Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0265

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/265 tal-14 ta' Frar 2017 li tinkludi l-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral tal-Kanada bħala korp rikonoxxut fil-lista msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1850 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (notifikata bid-dokument C(2017) 757)

    C/2017/0757

    ĠU L 39, 16.2.2017, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/265/oj

    16.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 39/43


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/265

    tal-14 ta' Frar 2017

    li tinkludi l-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral tal-Kanada bħala korp rikonoxxut fil-lista msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1850 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki

    (notifikata bid-dokument C(2017) 757)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1850 tat-13 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom prodotti tal-foki li jirriżultaw minn kaċċa tradizzjonalment imwettqa mill-Inuit jew minn komunitajiet indiġeni oħra jistgħu jitqegħdu fis-suq tal-Unjoni. Il-konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu attestati minn korp rikonoxxut fi żmien meta l-prodotti tal-foki jitqegħdu fis-suq.

    (2)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1850 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-entitajiet li jridu jiġu ssodisfati sabiex jiġu inklużi fil-lista ta' korpi rikonoxxuti għall-finijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009.

    (3)

    It-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-foki li jirriżultaw minn kaċċa mill-Inuit jew minn komunitajiet indiġeni oħra għandu jkun akkumpanjat minn dokument minn korp rikonoxxut li jattesta li l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazjzoni (UE) 2015/1850 ġew sodisfati.

    (4)

    Il-Kummissjoni rċeviet fit-22 ta' Novembru 2016 talba mill-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral sabiex jiġi awtorizzat bħala korp rikonoxxut għall-finijiet tal-Artikolu 3(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009. It-talba kienet akkumpanjata minn evidenza dokumentarja rikjesta mill-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1850.

    (5)

    Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni abbażi tal-evidenza dokumentarja sottomessa biex tiddetermina jekk il-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral issodisfax ir-rekwiżiti sabiex jiġi rikonoxxut bħala korp rikonoxxut skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1850.

    (6)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral jissodisfa kull waħda mir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1850 u li l-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral għandu jiġi elenkat bħala korp rikonoxxut.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral għandu jiġi kkunsidrat bħala korp rikonoxxut għall-finijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2015/1850.

    Artikolu 2

    Il-kontenut ta' din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral tal-Kanada.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Karmenu VELLA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 271, 16.10.2015, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 36).


    Top