawk l-Istati f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(9) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 706/73 (3) jipprevedi li għall-għan tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-leġiżlazzjoni tas-saħħa tal-annimali, ir-Renju Unit u ċ-Channel Islands, inkluża Jersey, għandhom jiġu ttrattati bħala Stat Membru wieħed. |
|
(10) |
Ir-Renju Unit issa ppreżenta dokumentazzjoni ta' sostenn lill-Kummissjoni biex Jersey tiġi kkunsidrata bħala ħielsa mill-BHV1, u biex il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva japplikaw għal Jersey f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. |
|
(11) |
Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn ippreżentata mir-Renju Unit, Jersey għandha tiġi elenkata fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, u l-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva għandhom japplikaw għal Jersey f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. L-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE (4) tistabbilixxi garanziji addizzjonali għall-moviment ta' ħnieżer bejn Stat Membru u ieħor. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istatus tagħhom tal-marda għall-marda ta' Aujeszky. L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn hemm fis-seħħ programmi ta' kontroll nazzjonali approvati għall-qerda tal-marda ta' Aujeszky. |
|
(13) |
L-Italja ssottomettiet lill-Kummissjoni dokumentazzjoni ta' sostenn għall-approvazzjoni tal-programm nazzjonali ta' kontroll tagħha għall-qerda tal-marda ta' Aujeszky għar-reġjun ta' Friuli Venezia Giulia, u biex dak ir-reġjun jiġi elenkat b'mod dovut fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. |
|
(14) |
Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn ippreżentata mill-Italja, ir-reġjun ta' Friuli Venezia Giulia għandu jiġi elenkat fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(15) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2004/558/KE u 2008/185/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE huma emendati skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).
(3) Ir-Regolament (KEE) Nru 706/73 tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 1973 li jikkonċerna l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għall-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 68, 15.3.1973, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta' Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f'kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta' Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19).
ANNESS I
L-Anness I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jinbidlu b'dan li ġej:
ANNESS I
|
Stati Membri |
Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE |
||||
|
Il-Belġju |
Ir-reġjuni kollha |
||||
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Ir-reġjuni kollha |
||||
|
Il-Ġermanja |
Dawn ir-Regierungsbezirke fit-Tramuntana tar-Renu-Westfalja:
|
||||
|
L-Italja |
Ir-Reġjun ta' Friuli-Venezia Giulia Il-Provinċja Awtonoma ta' Trento |
||||
|
Il-Lussemburgu |
Ir-reġjuni kollha |
ANNESS II
|
Stati Membri |
Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni kollha |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Ġermanja |
L-Istati Federali ta':
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Italja |
Ir-Reġjun ta' Valle d'Aosta Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Awstrija |
Ir-reġjuni kollha |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Finlandja |
Ir-reġjuni kollha |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Iżvezja |
Ir-reġjuni kollha |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-Renju Unit |
Jersey |
ANNESS II
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS II
L-Istati Membri jew reġjuni tagħhom fejn hemm fis-seħħ programmi nazzjonali ta' kontroll approvati għall-qerda tal-marda ta' Aujeszky
|
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
Reġjuni |
|
ES |
Spanja |
Ir-reġjuni kollha |
|
IT |
L-Italja |
Ir-Reġjun ta' Friuli-Venezia Giulia |
|
LT |
Il-Litwanja |
Ir-reġjuni kollha |
|
PL |
Il-Polonja |
Ir-reġjuni kollha” |