Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0192

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/192 tat-8 ta' Novembru 2016 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 31, 4.2.2017, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/192/oj

    Related international agreement

    4.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 31/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/192

    tat-8 ta' Novembru 2016

    dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/122/UE (2), il-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fl-4 ta' Marzu 2016, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

    (2)

    Il-Protokoll għandu jiġi konkluż f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (3), huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għan-notifika prevista fl-Artikolu 6 tal-Protokoll, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha li jkunu marbuta bil-Protokoll (4).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. KAŽIMÍR


    (1)  Kunsens mogħti fl-14 ta' Settembru 2016 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/122/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 2).

    (3)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 31, 4.2.2017, p. 3).

    (4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top