This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0331(01)
Council Decision of 27 March 2017 renewing the Governing Board of the European Centre for the Development of Vocational Training
Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2017 li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2017 li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
ĠU C 101, 31.3.2017, pp. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 17/09/2018
|
31.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 101/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Marzu 2017
li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
(2017/C 101/06)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-gvern Portugiż,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 (2) u tal-14 ta’ Settembru 2015 (3), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sinjura Isilda FERNANDES, sar vakanti siġġu ta’ membru fuq il-Bord Governattiv taċ-Ċentru għall-Portugall fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern. |
|
(3) |
Jinħtieġ li l-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru msemmi hawn fuq jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018:
RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN:
|
IL-PORTUGALL |
Is-Sur Fernando CATARINO JOSÉ |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ABELA
(2) ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.
(3) ĠU C 305, 16.9.2015, p. 2.