This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0435
Council Decision (EU) 2017/435 of 28 February 2017 on the conclusion of the Agreement amending for the second time the Partnership Agreement between the members of the African, Caribbean and Pacific Group of States, of the one part, and the European Community and its Member States, of the other part, signed in Cotonou on 23 June 2000, as first amended in Luxembourg on 25 June 2005
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/435 tat-28 ta' Frar 2017 fuq il-konklużjoni tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/435 tat-28 ta' Frar 2017 fuq il-konklużjoni tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005
ĠU L 67, 14.3.2017, pp. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/435/oj
|
14.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/435
tat-28 ta' Frar 2017
fuq il-konklużjoni tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Frar 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ innegozjat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bil-ħsieb li temenda, għat-tieni darba, il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (2), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (3), (“il-Ftehim ta' Cotonou”). |
|
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/648/UE (4), il-Ftehim li jemenda għat-tieni darba il-Ftehim ta' Cotonou (“il-Ftehim”) ġie ffirmat mill-Partijiet fit-22 ta' Ġunju 2010, fil-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE li sar f'Ouagadougou, bil-kundizzjoni li jiġi konkluż f'data aktar tard. |
|
(3) |
F'konformità mad-Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE (5), il-Ftehim kien applikat provviżorjament mill-31 ta' Ottubru 2010. |
|
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif l-ewwel emendat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (6), huwa hawnhekk approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna(i) li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni, billi tiddepożita l-istrument ta' approvazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 93 tal-Ftehim ta' Cotonou, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li bih se tkun ser tintrabat.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
J. HERRERA
(1) ĠU C 65, 19.2.2016, p. 257.
(2) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(3) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/648/UE tal-14 ta' Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħawaħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit- 23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 1).
(5) Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tal-21 ta' Ġunju 2010 dwar miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 68).
(6) Il-Ftehim, flimkien mad-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Att Finali, ġew ippublikati fil-ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.