EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0082

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/82 tas-16 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

ĠU L 12, 17.1.2017, p. 90–91 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/82/oj

17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/90


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/82

tas-16 ta' Jannar 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fis-17 ta' Diċembru 2016 l-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1718 (2006) ħassar l-ismijiet ta' ħames bastimenti mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

Il-bastimenti bin-numri IMO elenkati hawn taħt huma mħassra mil-lista li tinsab fl-entrata 20 tal-parti B (Entitajiet) tal-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849:

(d)

Dawnlight 9110236

(e)

Ever Bright 88 (J Star) 8914934

(f)

Gold Star 3 (benevolence) 8405402

(o)

Orion Star (Richocean) 9333589

(w)

South Hill 5 9138680


Top