Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R2373

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2373 tat-22 ta' Diċembru 2016 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1127

ĠU L 352, 23.12.2016, pp. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/01/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R0150

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/2373/oj

23.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2373

tat-22 ta' Diċembru 2016

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1127

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Lulju 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1127 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 billi stabbilixxa lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(2)

Il-Kunsill iddetermina li tliet persuni addizzjonali ġew involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(3)

Jenħtieġ li l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Rgolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1127 hija emendata kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)   ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1127 tat-12 ta' Lulju 2016 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2425 (ĠU L 188, 13.7.2016, p. 1).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


ANNESS

Il-persuni elenkati hawn taħt jiżdiedu mal-lista ta' persuni li tinsab fit-Taqsima I (Persuni) tal-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1127:

EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22 ta' Marzu 1988 f'Zaghdraiya, Sidon (il-Libanu), ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada);

MELIAD, Farah (magħruf ukoll bħala HUSSEIN HUSSEIN, magħruf ukoll bħala JAY DEE), imwieled fil-5 ta' Novembru 1980 f'Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja);

ȘANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13 ta' Ottubru 1976 f'Pülümür (it-Turkija).


Top